Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tas-Saħħa mis-6 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 ġew impjegati 29 ħaddiema ġodda fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Minnhom 1 Dental Surgeon, 1 Midwife, 1 Principal Medical Officer u 1 Senior House Officer ġew impjegati fuq bażi permanenti wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet mid-Diviżjoni tas-Saħħa. 4 Housemen ġew impjegati għal perjodu ta' sentejn skond ma tipprovdi l-liġi u l-bqija, li huma msemmija hawn taħt ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili ta' postijiet fuq bażi permanenti, tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fil-fatt is-sejħiet għall-applikazzjonijiet ħarġu mid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-Gazzetta tal-Gvern indikat hawn taħt:
Gazzetta tal-Gvern
____________________
7 Enrolled Nurses għall-Sptar San Luqa, u
1 Enrolled Nurse għaċ-Ċentri tas-Saħħa 28.09.99
1 Medical Laboratory Technologist 23.07.99
4 Speech Therapists għaċ-Ċentri tas-Saħħa, u
1 Speech Therapist għall-Sptar Mount Carmel 23.07.99
7 Staff Nurses għall-Sptar San Luqa 23.07.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Mediterranean Conference Centre? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mis-16 ta' Settembru sa' l-4 ta' Jannar 2000 tlieta mill-ħaddiema taċ-Ċivil li kienu assenjati mal-Mediterranean Conference Centre ġew irritornati lid-Dipartiment tal-Kultura. Żewġ impjegati oħra taċ-Ċentru li kienu ssekondati mad-Dipartiment tal-Kultura ġew imsejħa lura lejn il-Mediterranean Conference Centre. Dawn it-trasferimenti saru minħabba l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar Zammit Clapp mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw buex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-Isptar Zammit Clapp mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 ġew impjegati ħames impjegati ġodda skond kif jidher hawn taħt -
3 Domestics/Cleaners ETC 14078/99 08.99
2 Nursing Aides Internal Call 04/99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Toroq? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-perjodu msemmi ma kien hemm ebda trasferiment ta` impjegati mid-Dipartiment tat-Toroq. Fl-istess perjodu 7 ħaddiema ngħaqdu ma l-istess Dipartiment, minn Dipartimenti oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mas-sezzjoni tal-manutenzjoni, tad-Dipartiment tad-Djar mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċivil mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000 daħlu 470 impjegat ġdid fis-Servizz Pubbliku.
Dawn daħlu kollha wara sejħa għall-applikazzjonijiet.
Ta' min jgħid illi minn dan it-total, 252 huma Instructors/Instructresses li qabel kienu jaħdmu part-time, u 138 huma Kindergarten Assistants li qabel kienu fuq bażi temporanja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Infrastruttura mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Milli jidher l-Onorevoli Interpellant ma jaqrax it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jagħmel.
Din id-domanda diġa' staqsiha tliet darbiet oħra (numri 451, 9493 u 12499) u jiena dejjem irrispondejtu li d-Dipartiment ta' l-Infrastruttura ma jeżistix.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-NTOM mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma' l-'M.T.A.' (mhux 'N.T.O.M.') mis-16 ta' Settembru, 1999 sa' l-4 ta' Jannar, 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar,2000 il-ħaddiema tal-Bibljoteka? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000, ebda impjegat tal-Bibljoteka Nazzjonali ma ġie trasfert.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ħabs Ċivili mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000 ġew impjegati 4 Probation Officers u 4 Trainee Probation Officers mad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi. Dawn ġew impjegati wara li ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet approvata mill-Kummissjoni dwar Servizz Pubbliku.
Dipartiment tal-Wireless Telegraphy — Trasferimenti
Question
Jista'l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul il-perjodu 16 ta` Settembru 1999 sa l-4 ta` Jannar 2000 żewġ impjegati ġew trasferiti mid-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy għal Dipartimenti oħra. Dawn Kienu:
`Administrative Assistant` li kienet fuq kuntratt
mill-Universita ta` Malta u `Executive Officer` li ġie
trasferit għad-Dipartiment tat-Taxxi Nterni fuq talba
tiegħu stess wara li kien provdut sostitut.
Kull talba għal xi trasferiment minn xi mpjegat tiġi kkunsidrata skond il-merti tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Ambulanzi mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma jeżistix Dipartiment ta' l-Ambulanzi imma jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-Sezzjoni tal-Garaxx tal-Ambulanzi ninfurmah li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mis-16 ta' Settembru 1999 sa l-4 ta' Jannar 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Normalment tarasferimenti jsiru skond il-bżonnijiet tas-Servizz. Fil-każ tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni informat li ħafna trasferimenti jsiru bejn skola u oħra u l-biċċa l-kbira minnhom jintalbu mill-impegati nfushom. Dawn it-talbiet isiru għal raġunijiet soċjali, umanitarji u ta' saħħa. Kultant ikun hemm xi ħadd li jitlob tibdil fid-dmirijiet bħal, ngħidu aħna, jitlob li jmur watchman. Minħabba fir-raġunijiet imressqa mhux etika li nagħti r-raġuni ta' kull trasferiment.
Billi t-trasferimenti ma jsirux b'mod kapriċċuż imma skond bżonnijiet li jistgħu jinqalgħu, ma jistax jingħad minn issa jekk fil-futur qrib hemmx xi trasferimenti, maħsuba jew ippjanati.
Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita' — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita' mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista'jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista'jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onorevoli Interpellant, ma kienx hemm impjiegi ġodda fl-Uffiċċju tal-Karti ta` l-Identita` fid-Depot tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Istatistika? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, saru zewg trasferimenti fl-Ufficju Centrali ta` l-Istatistika, persuna residenti Ghawdex intbaghtet tahdem hemm peress li kien imiss lilha li tmur tahdem hemmhekk fuq bazi permanenti u persuna ohra marret tahdem fl-Ufficju minflokha. Trasferimenti li jistghu jsiru fil-futur ikunu skond l-esigenzi ta` l-Ufficju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Bank Ċentrali? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000, ingħataw tmintax (18) il-trasferiment lil ħaddiema tal-Bank Ċentrali.
Dawn it-trasferimenti, li saru għal raġunijiet konessi ma` esiġenzi tax-xogħol, laħqu wkoll l-iskop li l-impjegati jingħataw ċans jaħdmu xogħol differenti biex jiżviluppaw il-karriera tagħhom. Dawn it-trasferimenti minn dejjem kienu jsiri fil-Bank u jibqgħu jsiru anke fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Uffiċċju tal-Budget mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma` l-Uffiċċju tal-Budget fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Kummerċ? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, haddiem wiehed gie trasferit mid-Dipartiment tal-Kummerc ghall-Ministeru tal-Politika Socjali fuq talba tieghu stess. Trasferimenti ta` haddiema, nkluzi dawk li jistghu jsiru fil-futur, isiru skond il-htigijiet tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Passaporti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant, ma ġie mpjegat l-ebda ħaddiem ġdid mas-Sezzjoni Passaporti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' Marittima? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mis-16 ta` Settembru 1999 sa` l-4 ta` Jannar 2000 ma saru l-ebda trasferimenti ta` ħaddiema fl-Awtorita` Marittima.
Dwar trasferimenti fil-futur, l-Awtorita` ma teskludix il-possibilta` li jistgħu jsiru xi trasferimenti fid-Direttorati tagħha.