Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Liċenzji — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Liċenzji? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mis-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000 ġew trasferiti żewġ impjegati fid-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet għal Dipartimenti oħra minħabba fl-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #12588 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Zammit Clapp? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-Isptar Zammit Clapp ma ngħatawx trasferimenti lill-ħaddiema mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000. It-trasferimenti jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #12589 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu msemmi ma kien hemm ebda trasferiment fil-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #12590 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Malta Stock Exchange — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Stock Exchange mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjnijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000, ġew mpjegati 4 minn nies ġodda fil-Borża ta` Malta. Dawn in-nies ġew impjegati kollha minn fost lista ta` persuni mibgħuta mill-ETC u għalhekk ma kienx hemm ħtieġa li toħroġ applikazzjoni pubblika. In-numru ta il-permess kien 186\99.
Leg 9 PQ #12591 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-NTOM? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma ngħataw l-ebda trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa' l-4 ta' Jannar, 2000.
Leg 9 PQ #12592 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawk l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi mis-16 ta' Settembru 1999 sa l-4 ta' Jannar 2000 ma kien hemm l-ebda mpjieg ta' ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika.
Leg 9 PQ #12581 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Sanita' — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Sanita'? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 saru 8 trasferimenti lill-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Minnhom 4 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #12582 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Maltacom? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza, fil-Maltacom sar caqlieq ta` 83 haddiem. Dan ic-caqlieq sar jew minn dipartiment ghall-iehor inkella minn sezzjoni ghal ohra fl-istess dipartiment. Dawn it-trasferimenti saru jew bhala tkomplija tal-Job Evaluation Exercise inkella minhabba l-esigenzi tal-Kumpanija. Jekk fil-futur ikun mehtieg li jsir caqlieq ta` haddiema, dan isir skond il-htigijiet tal-Kumpanija.
Leg 9 PQ #12583 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Air Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza, kien hemm 16-il trasferiment ta` haddiema fl-Air Malta. Kif diga` ghidt fit-twegiba ghall-mistoqsija numru 9446 maghmula mill-istess Onorevoli Interpellant, dawn it-trasferimenti, li jiffurmaw parti ntegrali ta` l-amministrazzjoni tal-Kumpanija, saru biex jaqdu l-esigenzi ta` l-istess Kumpanija. Trasferimenti fil-futur isiru skond ma jkun jidher xieraq u mehtieg mill-amministrazzjoni tal-Kumpanija
Leg 9 PQ #12584 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-MDC? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza ma sarx caqlieq ta` haddiema fi hdan il-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta. Jekk fil-futur l-esigenzi tal-Korporazzjoni jitolbu hekk, allura jsiru trasferimenti.
Leg 9 PQ #12585 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tar-Reġistru ta' l-Artijiet — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tar-Reġistru ta' l-Artijiet mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg,jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fir-Reġistru ta` l-Artijiet.
Leg 9 PQ #12586 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-IPSE mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, gew impjegati sitt haddiema godda ma` l-I.P.S.E. Erbgha minnhom gew impjegati wara li kienu riferuti lill-azjenda mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig, waqt li t-tnejn l-ohra intghazlu minn fost numru ta` applikanti li kienu applikaw wara l-avviz li kien pubblikat fil-gazzetti lokali.
Leg 9 PQ #12575 Sitting 249 2000-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn is-16 ta` Settembru 1999, u l-4 ta` Jannar 2000, ġew impjegati ħames (5) persuni ġodda mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Erbgħa (4) minnhom ġew impjegati wara sejħa għal applikazzjonijiet, filwaqt li l-ħames persuna ġiet appuntata b`kuntratt definittiv ta` sena, peress li minn dawk li applikaw ma nstab ħadd li kellu l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam konċernat.
Leg 9 PQ #12576 Sitting 249 2000-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-MIA? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar ta` din is-sena, sar trasferiment ta` zewg haddiema fil-Malta International Airport. Persuna li kienet ivvolontarjat li taghmel xoghol barra mill-grad taghha, intbaghtet lura f`postha wara li x-xoghol li vvolontarjat ghalih ma kienx hemm aktar bzonnu u persuna ohra talbet hi stess biex ticcaqlaq. Kull trasferiment li jista` jsir fil-futur ikun skond l-esigenzi u l-htigijiet tal-Kumpanija.
Leg 9 PQ #12577 Sitting 249 2000-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferiment mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Uffiċċju tal-Budget? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ma ngħattaw ebda trasferimenti mill-Uffiċċju tal-Budget fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #12578 Sitting 249 2000-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Garaxxijiet tal-Gvern — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-garaxxijiet tal-gvern mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda fil-garaxxijiet tal-Gvern bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000.

Djar ta' l-Anzjani — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Djar ta' l-Anzjani? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000, id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani kellu 4 trasferimenti ta' ħaddiema tad-Djar ta' l-Anzjani. Dawn saru fuq talba tal-persuni nnifishom. Fil-Futur qarib trasferimenti jsiru skond l-esiġenza tas-servizz jew fuq talba ta' l-individwu nnifsu.
Leg 9 PQ #12580 Sitting 249 2000-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Dipartiment tal-Beach Cleaners — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Beach Cleaners? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li ngħata 'transfer' wieħed mis-sezzjoni tal-'Beach Cleaners' tad-Dipartiment tat-Turiżmu bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija. Dan sar fuq talba ta' l-individwu stess. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li trasferimenti ta' ħaddiema jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #12569 Sitting 248 2000-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Enemalta? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi sar caqlieq ta` hames impjegati fil-Korporazzjoni Enemalta. Dawn it-trasferimenti saru minhabba l-esigenzi tal-Korporazzjoni. Fil-futur jista` jsir caqlieq ta` haddiema kemm il-darba l-htigijiet tal-Korporazzjoni jitolbu dan.
Leg 9 PQ #12570 Sitting 248 2000-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu Pubbliku — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.