Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2053 u jitlob lill-awtoritajiet konċernati biex jikkonsidraw li jiġu stallati speed cameras fi Triq Żabbar, Fgura biex jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport se tagħmel l-istħarriġ tagħha dwar it-talba ta' l-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2052 u jitlob lill-awtoritjiet konċernati biex jikkonsidraw li jiġu stallati speed cameras fi Triq in-Naxxar, San Ġwann fil-parti residenzjali u kummerċjali (bejn wieħed u ieħor bejn il-Kazin tal-Partit Nazzjonalista u l-Knisja Parrokjali) biex b'mod partikolari jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv f'din it-triq, specjalment matul il-lejl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport se tagħmel l-istħarriġ tagħha dwar it-talba ta' l-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn, sena b'sena, kemm daħlu immigranti rregolari f'pajjizna?
Jista' jgħid in-nazzjonalita taghhom?
Jista' jgħid kemm minnhom ingħataw l-istatus ta' refugjati?
Jista' jgħid minn dawn kemm ġew deportati lura lejn pajjiżhom?
Jista' jgħid kemm minn dawn ġew integrati f'pajjiżi oħra Ewropej u anki fl-Istati Uniti ta' l-Amerika?
Jista' jgħid kemm minn dawn ħarbu min pajjiżna?
Minn dawk li jirriżulta li ħarbu minn pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom instabu, fejn ħarbu u kemm minnhom għadu mhux magħruf x'sar minnhom?
Jista' l-Ministru jgħid min dawk maħrubin kemm minnhom instab li tħarbu minn persuni b'mod irregolari ? F'dan il-kaz x'passi ittieħdu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qeq inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija.
Fl-2006 kien hemm 550 immigranti irregolari li ngħataw l-istatus ta' protezzjoni internazzjonali, filwaqt li fl-2007 kien hemm 627, mill-applikazzjonijiet proċessati tul dik is-sena.
Immigranti irregolari li jingħataw protezzjoni jew li japplikaw għal ażil f'Malta ma jiġux deportati. Għar-rigward it-tielet domanda nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1917.
In-numru ta' persuni li ngħataw il-protezzjoni internazzjonali u li ġew integrati f'pajjiżi oħra Ewropej u fl-Istati Uniti ta' l-Amerika huwa kif ġej:-
Pajjiżi oħra Ewropej L-Isati Uniti ta' L-Amerika
2006 - 20 2006 - Xejn
2007 - 28 2007 - 28
2008 - Xejn 2008 - 113
Rigward l-aħħar tlett partijiet tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma tinżammx statistika.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex geġwiġija ta' wires tal-linji tat-telephones li hemm fi Triq Scicluna, San Ġiljan (fl-aħħar parti t'isfel tat-taraġ) titneħħa u tiġi mgħoddija mill-ġdid b'mod aktar pulit peress li din hija ta' eye sore f'żona daqshekk turistika?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi mappa fuq il-mejda tal-Kamra fejn tispjega b'mod dettaljat liema huma l-partijiet mill-promenade ta' Tas-Sliema, fi Triq it-Torri (mix-chalet sa biswit l-Barracuda Restaurant) li huma art privata jew li hija mikrija mill-Gvern lil terzi?
Jista' l-Ministru jitlob lill-awtoritjiet konċernati biex jikkonsidraw li jiġu stallati speed cameras fi Triq in-Naxxar, San Ġwann fil-parti residenzjali u kummerċjali (bejn wieħed u ieħor bejn il-Kazin tal-Partit Nazzjonalista u l-Knisja Parrokjali) biex b'mod partikolari jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv f'din it-triq, specjalment matul il-lejl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jitlob lill-awtoritajiet konċernati biex jikkonsidraw li jiġu stallati speed cameras fi Triq Żabbar, Fgura biex jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1527 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex l-iskema ta' l-Equity Sharing ma reġgħetx infetħet mill-ġdid f'nofs ix-xahar ta' Ġunju kif kien imwiegħed? Jista' jgħid meta huwa maħsub li din l-iskema tinfetaħ mill-ġdid?
Response (DALLI, JOHN)
Filwaqt li ma jirriżultalix li saret xi wegħda bħal dik li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija tiegħu, nirreferih għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 973 f’Seduta Numru 17.
Jista' l-Ministru jgħid liema partijiet, (inkluż mill-foreshore) ta' Manoel Island għadhom propjeta' pubblika u ma jaqgħux taħt il-Konsorzju Midi jew entita' oħra?
Jista' jpoġġi pjanta fuq il-mejda tal-Kamra b'dawn id-dettalji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fil-kuntratt li sar bejn il-Gvern u l-Konsortzju kkonċernat li kopja tiegħu kienet mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra fis-7 ta' Lulju 2000.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskema ta' l-Equity Sharing ma reġgħetx infetħet mill-ġdid f'nofs ix-xahar ta' Ġunju kif kien imwiegħed? Jista' jgħid meta huwa maħsub li din l-iskema tinfetaħ mill-ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru responsabli.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 591 u jgħid meta se jsir ix-xogħol fit-toroq hawn taħt indikati kif intqal fil-fuljett li tqassam mill-ADT għall-bini ta' toroq residenzjali bejn l-2006 u l-2008 fl-Imsida?
Triq Ġdida fi Triq Balliju Guttenberg
Parti min Triq il-Ġostra
Sqaq Santa Venera
Triq Ġdida fi Triq il-Kunzar
Sqaq Casolani
Triq Ġdida fi Triq il-Knisja.
Response (GATT, AUSTIN)
Għada ma ġietx iffissata data meta għandu jinbeda x-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fit-toroq hawn taħt indikati kif intqal fil-fuljett li tqassam mill-ADT għall-bini ta' toroq residenzjali bejn l-2006 u l-2008 fl-Imsida?
Triq Ġdida fi Triq Balliju Guttenberg
Parti min Triq il-Ġostra
Sqaq Santa Venera
Triq Ġdida fi Triq il-Kunzar
Sqaq Casolani
Triq Ġdida fi Triq il-Knisja.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-iskola Mater Dei fl-Imsida? Jekk hemm, x'inhuma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iskola Mater Dei fiha studenti li għandhom problemi emozzjonali, soċjali u mġieba diffiċli. Din l-iskola ppjanata biex tilħaq il-bżonnijiet ta’ dawn l-istudenti. Il-funzjoni ta’ din l-iskola ser jibqa’ l-istess.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Designed Director General
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji l-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, inħatar Designed Director General tad-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' jgħid xi kwalifikazzjonijiet għandu? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt li ngħata dan il-persuna in konnessjoni ma' din il-ħatra?
Response (FENECH, ANTONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tonio Fenech
Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment
Jista' l-Ministru jgħid kif u meta l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ġiet impjegata ma' l-awtorita' marittima Maltija?
Jista' jgħid:
a) saritx sejħa pubblika għal impjieg ta' Berthing Master li tiegħu din il-persuna ngħatat l-impjieg?
b) xi kwalifiki jew/u esperjenza għandha din il-persuna biex ingħatat dan l-impjieg?
c) kemm hu s-salarju u x'inhuma l-kondizzjonijiet l-oħra li ngħatat din il-persuna għal dan l-impjieg?
d) jekk xogħol ta' Berthing Master jinvolvix ukoll ħruġ u għoti ta' liċenzji kif ukoll l-għoti ta' l-irmiġġi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-persuna konċernata ġiet impjegata bħala berthing master ma’ l-Awtorita’ Marittima fl-2001 wara sejħa pubblika fil-gazzetti lokali. Is-salarju tiegħu hu ta’ 21,465 ewro u għandha l-użu ta’ mobile phone. Hu responsabbli għall-irmiġġi fil-yacht marinas ta’ l-Awtorita’ liema proċess ma jinvolvix il-ħruġ ta’ liċenzji.
Jista' l-Ministru jgħid min kien/kienet il-persuna li kienet tokkupa l-kariga ta' Berthing Master ma' l-awtorita' marittima Maltija qabel ingħata l-impjieg lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament?
Jista' jgħid għaliex ġie tterminat l-impjieg ta' din il-persuna li kienet tokkupa l-kariga ta' Berthing Master u meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-persuna li kienet tokkupa l-kariga ta’ berthing master qabel huwa impjegat ta’ l-Awtorita Marittima, u jokkupa l-kariga ta’ Personnel Manager.