Heritage Malta – Kuntratt għal interactive audio visual
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13296, jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta żammitx id-drittijiet tal-awtur jew le? Jekk fin-negattiv, jista’ jikkonferma li l-kuntrattur għandu d-drittijiet (copyright) fuq il-produzzjoni u jgħid jekk ingħatax dritt li jinnegozja t-tali produzzjoni u raw footage ieħor?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-copyright tal-prodott huwa miżmum bejn Heritage Malta u l-kumpanija kkonċernata u allura kemm Heritage Malta kif ukoll il-kumpanija privata m’għandhomx dritt li jinnegozjaw l-imsemmija produzzjoni mingħajr l-involviment tal-parti l-oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 13297 u 13895, ladarba qed jingħad li peress li s-CEO ta’ Heritage Malta stess ħa r-rwol ta’ HR Manager u li b’hekk dan id-Dipartiment ingħata l-importanza xierqa, jista’ jispjega kif din ir-responsabilità importantissima ma kenitx wieħed mill-objectives li fuqu s-CEO ingħata l-performance bonus tal-2014? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni li f’dan il-perjodu dan id-dipartiment tħalla b’Coordinator biss u s-CEO li għandu ħafna responsabilitajiet oħra?
Heritage Malta – kontravvenzjonijiet tat-traffiku minn vetturi
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet 13591 u 13894, jista’ l-Ministru jispjega x’inhuma l-kriterji li fuqhom Heritage Malta timxi biex tistabbilixxi jekk l-istess Aġenzija għandhiex tħallas ċitazzjonijiet tat-traffiku jew le? Jista’ jgħid jekk din iċ-ċitazzjoni ġietx ikkuntestata u jekk il-persuni li rċevew iċ-ċitazzjoni ngħatawx għajnuna u sapport legali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta tikkunsidra li tħallas ċitazzjoni on a case by case basis wara li tevalwa l-fatti kollha fuq il-prinċipju ta' fairness. Fil-każ imsemmi ċ-ċitazzjoni ma ġietx ikkontestata.
Nittama li l-Onor Interpellant mhux qed jissuġġerixxi li Heritage Malta tħallas hi minn flus pubbliċi kull ċitazzjoni li jeħlu l-ħaddiema irrispettivament mill-fatti tal-każ.
Heritage Malta – esebizzjonijiet ta’ artisti lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’għamlet Heritage Malta minn Marzu 2013 s’issa sabiex tgħin lill-artisti lokali jesibixxu t-talent tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta għadha toffri l-istess faċilitajiet li ilha toffri għal dawn l-aħħar ħdax-il sena sabiex artisti jesibixxu x-xogħlijiet tagħhom. Artisti lokali jistgħu jippreżentaw proposti u portafoll ta’ xogħlijiet lil Heritage Malta b’mod regolari u d-deċiżjoni tittieħed fuq bażi ta’ mertu u kwalità. Il-faċilitajiet li toffri Heritage Malta jinkludu kurazija, għajnuna fil-ġarr ta’ xogħlijiet li jkunu ser jidhru fl-esibizzjoni u għajnuna biex l-artist jħejji l-wirja.
Ninsab infurmat li Heritage Malta ma tieħu ebda ħlas ta’ dan is-servizz għalkemm tagħżel kwadru, flimkien mal-artist, biex dan jirrappreżentah fil-kollezzjoni nazzjonali.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-lista tas-siti għad-dispożizzjoni ta’ wirjiet tinsab fuq is-sit ta’ Heritage Malta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14501, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li filwaqt li l-informazzjoni mitluba fuq il-heads u s-CEO ngħatat, dik rigward kull grad ma ngħatatx ? Jista’ jikkonferma li kull manager għandu sett ta’ kriterji stabbiliti u li l-bonus jingħata skont il-performance u mhux l-individwu? Jista’ jikkonferma li mhemmx proċedura ta’ kif il-kriterji tal-performance bonus jiġu stabbiliti u li ħafna mill-kriterji jkunu wisq vagi fejn ikun hemm lok ta’ interpretazzjoni vasta? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża ta’ Heritage Malta fir-rigward tal-performance bonuses tal-managers u senior curators għas-sena 2014?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li kull manager ikollu miri stabbiliti li jistgħu jinbidlu matul is-sena skont l-esġenzi tal-Aġenzija u li l-bonus jingħata skont kriterji stabbiliti u skont il-prestazzjoni ta’ dak li jkun. Ninsab infurmat li l-ispiża totali f’bonuses lill-managers u senior curators fl-2014 kienet ta’ €63,992.74.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14503, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża kapitali kif ukoll l-ammont ta’ labour hours relatati ma’ dan il-proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-ispiża kapitali kienet tammonta għal madwar €10,000, filwaqt li l-ammont ta’ sigħat tax-xogħol tal-impjegati ta’ Heritage Malta (mastri, mastrudaxxi, electricians u skilled tradesmen bl-għajnuna ta’ studenti mill-MCAST) ammonta għal 5000 siegħa.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14504 u 14505, jista’ l-Ministru jgħid xi trid tfisser Heritage Malta bis-sentenza “Il-ktieb ġie riċerkat u miktub wara l-ħin formali tax-xogħol”?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li r-riċerka meħtieġa għall-kitba ta’ dawn it-tip ta’ pubblikazzjonijiet ma ssirx waqt il-ħin tax-xogħol, iżda fil-ħin liberu tal-awturi rispettivi.
Għandi nifhem li l-Onor Interpellant bħali huwa kburi b’dawn it-tip ta’ pubblikazzjonijiet li jagħmlu unur mhux biss lil min jiktibhom imma lill-pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kollaborazzjoni kien hemm bejn Heritage Malta u NGOs li jaħdmu fil-qasam kulturali u jmexxu xi siti u/jew mużewijiet minn Marzu 2013 s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda ftehim ta’ kollaborazzjoni formali bejn Heritage Malta u NGOs li jmexxu siti jew mużewijiet, iżda li r-relazzjonijiet huma tajbin u li jkun hemm kollaborazzjoni ad hoc skont iċ-ċirkostanzi.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li qed jingħataw is-servizzi lid-djar f’Bieb ir-Ruwa, limiti tar-Rabat? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk hux minnu li f’ċerti proprjetajiet privati qed jintuża kejl differenti u ċjoè hemm minn qed juża l-prassi li l-kuntrattur imqabbad mill-Gvern iħaffer biss 20 pied fil-proprjetà u l-inkwilin irid iħallas il-bqija, filwaqt li f’ċerti proprjetajiet qed isir tħaffir fil-proprjetà kollha?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiema hemm fil-grad A f'Heritage Malta u kemm minnhom għandhom livell MQF 6 jew iktar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li hemm 77 ħaddiem fil-grad ‘A’ f’Heritage Malta li 53 minnhom għandhom livell MQF 6 jew iktar.
Għandi nifhem li l-Onor Interpellant jieħu gost b'dawn it-tip ta' riżultati fi dan l-istaff ta' din l-Aġenzija tant importanti f'pajjiżna.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15165, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan ta' Heritage Malta f'każ ta' ħruq f’dawn il-postijiet f'ħin meta ma jkunx hemm ħaddiema preżenti? Jista’ jikkonferma li kull ħaddiem ta’ Heritage Malta kif ukoll il-kuraturi jafu jużaw il-fire extinguishers u għandhom għarfien tajjeb ta’ pjan ta' evakwazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-uffiċjali kollha tas-sigurtà huma avżati li f’każ ta’ ħruq għandhom immedjatament iċemplu 112 għall-assistenza u wara jċemplu lil uffiċjali responsabbli mis-sit. Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ipprovdut taħriġ xi snin ilu għal grupp ta' mpjegati ta’ kull grad u li jkopru s-siti kollha. Dan it-taħriġ kien jinkludi s-Sigurtà u s-Saħħa u proċeduri bażiċi ta’ evakwazzjoni, l-ewwel għajnuna u Prevenzjoni tan-Nar u l-għarfien dwar l- użu prattiku taċ-ċilindru għat-tifi tan-nar. Issa reġa’ wasal iż-żmien għal iktar taħriġ u ninsab infurmat li filfatt beda taħriġ għall-impjegati l-ġodda ta’ Sant’Iermu.
Heritage Malta – esibizzjoni dwar l-Assedju l-Kbir fil-Palazz tal-President
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta Heritage Malta ser tinawgura l-esibizzjoni dwar l-Assedju l-Kbir ġewwa l-Palazz tal-President? Jista' jgħid kemm-il artifatt se jkun hemm esibit li ġejjin minn mużewijiet barra minn Malta? Jista' jgħid min hu l-Kuratur responsabbli minn din l-esibizzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-wirja li tikkommemora l-450 anniversarju tal-Assedju l-Kbir fil-Palazz tal-President se tiġi inawgurata fl-4 ta’ Settembru. Se jkun hemm madwar 15-il oġġett minn mużewijiet u kollezzjonijiet barra minn Malta, filwaqt li l-aspett kuratorjali qed jitmexxa mid-Dipartment tal-Istorja Marittima u Militari ta’ Heritage Malta.
M’għandix dubju li l-Onor Interpellant huwa kburi daqsi bil-livell għoli ta’ professjonalità li uriet Heritage Malta fit-tħejjija ta’ din il-kommemorazzjoni.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li Heritage Malta m’għandha l-ebda ħsieb li tieħu taħt idejha t-tempji ta’ Kordin III?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li bħalissa għaddejjin taħdidiet ħalli jibdew il-proċeduri meħtieġa sabiex it-tempju msemmi jgħaddi f’idejn Heritage Malta.
Tempji ta’ Ħal Tarxien u Forti Sant Anġlu — inawgurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu inawgurati l-proġetti tat-tined tat-Tempji ta’ Ħal Tarxien, u l-Forti Sant Anġlu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li x-xogħol fuq iż-zewġ siti msemmija għaddej b’ritmu tajjeb u t-tnejn li huma għandhom jiġu inawgurati iżjed tard din is-sena.
M'għandix dubju li l-Onor. Interpellant jieħu gost jisma' b'dawn ir-riżultati sbieħ li Heritage Malta qed tikseb.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża ċivili pendenti għandha Heritage Malta? Jista’ jgħid x’inhi n-natura ta’ dawn il-kawżi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-kawżi ċivili pendenti ta’ Heritage Malta huma s-segwenti:
MALTATICKET.COM vs HM – kawża rigward nuqqas ta’ qbil dwar it-terminu tal-kuntratt ta’
ticketing service
li kien ġie ffirmat fit-2007.
HM vs MALTATICKET.COM – kawża pendenti fuq flus li għandu jagħti MALTATICKET.COM lil HM fuq bejgħ ta’ biljetti fl-aħħar tlett xhur tal-2012.
AGM vs HM – kawża kontra HM rigward nuqqas ta’ qbil fl-interpretazzjoni ta’ kuntratt li jirrigwarda provediment ta’ audioguides tal-Katakombi ta’ San Pawl.
Jista' l-Ministru jgħidilna kemm il-siegħa overtime ingħatat is-sezzjoni tal-kuratorjat minn Marzu tas-sena 2013 s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li bejn Marzu 2013 u April 2015 ġew mogħtija 24,476 siegħa overtime fid-diviżjoni kuratorjali, li minbarra l-kuraturi tinkludi wkoll il-Visitor Services u dipartimenti oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex din is-sena Heritage Malta organizzat induction għal ċertu ħaddiema ġodda biss filwaqt li oħrajn ġodda tħallew barra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li kull ħaddiem ġdid ta’ Heritage Malta kellu induction skont il-bżonn partikolari tax-xogħol ġdid li jkollu l-individwu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-responsabilitajiet tal-Visitor Services Manager, is-Site Manager Sant'Iermu, il-Kuratur anzjan u Kuraturi oħra li jaħdmu ma’ Heritage Malta vis-à-vis is-sit ta' Sant’ Iermu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Forti Sant’Iermu, bħal kull sit u mużew ieħor ta’ Heritage Malta, jitmexxa mil-Kuratorjal b’kollaborazzjoni ma’ dipartimenti amministrattivi oħra, fosthom il-Visitor Services. Għaldaqstant, Forti Sant Iermu jaqa’ taħt ir-responsabilità tad-Dipartiment tal-Istorja Militari u Marittima, li jitmexxa minn Kuratur Anzjan. Fl-istess waqt, kemm il-Forti Sant’Iermu nnifsu u kif ukoll il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra li jinsab ġo fih għandhom kuratur iddedikat għalihom. L-operat tas-sit u tal-mużew jaqgħu taħt it-tmexxija tad-Dipartiment tal-Visitor Services. Barra minn hekk, peress li Sant’Iermu huwa aktar kumpless minn kull post ieħor immexxi minn Heritage Malta, inħasset il-ħtieġa li jinħatar manager għall-amministrazzjoni ġenerali tas-sit. Dan il-manager huwa responsabbli ukoll miż-żamma tal-partijiet pubbliċi ġewwa l-forti u l-amministrazzjoni ta’ kull attività kulturali u kummerċjali. Iż-żewġ aspetti, dak kuratorjali u dak amministrattiv, jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Kap Kuratur.
Esibizzjoni The Roman Inquisition in Malta — riklami
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-riklami tal-esibizzjoni The Roman Inquisition in Malta li saru fuq l-electronic bilboards madwar il-pajjiż? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-cost benefit analysis li sar sabiex ittieħdet id-deċiżjoni li jiġu investiti dawn il-flus? Jista’ jgħidilna meta ħarġet l-expression of interest għal dawn ir-riklami?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li r-riklami msemmija ma swew ebda flus u dan għax ġew mogħtija bħala patrunaġġ lill- Aġenzija. Għaldaqstant, ma kien hemm bżonn isir l-ebda cost benefit analysis jew expression of interest għal dan l-iskop.
Għadni nifhem li l-Onor Interpellant jieħu gost b'dawn l-affarijiet u jabbraċċjahom.
Heritage Malta – Education Manager/Senior Executive
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta abolixxiet il-post ta' Education Manager u minflok ħarġet post għal Senior Executive?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onor. Interpellant għandu informazzjoni skorretta. Umilment nissuġġerilu biex jivverifika l-informazzjoni li tasallu.
F’dan il-każ, il-
manager
preżenti qed tiddisponi mill-fakultà ta’
leave without pay
għall-perjodu ta’ tliet snin.
Irrid ngħid għall-korrettezza li ġiet maħluqa wkoll l-pożizzjoni ta’ Senior Executive fl-istess Dipartiment imma din hija parti mill-istrateġija għat-tisħiħ tal-istess Dipartiment. Nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel li nsaħħu dan id-dipartiment important għal Heritage Malta.