Jista' il-Ministru jgħid jekk qatt xi darba saritx spezzjoni ta' Triq Għeriexem fir-Rabat peress li din tinsab f'xifer madwar żewġ sulari 'il fuq mill-għelieqi, barra li tinsab f'qagħda mħarbta jidher ukoll li m'għandhiex pedamenti sodi biżżejjed? Jekk le, jista' jikkonsidra li ssir tali spezzjoni?
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru road blocks mill-Forzi Armati ta' Malta matul is-snin 2000-2004 sena b'sena f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ Road Blocks li saru mill-Forzi Armati ta’ Malta bejn l-2000 u 2004 sew f’Malta kif ukoll f’Għawdex jidhru fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
F’Malta
F’Għawdex
2000
759
86
2001
496
103
2002
90
78
2003
55
57
2004
36
42
Total
1436
366
Jista' il-Prim Ministru jgħid kif inhu maqsum it-total ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta skond is-sezzjonijiet differenti, eż: skwadra marittima, ta' l-ajru, revenue security corps, eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' membri li jiffurmaw il-Forzi Armati ta' Malta skond ir-ranks differenti tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
1. In-numru ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta skond ir-ranks differenti tagħhom huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Rank
Numru
Brigadier
1
Kurunell
1
Logutenent Kurunell
6
Maġġur
21
Kaptan
27
Logutenent
27
Warrant Officer I
11
Warrant Officer II
29
Staff Sergeant
41
Surġent
94
Bombardier
186
Lance Bombardier
273
Gunner
903
Total
1620
2. In-numru totali ta’ rankijiet indikat hawn fuq jinkludi fih 138 membru li jiffurmaw il-Korp tar-
Revenue Security
.
3. Barra minn dan in-numru, il-Forzi Armati ta’ Malta jimpjegaw ta’ Malta jimpjegaw 150 ruħ oħra pajżana f’impieg mal-Gvern.
Il-figuri mogħtija hawn fuq huma kif kienu sal-31 ta’ Diċembru 2004.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet tax-xiftijiet differenti li jaħdmu l-membri tal-Forzi Armati ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tip u l-ħinijiet tax-xiftijiet fil-Forzi Armati ta’ Malta huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt:
Tip ta’ Xift
Kummenti
Day/Night/Rest/Off
Ix-xift jikkonsisti minn ġurnata xogħol ta’ tnax-il siegħa, lejl xogħol ta’ tnax-il siegħa, ġurnata mistrieħ segwita b’ġurnata
Off
.
Day/Rest/Off
Ix-xift jikkonsisti minn ġurnata xogħol ta’ erbgħa u għoxrin siegħa segwita b’ġurnata mistrieħ u ġurnata
Off
.
Jista' il-Ministru jiċċara eżatt ta' min hi r-responsabbilta' għall-immaniġjar tat-traffiku minn Ġorġ Borg Olivier Street, ir-Rabat, Malta? Jista' jgħid jekk il-kunsill lokali tar-Rabat għandux ir-responsabbilta' għall-immaniġjar tat-traffiku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat mhux ikklassifikata bħala triq arterja u lanqas triq distributorja. Bħal kull triq oħra li taqa' fil-konfini tal-Kunsill Lokali, il-proposti ta' immaniġġar tat-traffiku jiġu mressqa għand l-Awtorita' dwar it-Trasport mill-Kunsill Lokali u flimkien jiġu diskussi tali proposti minn aspett tas-sigurta' fit-toroq u skond il-ħtiġijiet tal-lokal.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6594, jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux veru jew le li hemm applikazzjoni li hemm mal-faċċata taċ-ċimiterju Santa Margherita li tgħid li se jitwaqqa' ħajt u jinbnew oqbra ġodda? Jekk dan hu fl-affarmattiv, jista' il-Ministru jgħid jekk sarx impact assessment ta' kif dan jista' jaffetwa r-residenti tal-viċinanzi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li hemm imwaħħla mal-faċċata taċ-ċimiterju ta' Santa Margherita Rabat hija għal xogħol li jikkonsisti fit- twaqqiegħ u bini mill-ġdid ta' ħajt perikoluż fin-naħa tal-lemin ta' wara ta' l-istess ċimiterju. Peress li dan ix-xogħol jirrekjedi t-tħammil ta' l-ispazju bejn il-ħajt u l-oqbra diġa eżistenti nstab li jkun aktar ekonomikament vijabbli li flok dan l-ispazju jerġa' jiġi mirdum, jinbnew numru żgħir ta' oqbra li ser jinżammu għall-użu tad-dfin komuni. Ghalhekk, barra li jiġu ffrankati l-flus, l-oqbra mibnija jkomplu jżidu l-faċilita' għad-dfin komuni.
Ix-xogħol meħtieġ huwa kollu fuq ġewwa, fil-limiti taċ-ċimiterju eżistenti kif stabbiliti snin ilu w mhux estenzjoni taċ-ċimiterju. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda ħtieġa għal impact assessment.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġetti biex jiġi msebbaħ Ġnien Bir l-Iljun fir-Rabat, Malta, liema ġnien ilu mitluq għal dawn l-aħħar snin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Ġnien imsemmi huwa responsabilta tal-Kunsill Lokali, għalhekk għal aktar informazzjoni l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8580 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jgħid x'permessi għandhom l-istabilimenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? X'restrizzjonijiet hemm fuq ħinijiet u livelli ta' storbju bħal public address system?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ż-żewġ stabilimenti msemmija għandhom liċenza ta' bar, u wieħed minnhom, it-tieni wieħed, għandu wkoll liċenza ta' restaurant. Dan, skond it-tagħrif mogħti lill-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu mill-Pulizija meta dawn il-liċenzi ġew trasferiti lill-istess Awtorita` fl-2002, għandu wkoll extension of time till 4 a.m. u playing of music.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8500 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'permessi għandhom l-istabilimenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? X'restrizzjonijiet hemm fuq ħinijiet u livelli ta' storbju bħal public address system?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-liċenzji tan-negozji li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant, m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant, ġentilment nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni f'liema stadju wasal ix-xogħol tat-triq ta' Wied il-Qlejgħa li tagħti mir-Rabat sal-Mosta - Chadwick Lakes - li hi wżata minn ħafna familji Maltin bħala rotta prinċipali wżata fil-ġranet tal-mistrieħ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi it-triq inkwistjoni tagħmel parti mix-xogħlijiet li qed isir inkonnessjoni mal-Ħames Protokoll Taljan. Ix-xogħlijiet f’din it-triq qegħdin fi stadju avvanzat u huwa stmat illi sal-lum, kwazi 60% tax-xogħlijiet ġew kompluti. Ix-xogħlijiet kompluti jikkonsistu minn installazzjoni tas-servizzi tal-WSC, Enemalta, Maltacom u Melita Cable, bini ta’ ħitan trattati fuq is-sejjiegħ, implimentar ta’ sistema li tinkorpora l-ġbir ta' l-ilma tax-xita, tqegħid ta’ pedamenti u din il-gimgħa saru l-ewwel xogħlijiet ta’ asfaltar. Ix-xogħlijiet f’din it-triq huma mistennija li jitlestew sal-aħħar ta’din is-sena.
Pulizija — Żgħażagħ taħt l-Eta' fi Stabilimenti ta' Divertiment
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika kemm-il raid sar mill-pulizija fi stabilimenti f'Buġibba, Paceville u Marsascala f'din l-aħħar sena biex jiġi ċċekkjat jekk żgħażagħ taħt l-eta' kenux qegħdin jużaw dawn il-postijiet? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika x'passi tttieħdu kontra dawn l-istabilimenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004 il-Pulizija għamlet 200 spezzjoni f'postijiet ta' divertiment ġewwa Buġibba, Paċeville u Wied il-Għajn. B'riżultat ta' dan instabu 56 persuna taħt is-sittax-il sena u nbdew proċeduri kriminali kontra 11-il persuna responsabbli minn dawn l-istabbilimenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika kemm-il persuna nqabdet fil-pubbliku bi fliexken ta' l-alkoħol f'idejha minn mindu l-liġi l-ġdida li tipprojbixxi dan ġiet in vigore? Fuq dan il-punt, jista' il-Viċi Prim Ministru jindika jekk il-pulizija humiex qed jiċċekkjaw ħwienet li jistgħu qed ibiegħu fliexken ta' l-alkoħol lill-minuri? Jekk fl-affermattiv, hemm xi sidien ta' ħwienet li nqabdu, u jekk iva f'liema lokalita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn meta ġew fis-seħħ il-Bye-Laws ta' l-2004 dwar Xorb f'Kontenituri tal-Ħġieġ (Kunsill Lokali San Ġiljan) fit-3 ta' Awissu 2004, kien hemm 98 persuna li nstabet titlajja f'xi post pubbliku bi ksur ta' l-imsemmija Bye-Laws. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm erba' persuni li tressqu l-Qorti talli biegħu xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-sittax-il sena.
Jista' il-Ministru jgħid x'permessi għandhom l-istabilimenti, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? X'restrizzjonijiet hemm fuq ħinijiet u livelli ta' storbju bħal public address system?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7606, jista' il-Ministru jgħid jekk hux il-każ li jsir studju fuq dan il-pont antik u jidentifika jekk wasalx iż-żmien li l-pont ikun magħluq għat-trakkijiet u l-heavy vehicles?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li d-direttorat tat-toroq ser jikkunsidra l-punti mressqa mill-Onorevoli Interpellant sabiex tittieħed deċiżjoni f'dan ir-rigward.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6874?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Fakulta' tal-Mediċina ma tgħat l-ebda avviż li qed tikkonsidra tirrevedi r-rekwiżiti għad-dħul fil-kors tal-mediċina. Kieku kellu jkun hemm xi tibdil li jaffetwa l-preparazzjoni tal-kandidati għad-dħul fil-kors, l-Universita' hi obbligata tagħti notifikazzjoni sentejn qabel jibda l-kors.
Attard — Triq Ferdinandu Inglott - Sinjali tat-Traffiku
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6378, jista' il-Viċi Prim Ministru jiżgura li jkun hemm sorveljanza tal-pulizija f'dawn l-inħawi, issa li bdiet l-iskola u diversi ġenituri b'vetturi għal darba oħra mhumiex jobdu s-sinjali tat-traffiku b'konsegwenza li jpoġġu l-ħajja ta' oħrajn f'riskju?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' kelli l-okkażżjoni ngħid, kull meta l-eżiġenzi tas-servizz jippermettu, il-Pulizija jattendu fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant fil-ħinijiet meta t-tfal jibdew u jispiċċaw l-iskola.
Jista' il-Ministru jgħid għalfejn l-arbli tad-dawl li twaħħlu fl-area magħrufa bħala Bejt il-Fenek l/o Dingli, baqgħu bla sistema ta' bozoz u qed joħolqu problema minħabba d-dlam ċappa li jkun hemm fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħol fuq l-arbli msemmija ma tkompliex minħabba oġġezzjonijiet mill-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-ħajt tas-sejjieħ fi Triq il-Mitħna, fil-parti li tagħti għal Triq Durumblatt, Mosta, hux fil-ħsieb li jiġi rranġat peress li huwa ta' periklu għall-vetturi li jgħaddu minnhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li t-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali konċernat u mhux taħt dan il-Ministeru.