Jista' il-Ministru jikkonferma jekk u meta ġew approvati mill-awtorita' tat-trasport u mill-Malta Standards Authority l-ispeed cameras tal-mini ta' Triq Reġjonali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-installar ta’ l-ispeed cameras qrib il-mini fi Triq Reġjonali kien approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta skond ftehim milħuq ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Dan il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2004.
Skond dan il-ftehim, Kunsill Lokali li jkun irid jinstalla speed camera fi triq irid jitlob permess bil-miktub mingħand l-Awtorità, fid-dawl tal-fatt li hi din l-Awtorità li għandha s-setgħa li tamministra u topera t-toroq.
L-ispeed cameras li jitwaħħlu jridu jkunu konformi ma’ l-apparat ta’ sorveljar ta’ veloċità preskritt skond ir-Regolament 127 tar-Regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur.
Jien infurmat li l-ispeed cameras li huma stallati bħalissa huma koperti b’ċertifikat ta’ kalibrazzjoni. Dawn iċ-ċertifikati jkun jgħoddu għal sena u qed jiġu verifikati mill-Malta Standards Authority.
Pulizija — Ripatrijazzjoni ta' persuni lejn pajjiżhom
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ripatrijati lejn pajjiżhom persuni f'dawn l-aħħar erba' snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuni ta' nazzjonalita' barranija li ġew ripatrijati tul dawn l-aħħar erba' snin kienu kif jidher hawn taħt:
2002 1,199
2003 1,047
2004 704
2005 574
Tista’ il-Ministru tgħid liema huma dawk it-tipi ta’ mard li għalihom tingħata għajnuna? Kemm-il persuna qed tirċievi għajnuna taħt kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ mard u xi ħlas sar f’kull każ fl-2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi d-diversi tipi ta' mard u kundizzjonijiet li dwarhom titħallas l-Għajnuna għal Mard u n-numru rispettiv ta' benefiċjari.
Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar l-ammont imħallas separatament għal kull tip ta' marda jew kundizzjoni. Fis-sena 2004 l-ammont totali mħallas f'Għajnuna għal Mard kien ta' Lm5,787,938.
Tista’ il-Ministru tgħid kemm-il
lift
ġew stallati s’issa fi blokki ta’ appartamenti tal-gvern/awtorita’ tad-djar? F’liema lokalitajiet u kemm kienet l-ispiża globali s’issa? Tista’ tgħid ukoll jekk hux qed ikunu stallati
lifts
oħra u fejn, u x’talbiet oħra hemm pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita` tad-Djar stallat 68 lift fi blokki tal-Gvern eżistenti taħt Skema V, f’diversi lokalitajiet kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ispiża globali kienet ta’ Lm1,061,000.
Ninsab infurmata wkoll li bħalissa qed jiġu stallati 5 lifts oħra u f’qasir żmien ser jingħataw il-kuntratti għal stallar ta’ 4 lifts oħra. Preżentement hemm 8 applikazzjonijiet pendenti taħt din l-iskema.
L-Awtorita tad-Djar tistalla wkoll lifts fi blokki li tibni ġodda li jingħataw b’kera, għal bejgħ b’sussidju jew shared ownership. Mis-sena 2002 ġew stallati 59 lift f’dawn il-blokki bi spiża ta’ Lm500,000 u bħalissa għaddej xogħol fuq stallazzjoni ta’ 42 lift ieħor fi blokki ġodda.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk persuna minn pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea li tkun trid tibda negozju minn Malta tkunx teħtieġ permess tax-xogħol biex tkun tista’ topera minn Malta, anke jekk is-servizz li tkun se tagħti jkun wieħed internazzjonali u mhux nazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li persuna minn pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea li tkun trid tibda negozju f’Malta ma għandiex bżonn ‘Permess’ tax-xogħol biex tagħti servizz.
Imma bħaċ-ċittadini Maltin, ċittadini Ewropej iridu ikunu konformi mal-proċeduri u l-liġijiet Maltin illi min jaħdem għal rasu jkun irid jipprovdi 'engagement form' lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, irid ikollu numru tal-Vat u l-liċenzji oħra neċessarji sabiex joperaw in-negozju tagħhom.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il persuna hi rapportata li mietet kawża ta’ mard marbut mat-tipjip fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena? Kemm kien hemm li mietu minn mard tal-cancer fl-istess perijodu? Kemm minn dawn mietu f’Malta u kemm f’Għawdex u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Mwiet matul l-ewwel seba' xhur ta' 2005 li huma meqjusa li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewġ sessi huwa ta' 242 mewt f'residenti ta' Malta u Għawdex. Minn dawn kien hemm 167 raġel, 151 mietu Malta u 16 mietu Għawdex. Kien hemm 75 mara, 68 li mietu Malta u 7 li mietu Għawdex.
Matul l-istess perjodu kien hemm 438 mewt minn mard tal-cancer. Minn dawn kien hemm 249 raġel, 229 mietu Malta u 20 mietu Għawdex. Kien hemm 189 mara, 179 mietu Malta u 10 mietu Għawdex.
B'riferenza għal dak li ġie ppubblikat f'waħda mill-gazzetti lokali fuq problema kkawżata bil-henna tattoing, jista' il-Ministru jgħid jekk din il-forma ta' arti hijiex regolata b'xi liġi tas-saħħa pubblika u jekk le, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li toħroġ legal notice b'dan il-għan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-forma ta' arti ndikata (henna tattoing) sa llum mhijiex regolata bil-Liġi peress li din mhijiex forma permanenti ta' tattoo. Għaldaqstant id-Dipartiment qiegħed jikkonsidra l-possibilita' ta' legal notice b'dan il-għan.
Ssptar San Luqa — Waiting lists għal ċerti operazzjonijiet
Question
B'riferenza għall-allegazzjonijiet li l-waiting lists għal ċerti operazzjonijiet ortopediċi u oftalmologiċi fl-isptar San Luqa huma twal ħafna, jista' il-Ministru jgħid kemm huma twal dawn il-waiting lists? Fuq dan ir-rigward, jista' jagħti lista komparattiva, operazzjoni b'operazzjoni, ta' waiting lists f'kull pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin 2004 u 2005?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 12664.
Madankollu,
waiting times
għal dawn l-operazzjonijiet ma jistgħux jinġabru b'mod eżatt għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
Pazjenti qed jiġu kontinwament miżjuda fil-lista għal operazzjoni u dawk li saritilhom l-operazzjoni huma mneħħija mil-waiting lists. Għal din ir-raġuni ż-żmien ta' stennija ivarja minn persuna għall-oħra e.g. fl-istess waiting list jista' jkun hemm pazjent li ilu jistenna x-xhur kif ukoll wieħed li jkun ilu jistenna ftit ġranet.
Pazjenti li l-kundizzjoni ta' saħħithom titbiddel tgħali li l-operazzjoni li qed jistennew jagħmlu ma tkunx tista' issirilhom, ġieli ma jinfurmawx l-isptar sabiex jitneħħew minn fuq il-waiting list. Fl-istess kategorija jkun hemm pazjenti li għamlu l-operazzjoni x'imkien ieħor jew li jmutu jew iħallu l-pajjiż waqt li għadhom fuq il-lista.
Kif ġralna f'din l-aħħar sena, meta minħabba influss kbir ta' pazjenti fis-swali tal-mediċina matul ix-xhur tax-xitwa, l-amministrazzjoni ta' l-isptar kellha tieħu miżuri fejn pazjenti tal-mediċina iddaħlu fis-swali tal-kirurġija. Dan irriżulta li operazzjonijiet mhux urġenti (elective) kellhom jiġu posposti.
Hemm każi fejn pazjent ikollu bżonn ta' żewġ operazzjonijiet e.g. bilateral cataracts. Dan il-pazjent, allavolja operat, jibqa fuq il-waiting list għat-tieni operazzjoni.
Id-disponibbilita ta' meżżi fl-operating theatres e.g. prosthetics, ħin disponibbli fl-operating theatres, etc.
Il-kapaċita ta' l-isptar sabiex jitratta pazjent tiddependi fuq in-numru ta' sodod, tobba, infermiera etc. għall-popolazzjoni li tkun qed taqdi.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda pajjiz fl-EU ma jippublika waiting lists għal kull operazzjoni.
Madankollu l-OECD għamlet studju fuq waiting times fi tnax -il pajjiż membri tagħha ibbażata fuq risposti għal serje ta' mistoqsijiet (Waitng times Project in April 2002). L-OECD analiżżat il-waiting times skond il-ħafna fatturi li jistgħu jinfluwenzaw b'qawwa ż-żmien ta' stennija (riżorsi umani, riżorsi ta' l-isptar, finanzi, il-kapaċita tat- teknoloġija medika, etc.).
Ta' min isemmi ukoll fatturi oħra importanti e.g.
Public Capacity (sodod, kirurġi) disponibbli għal kull elf persuna fil-popolazzjoni
In-nefqa pubblika fis-saħħa per capita
F'popolazzjoni fejn l-anzjani jagħmlu perċwentwali mdaqqsa se jkun hemm domanda ikbar għal ċertu operazzjonijiet e.g. kataretti, joint replacement surgery
Għal aktar informazzjoni dwar waiting times fil-pajjiżi ta' l-EU jekk jogħġbok irreferi għall-OECD website:
http://www.oecd.org/dataoecd/15/52/35028282.pdf
http://www.oecd.org/dataoecd/24/32/5162353.pdf
Jista’ il-Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar xahrejn kienx hemm xi żviluppi fin-negozjati mal-Libja dwar id-deċiżjoni min-naħa tal-Libja li tiddikjara żona għall-konservazzjoni tas-sajd?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-taħdidiet bejn Malta u l-Libja għadhom għaddejjin bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar din il-materja.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi self drive (pjanċa bil-K) u vetturi mikrija b’xufier (pjanċa bil-GY) reġistrati u liċenzjati separatament kull sena fil-perijodu bejn l-1998 u l-2004?
Jista’ jgħid ukoll kemm kienu reġistrati għall-ewwel darba (a) vetturi bil-pjanċa K u (b) vetturi bil-pjanċa GY kull sena bejn l-1998 u l-2004?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ infermiera impjegati mal-Gvern fl-1987 u kemm hu fil-preżent? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-ammont globali ta’ pagi/salarji, kif ukoll ta’ sahra, imħallsa lill-infermiera fl-1987 u fl-2004 rispettivament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid meta kienet introdotta f’pajjiżna ċ-ċittadinanza doppja u kemm-il persuna kisbet ċittadinanza doppja kull sena minn dak iż-żmien ’il hawn? Minn liema pajjiż kienu ġejjin dawn il-persuni?
Response (BORG, TONIO)
Jiddependi x’qed jifhem l-Onor. Interpellant b’ċittadinanza doppja. Per eżempju, fil-Kostituzzjoni tal-1964 kien hemm provvediment li ċittadini Maltin li jkollhom xi ċittadinanza oħra jew oħrajn, riedu jneħħu kull ċittadinanza oħra bejn it-18 u d-19-il sena biex ikomplu jżommu ċ-ċittadinanza Maltija. Jiġifieri diġa’ kien hemm diversi persuni li kienu ċittadini Maltin u li kellhom ċittadinanza ohra sa’ ma kellhom 19-il sena.
Jekk qed jifhem meta ġiet introdotta ċ-ċittadinanza doppja għall-emigranti Maltin, din saret b’effett mill-1 ta’ Awissu 1989 u setgħu jkollhom ċittadinanza doppja dawk il-persuni li twieldu Malta, emigraw, għamlu mill-anqas 6 snin emigrati u ħadu ċ-ċittadinanza tal-pajjiż fejn kienu emigrati.
Fl-10 ta’ Frar 2000 il-liġi taċ-ċittadinanza inbidlet mill-ġdid biex id-dritt li persuna jkollha żewġ ċittadinanzi (jew aktar) isir ir-regola u mhux aktar l-eċċezzjoni kif kien qabel. Jiġifieri dawk il-persuni kollha li kienu saru Maltin jew fil-21 ta’ Settembru 1964 jew bi twelid wara din id-data, jekk għamlu 6 snin jgħixu barra minn Malta, awtomatikament jikkwalifikaw biex iżommu żewġ ċittadinanzi, waħda minnhom dik Maltija. Wara l-10 ta’ Frar 2000 kull ċittadin Malti li jakkwista ċittadinanza barranija kif ukoll kull barrani li jakkwista ċ-ċittadinanza Maltija, jistgħu jżommu ż-żewġ ċittadinanzi.
Kif diga’ spjegajt drabi oħra, ir-rwol tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza fejn għandha x’taqsam iċ-ċittadinanza doppja huwa li dawk il-persuni li jridu konferma bil-miktub li huma jgawdu dan id-dritt, tinħarġilhom ittra li tikkonferma dan wara li jkunu ppreżentaw id-dokumenti meħtieġa - ara t-tabelli ‘A’ u ‘B’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ il-Ministru tgħid liema huma dawk it-tipi ta’ mard li għalihom tingħata għajnuna? Kemm-il persuna qed tirċievi għajnuna taħt kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ mard u xi ħlas sar f’kull każ fl-2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 13142, jista' il-Ministru jgħid jekk għandux risposta għad-domanda f'dan l-istadju?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Għal dawn l-aħħar snin Triq Borg Olivier kienet triq arterjali iżda skond il-pjan lokali, għall-Majjistral ta’ Malta, imniedi mill-Awtorita’ dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ta’ Malta, din it-triq għandha tkun waħda lokali. Pjanta tal-proposta tal-MEPA qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għalhekk bħalissa din it-triq tinsab fil-fażi transitorju għal triq lokali.
Għal din ir-raguni u ukoll minħabba li Triq Borg Olivier fir-Rabat Malta għandha persentaġġ għoli ta’ residenti u kummerċ, għalhekk is-sistemi tat-traffiku li jolqtu lil din it-triq dejjem jiġu diskussi bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali.
Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport ta’ Malta u l-Kunsill Lokali tar-Rabat fuq skema tal-immaniġġjar tat-traffiku għar-Rabat kollu li tinkludi wkoll lil Triq Borg Olivier, sabiex titjieb u tkun iktar effiċjenti s-sistema eżistenti tat-traffiku f’dan il-lokal. Din l-iskema tagħmel proviżjonijiet għat-trasport pubbliku u t-trasport tat-tfal ta’ l-iskola wkoll.
Jista' il-Ministru jindaga dwar jekk jistax isir xi forma ta' trasport ċirkolari mir-Rabat u l-irħula ta' madwar biex in-nies ikollhom aċċess għaċ-ċentru tas-saħħa tar-raħal u l-kunsill lokali? Jista' jinnota li jekk dan isir minn fuq is-Saqqajja jista' jevita ħafna traffiku li jrid jgħaddi minn Ġorġ Borg Olivier Street u t-toroq ta' madwar ir-Rabat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li r-rotot eżistenti għal Ħad Dingli u l-Imtarfa jgħaddu mis-Saqqajja u għalhekk jgħaddu mill-viċinanzi tal-Kunsill Lokali.
Ir-rotta ta’ l-Imtarfa, mill-Belt Valletta u viċi versa tgħaddi minn Triq Santa Rita, liema triq tinsab ħdejn iċ-Ċentru tas-Saħħa. Ir-rotta tal-Baħrija ukoll tgħaddi minn Triq Santa Rita.
Barra minnhekk wieħed irid ikun infurmat li ċ-Centru tas-Saħħa tar-Raħal, il-Kunsill Lokali u il-Bus Stops eżistenti huma kollha fil-viċinanzi ta’ xulxin u għaldaqstant, l-irħula ta’ madwar ir-Rabat huma kollha moqdija bir-rotot eżistenti.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' anzjani, maqsumin f'maskili u femminili, fuq il-waiting list għal kull lokalita' ta' Malta u għal liema djar ta' l-anzjani qegħdin jistennew, bejn l-2000 u l-2005?
Jista' il-Ministru jaqsam l-applikazzjonijiet għal kull lokalita' sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tobba reġistrati mal-kunsill mediku ta' Malta li talbu certificate of compliance u certificate of good standing lill-kunsill mediku ta' Malta sabiex ikunu jistgħu jirreġistraw ruħhom f'kunsill mediku ieħor fl-Unjoni Ewropea?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta' din is-sena sal-lum kien hemm 84 talba.