Jista' il-Ministru jgħid kemm saru placements, sena b'sena, mill-ETC mill-1996 'il hawn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ,sena b'sena mill-1996 sabet xogħol għal dawn in-numru ta' ħaddiema kif ġej :-
Sena Placements
1996 3290
1997 2498
1998 1847
1999 2328
2000 2717
2001 2492
2002 3209
2003 3272
2004 3579
2005 4462
Jista' il-Ministru jgħid għalfejn qed ikun hemm daqshekk dewmien biex tiġi rranġata b'asfalt/tarmac Triq l-Imtarfa, fl-Imtarfa? Jista' jagħti data approssimattiva meta se ssir din it-triq daqshekk importanti għan-nies ta' dan il-lokal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija nkluża fil-program tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11614, jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-triq inkluża fil-programm ta' xogħlijiet mid-direttorat u dan għaliex il-bdiewa f'dawn l-inħawi ma jistgħu lanqas jgħaddu bl-inġenji tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-Direttorat qed ihejji program ta' xogħlijiet u b'hekk it-triq imsemija mill-Onorevoli Interpellant ġiet inkluża f'dan il-program. Dawn ix-xogħlijiet se jibdew skond il-prijoritajiet li jirrużultaw.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6703, jista' il-Ministru jgħid jekk l-ADT tatx permess lill-kunsill lokali tar-Rabat li jaqla' dawn is-sinjali tat-traffiku, liema sinjali ġew maqlugħa xi ftit tal-ġimgħat ilu mill-istess kunsill lokali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li tali Unit ma ħareġ l-ebda struzzjonijiet lill-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex jinqalgħu xi sinjali tat-traffiku. F’laqgħa li saret mall-Kunsill Lokali fil-21 ta’ Diċembru 2005, tali Kunsill talab sabiex jitneħħew is-sinjali tal-one way fiż-żona ta’ Ħal Bajjada iżda tali permess ma ngħatax mit-Traffic Management Unit u kien miftiehem li din it-talba tkun diskussa aktar il-quddiem.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15961, jista' il-Ministru jindika fiex waslu l-analiżi tas-Superintendence of Heritage, għaliex il-fatt li ġie mwaqqaf ix-xiogħol qed ikun ta' inkonvenjent serju għan-nies ta' l-inħawi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa qed ilesti il-proċess ta’ procurement ta’ riżorsi neċessarji għat-tkomplija tax-xogħol arkeoloġiku fuq dan is-sit.
Dan ix-xogħol arkeoloġiku mistenni jieħu xi gimgħatejn. Ladarba id-dokumentazjoni arkeoloġika titlesta, ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq iċ-Ċimiterju jista` jitkompla, b'mod li ma ssirx iktar ħsara lill-fdalijiet arkeoloġici f’dan il-post.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq il-ħajt fuq il-parti ta' wara li tagħti għal flats Għeriexem, taċ-ċimiterju Santa Margerita, fir-Rabat, Malta li kien qed jinbena biex isaħħaħ l-istruttura li kien hemm qabel, ġie mwaqqaf fin-nofs, xi sena ilu? Peress li fil-preżent din il-parti qed tintuża bħala miżbla b'affarijiet taċ-ċimiterju, jista' il-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex tiġi assigurata s-saħħa tar-residenti fil-bini Għeriexem u jista' jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq dan il-ħajt?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li x-xogħol fuq il-ħajt fuq wara taċ-ċimiterju Santa Margerita Rabat, li jagħti għal fuq il-fetħa tal-flats ta' Għexierem kien ġie mwaqqaf wara intervent mis-Superintendence of Heritage, wara li ġie allegatament skopert li waqt ix-xogħlijiet instabu xi fdalijiet ta' importanza arkejoloġika. Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għadu qed jistenna sabiex isir l-istudju arkejoloġiku mitlub qabel ikun jista' jitkompla x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq dan il-ħajt.
Informat li l-ebda parti taċ-ċimiterju ma ġiet assenjata bħala miżbla b'affarijiet taċ-ċimiterju tar-Rabat. Huwa biss aġir illegali ta' xi persuni li jitfgħu skart ta' fjuri w oġġetti oħra għal fuq din il-parti fejn hemm ix-xogħol. Dan jiġi kkundannat bil-qawwa.
Ma jirriżultax li preżentament hemm xi periklu partikulari għas-saħħa tar-residenti fil-bini ta' Għexierem.
Preżenatment, id-dipartiment mhux f'pożizzjoni li jagħti data speċifika meta x-xogħol jista' jkun lest għalkemm qiegħed jagħmel l-almu tiegħu biex jitkompla fl-inqas żmien possibbli.
Jista' il-Ministru jikkonferma jew jiċħad illi fil-parti taċ-ċimterju Santa Margerita fir-Rabat, Malta li tagħti fuq in-naħa tal-flats Għeriexem jidhru konsenturi fil-ħajt li juru li l-oqbra jistgħu jkunu f'periklu li jinfetħu u dan b'periklu lir-residenti tal-lokal? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'qed isir biex din is-sitwazzjoni tirregola ruħha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li dawk li l-Onor. Interepellant qiegħed jirreferi għalihom bħala konsenturi, fil-ħitan ta' l-oqbra fiċ-ċimiterju Santa Margerita tar-Rabat, fuq in-naħa ta' wara fejn il-ħajt li kien ġie mwaqqa' huma l-istess ħsarat li kienu jeżistu bħala parti mill-istess ħajt ta' wara. Kien għalhekk li l-ħajt twaqqa' sabiex jinbena mill-ġdid minħabba periklu. Bil-kostruzzjoni l-ġdida tali periklu kien ser jiġi kkontrollat. Ix-xogħlijiet ġew imwaqfa għal raġunijiet kif spjegati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15961. Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qiegħed jagħmel dak kollu possibbli sabiex kemm jista' ikun malajr jitkompla u jitlesta dan ix-xogħol.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma sekondati ma' NGOs ambjentali u ma' liema NGOs qegħdin dawn il-persuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
In-numru ta’ persuni sekondati ma’ NGO’s huwa ta’ ħdax (11).
Dawn huma imqassmin kif ġej:
NGO
Post
Numru ta’ persuni
Birdlife Malta
Għadira
Nature Reserve
5
Birdlife Malta
Simar
Nature Reserve
6
Malta standards authority — Ċertifikat ta' kalibrazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta nħareġ iċ-ċertifikat ta' kalibrazzjoni mill-Malta standards authority għall-ispeed cameras tal-mini ta' Triq Reġjonali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li ċ-ċertifikat ta’ kalibrazzjoni, maħruġ minn laboratorju rikonoxxut, wasal flimkien ma’ l-apparat minn barra f’Diċembru tas-sena l-oħra u ġie vverifikat mill-Malta Standards Authority.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport li l-gvern ikkummissjona rigward il-kwalita' ta' l-applikazzjonijiet li jsiru lill-MEPA u r-rapporti li jsiru mid-direttorat ta' l-ippjanar li sar mill-konsulent Ingliż Leslie Robinson?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Minħabba konsiderazzjonijiet ambjentali din l-informazzjoni qed tingħata taħt forma ta’ compact disc.