Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux qed tinżamm statistika taż-żjarat li qed isiru fl-isptar il-ġdid Mater Dei u jekk hux qed jinżamm xi reġistru bil-feedback li jingħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir ir-reklutaġġ ġdid fil-pulizija f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa għaddej il-proċess ta' reklutaġġ ta' kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija wara sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar il-Ġimgħa 17 ta' Marzu 2006. Dawn l-applikazzjonijiet għalqu nhar is-7 ta' April 2006.
Leg 10 PQ #18701 Sitting 383 2006-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew turisti f'Malta f'dawn l-aħħar sentejn fi żmien il-Milied, komparat ma' żmien il-Għid? Jekk qed jiġu iktar fi żmien il-Għid, dan għaliex qed isir reklamar għal dawn il-festi tradizzjonali f'Malta u Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-total ta' turisti li jiġu Malta fi żmien il-Għid huwa aktar minn dak ta' żmien il-Milied. It-total ta' turisti li ġew Malta fi żmien il-Għid, jiġifieri ix-xhur ta' Marzu u April 2005 kien ta' 159,556 filwaqt li fis-sena 2004 it-total kien ta' 158,165. Fi żmien il-Milied jiġifieri fix-xhur ta' Diċembru 2004 u Jannar 2005, it-total ta' turisti kien ta' 94,310 filwaqt li t-total ta' turisti li ġew Malta fix-xhur ta' Diċembru 2003 u Jannar 2004 kien ta' 90,441. It-traffiku fi żmien il-Għid huwa sostanzjalment aktar min dak ta' żmien il-Milied u dan jimxi ma' kif it-turiżmu ivarja fl-Ewropa u fil-Mediterran. Malta tiġi reklamata kemm għal-festi tal-Milied kif ukoll għat-tradizzjonijiet ta' l-Għid.

Mosta/Imġarr

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-isem uffiċjali tat-triq prinċipali li tagħti mill-Mosta sa l-Imġarr, Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-triq hija indikata fuq il-pjanti tal-MEPA bħala Triq Xifer il-Kfief fuq in-naħa tal-Mosta u Triq l-Imġarr fuq in-naħa ta' l-Imġarr. L-ADT għall-fini ta' indikazzjonijiet preċiżi tuża' s-sistema ta' indikazzjonijiet ta' nodes jew in-numru speċifiku tat-Triq f'dan il-każ in-numru hu 17. Rigward xi ekwivoku dwar l-isem tat-Triq nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #18692 Sitting 382 2006-05-09 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Siti Arkeoloġiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed isir reklamar apposta għas-siti arkeoloġiċi f'Malta u Għawdex? Tinżamm statistika ta' kemm turisti jżuru dawn is-siti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi Heritage Malta tieħu kull opportunita biex tkabbar il-kuxjenza favur is-siti arkeoloġici u storiċi kemm f’Malta u kemm f’Għawdex u fl-istess waqt tirreklama dawn il-mużewijiet u s-siti li l-aġenzija għandha f’idejha. Heritage Malta żżomm statistika ta’ kemm kull sit f’Malta u Għawdex ikollu viżitaturi.

Karozzi tal-Linja — Għajn Tuffieħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fis-sajf il-karozzi tal-linja lejn Għajn Tuffieħa jiżdiedu fil-frekwenza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Imġarr — Triq Papa Piju XII

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn ix-xogħol fuq Triq Papa Piju XII fl-Imġarr, Malta waqaf? Hemm xi ħsieb li x-xogħol jerġa' jitkompla mill-aktar fis?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol waqaf peress li saru xi talbiet għal xogħol li ma kienx inkluż fit-tender mir-residenti tat-triq u l-Kunsill Lokali. Dan ix-xogħol jikkonsisti f'bini ta' retaining wall. Qed isiru l-istejjem neċessarji biex tittieħed deċiżjoni u hekk ix-xogħol jitkompla mmedjatament.

Tal-Ħemsija — Transformer

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn it-transformer fuq l-arblu fejn iċ-ċimiterju ta' l-Ingliżi f"Tal-Ħemsija, l/o Rabat għadu ma ġiex impoġġi fil-kamra l-ġdida mibnija għal dan il-għan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-korporazzjoni Enemalta qed tistenna li jitlesta x-xogħolijiet meħtieġa mill-Kuntrattur ta' l-ADT.

Imġarr — Triq il-Konkors Teatrali

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex waqaf ix-xogħol fi Triq il-Konkors Teatrali, Imġarr? Meta beħsiebu jkompli dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Waqt li kienu qed isiru x-xogħlijiet fi Triq il-Konkors Teatrali, saret talba mill-Kunsill Lokali biex issir extension tas-sewer għal ġo Triq Ġdida fi Triq il-Konkors Teatrali. Il-Waste Water Unit ser jagħtu istruzzjonijiet lill-kuntrattur biex jagħmel ix-xogħol tad-drenaġġ qabel isir l-asphalt. Ix-xogħol tal-bini tat-triq ser jitkompla kif jitlesta' x-xogħol tad-drenaġġ.

Bajjiet — Servizz ta' First Aid

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux maħsub li jkun hemm servizz ta' ambulanza u first aid f'Għajn Tuffieħa, liema servizz jista' ikopri t-tliet bajjiet, jiġifieri dik tal-Ġnejna u dawk ta' Għajn Tuffieħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar Risposta tingħata f'xi Seduta oħra ladarba tkun lesta.

Kunsilli Lokali — Ġemellaġġi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru ġemellaġġi ta' kunsilli lokali f'Malta u Għawdex u jekk fost dawn hemmx min iggwadanja minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Imġarr — Pressa ta' l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx raġuni għalfejn il-pressa ta' l-ilma fin-naħat ta' Mrejnu u Ta' Palma fl-Imġarr, Malta ilha daqshekk baxxa għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat? Jista' jgħid x'xogħlijiet qed isiru biex dan jiġi rranġat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-inħawi ta' Mrejnu u tal-Palma jinsabu fl-ogħla nħawi ġor-raħal tal-Imġarr. Minħabba f'hekk huma l-ewwel li jbatu minn pressa baxxa tal-ilma meta għal xi raġuni jkun hemm xi problema fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma fl-Imġarr. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet ħsieb li tibni 'booster room' żgħira fi Triq Sir Harry Luke fejn twaħħlet pompa bl-iskop li żżid il-pressa f'dawn il-postijiet msemmija. Ix-xogħol jinsab fi stadju avvanzat u bħal issa għaddejin l-aħħar testijiet. Din il-pompa għandha titħaddem fi żmien qasir.

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa li applikaw għas-sussidju fuq ħitan tas-sejjieħ mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew ikkonsidrati pożittivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpllant biex jindika għall-liema perjodu qiegħed jirriferi.

Awtorita' tad-djar — Ħruġ ta' maisonettes fl-Imġarr

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm-il maisonette se joħorġu fl-iskema l-ġdida ta' l-awtorita' tad-djar ġo Triq il-Ħarrub, l-Imġarr, Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-proġett ta' bini ta' l-Awtorita' tad-Djar fi Triq il-Ħarruba, Triq il-Karamelli u Triq l-Amaroz, l-Imgarr, se jikkonsisti f'65 unit u 122 garaxx.