Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti barranin qegħdin iservu xi kors fl-Universita' ta' Malta? Minn liema pajjiżi ġejjin? X'korsijiet qegħdin isegwu u x'rati qed iħallsu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti barranin li jattendu l-Universita' ta' Malta hu ta' 646. Ir-rati tal-ħlas għal studenti barranin, eskluż dawk mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea huma kif ippublikati fl-Avviż Legali numru 432 ta' 2004.
Tagħrif ieħor mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm persuni nqabdu jsuqu vettura mingħajr polza ta' assigurazzjoni, kemm persuni tressqu l-qorti akkużati b'sewqan mingħajr il-polza ta' assigurazzjoni u kemm persuni nstabu ħatja ta' sewqan mingħajr polza ta' assigurazzjoni? X'pieni weħlu, anke b'mod globali, f'multi u/ jew ħabs dawk misjuba ħatja ta' sewqan bla polza ta' assigurazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kien hemm 155 persuna li tressqu l-Qorti mill-Pulizija talli nqabdu jsuqu vettura mingħajr ma kienu koperti b'polza ta' assigurazzjoni, filwaqt li kien hemm 35 persuna oħra li tressqu l-Qorti fuq sewqan ta' vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan u għaldaqstant ma kienux koperti b'polza ta' assigurazzjoni.
Infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra, wkoll, kien hemm 177 persuna li kellhom il-każ tagħhom deċiż quddiem il-Qorti u instabu ħatja li ma kienux koperti b'polza ta' assigurazzjoni waqt li kienu qed jagħmlu użu minn xi vettura. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, jien infurmat li ma tinżammx statistika bil-mod kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Il-pieni mogħtija kienu dawk stabbiliti skond il-liġi.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19087 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn bdiewa reġistrati full-time u part-time?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f’Novembru 2005 kien hemm 1,474 bdiewa reġistrati full-time u 495 reġistrati part-time.
Jista' il-Ministru jgħid meta kien introdott is-servizz ta' facilitator fl-iskejjel ta' l-Istat u f'dawk privati u tal-knisja separatament? Min qed iħallas għall-ispiża ta' dan is-servizz? Kemm kienet l-ispiża totali kull sena għal dawn il-facilitators mindu beda jingħata dan is-servizz sa l-aħħar tas-sena 2005? Kemm hu n-numru ta' facilitators fl-iskejjel ta' l-istat u f'dawk privati u tal-knsija separatament, u kemm hemm tfal li għandhom facilitator magħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Kollega għar-rapport Spiteri dwar l-Edukazzjoni Inklussiva u Speċjali li tqassam lill-Onor. Membri u li fih it-tagħrif mitlub.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali fl-2004 u l-2005 fil-prim'awla tal-qorti ċivili u fil-qorti tal-maġistrati, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? X'effett ħalliet il-proċedura li kienet iddaħlet fl-1 ta' Awissu, 2005 għal krediti ta' anqas minn Lm5,000?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ittri uffiċjali ppreżentati fl-2004 u fl-2005 fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kif ukoll fil-Qorti tal-Maġistrati huwa kif indikat fit-tabella li tidher aktar l’isfel.
L-ittra uffiċjali li kienet iddaħħlet fl-1 ta’ Awissu 2005 għal krediti ta’ anqas minn Lm5000 kellha effett tajjeb ħafna. F’temp ta’ ħames xhur, sa’ l-aħħar ta’ 2005 kienu ġew ippreżentati 1429 li setgħu potenzjalment jissarfu f’kawżi li kieku l-kredituri ma sabux ir-rimedju f’din l-ittra. Sat-18 ta’ Mejju 2006 diġa` ġew ippreżentati 1272 ittra oħra taħt dan l-artikolu.
Mill-istatistika jidher ukoll li l-kawżi introdotti fil-Qorti tal-Maġistrati u fit-Tribunal għal Talbiet Żgħar naqsu wkoll u dan jista’ jkun effett dirett ta’ l-ittra uffiċjali skond l-Artikolu 166A. Filwaqt li sa’ April 2005 kienu ġew introdotti 252 kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati dan l-ammont naqas għal 117 sa’ April 2006. Bħala total tal-kawżi pendenti fl-istess Qorti, sa’ April 2005 l-ammont kien ta’ 1307 b’paragun ma’ 1131 sa’ April 2006.
Fit-Tribunal għal Talbiet Zghar in-numru ta’ talbiet intavolati sa’ April 2005 kien ta’ 972 b’paragun ma’ 368 sa’ April 2006. F’dan l-istess Tribunal in-numru ta’ kawżi pendenti wkoll niżel minn 2160 sa’ April 2005 għal 1396 sa’ April 2006.
2004 2005
Maġistrati
Prim’Awla*
Maġistrati
Prim’Awla*
Ittra Uffiċjali
7,765
4,629
10,385
5,591
Ittra Uffiċjali
(ai termini ta’ l-Art. 166A)
-
-
1,429
-
Ittra Uffiċjali
(bil-Kambjali)
352
30
511
80
Total
8,117
4,659
12,325
5,671
* Tinkludi wkoll ittri ufficjali pprezentati fir-Registru tal-Qorti tal-Familja
It-tagħrif dwar il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) huwa s-segwenti:
Sena 2004
Ittri ufficcjali (normali)
Sena 2005
Ittri ufficcjali (normali)
Sena 2005
(mill-1 ta’ Awissu)
Ittri ufficcjali (skond l-artikolu 166A tal-Kap. 12)
Qorti tal-Magistrati (Għawdex) Superjuri
874 **
623
Mhux applikabbli
Qorti tal-Magistrati (Għawdex) Inferjuri
257
59
TOTAL
874
880
59
** Peress illi s-sistema kumpjuterizzata tal-Cash book fuq il-programm LECAM użata llum ġiet introdotta fi Frar 2005, u dawk l-ittri li ġew preżentati sa dakinhar ma ġewx klassifikati skond il-ġurisdizzjoni minn fuq is-sistema preċedenti msejħa CORTEX għal fuq il-LECAM, ma tistax tingħata tali klassifikazzjoni.
Barra mill-ittri uffiċċjali indikati fit-tabella ta’ hawn fuq, ġew preżentati żewġ ittri uffiċċjali oħra b’kambjala ai termini ta’ l-Artikolu 253(e) matul is-sena 2005.
Dwar il-mistoqsija ta’ x’kien l-effett li ħalliet il-proċedura li kienet iddaħħlet fl-1 ta’ Awissu 2005 għall-krediti ta’ inqas minn Lm5,000, (skond l-Artikolu 166A tal-Kap. 12), jingħad illi 23 ittra mit-total ta’ 59 li ġew preżentati matul il-perjodu 1 ta’ Awissu 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005, ġew rezi eżekuttivi. Għalhekk jista’ jingħad illi ġew evitati daqstant kawżi bil-vantaġġ illi l-kreditur kiseb b’mod speċjattiv u bi ftit spejjeż, titolu eżekuttiv fi żmien xahar minflok ma dam jiqqortja xhur jew snin. Dan huwa ta’ vantaġġ kemm għall-kreditur innifsu kif ukoll għad-debitur.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti kull sena bejn l-2000 u l-2005 akkużati bi traffikar ta' droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-snin 2000 u 2005, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 641 persuna fuq akkużi relatati ma’ traffikar ta’ droga, kif jidher hawn taħt:
2000127
2001110
2002107
200361
2004143
200593
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn fish farms joperaw f'pajjiżna? Xi kwalita' ta' ħut ikabbru? Kemm hi kkakulata l-produzzjoni kull sena? Kemm, bejn wieħed u ieħor, qed iħallu flus f'pajjiżna dawn il-fish farms?
Jista' il-Ministru jgħid kemm ammontat l-għajnuna li ngħatat lill-bdiewa, raħħala u produtturi tal-majjal u lis-sajjieda kull sena fl-aħħar sentejn u cioe' fl-2004 u fl-2005? Għal liema skop ngħatat din l-għajnuna u kemm minnha ġiet mill-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari hawn fuq imsemmija.
L-ammont ta’ għajnuna li ngħatat lill-bdiewa, raħħala u produtturi tal-majjali u lis-sajjieda kull sena fl-aħħar sentejn u cioe’ fl-2004 u fl-2005 huwa kif ġej:
Għajnuna minn Fondi Pubbliċi fit-2004: Lm 6,153,609.67
Għajnuna mill-Fondi ta’ l-Unjoni Ewropea fit-2004 : Lm 606,099.61
Għajnuna minn Fondi Pubbliċi fit-2005 : Lm 9,391,193.87
Għajnuna mill-Fondi ta’ l-Unjoni Ewropea fit-2005: Lm 2,404,586.82
Aktar dettalji dwar l-għajnuniet li ngħataw jinsabu fit-tabella annessa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'ammont ħallas il-gvern għal espropriazzjoni ta' art mill-2000 'il hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' kumpens li tħallas mill-Gvern mis-sena 2000 'il hawn għal artijiet esproprijati kien kif ġej:
Fis-sena 2000 Lm5,286,863
Fis-sena 2001 Lm3,952,966
Fis-sena 2002 Lm2,256,296
Fis-sena 2003 Lm2,305,807
Fis-sena 2004 Lm5,173,804
Fis-sena 2005 Lm6,257,864
Fis-sena 2006* Lm1,092,631
*sal-20 ta' Mejju.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tissemma xi triq fl-Imġarr, Malta għas-Sur Randu Galea li kien l-ewwel membru parlamentari mill-Imġarr?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond l-Avviż Legali Nru. 176 ta` l-1995, kull proposta ta` tismija jew bdil fl-isem ta` triq trid toriġina mill-Kunsill Lokali tal-lokalita`, u għalhekk din il-proposta għandha tiġi indirizzata lill-Kunsill Lokali ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tempju f'Ta' Ħaġrat, l/o Imġarr, Malta huwiex imgħasses lejl u nhar u jekk iva, ma' min huma ngaġġati dawn il-ħaddiema?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li Heritage Malta tuża diversi sistemi ta’ għassa. Dawn jinkludu mpjegati ta’ Heritage Malta, kuntratti għas-servizz minn kumpanji ewlenin ta’ sigurta’ u sistemi oħra ta’ sigurta’ mfasslin għas-sit jew mużew partikolari. Għal raġunijiet ovvji ma jistgħux jingħataw aktar dettalji fuq siti partikolari.
Peress li ġiet imwaqqfa kummissjoni nazzjonali tas-saħħa mentali ġdida, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx terminu ta' żmien li fih din trid tressaq ir-rakkmandazzjonijiet tagħha għal tibdil tal-liġi tas-saħħa mentali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għalkemm il-Kummissjoni tas-Saħħa Mentali ma ngħatatx termini speċifiku huwa ittamat li l-ewwel abbozz tal-liġi tas-Saħħa Mentali jkun lest sa tmiem din is-sena.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwaqqa dak il-bini fi Triq Ħtajriet, f'salib it-toroq ma' Triq il-Kbira fil-Mosta, biex ikun jista' jitwettaq dak li kien imwiegħed snin ilu, jiġifieri li titranġa Triq Ħtajriet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' proprjeta' mibjugħa kull sena bejn l-2000 u l-2005, kif ukoll fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? X'kien l-ammont mibjugħ lill-barranin kull sena fl-istess perijodu kif ukoll fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien ġenerat skart f'pajjiżna kull sena mill-2000 sa l-aħħar tas-sena li għaddiet? Meta bdiet issir is-separazzjoni ta' l-iskart? Kemm ġie separat skart sal-lum f'dawk li huma ħġieġ, karti, plastik u metal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-siti mmaniġġjati mill-kumpanija WasteServ Malta Co Ltd ġie ddepożitat skart skond kif imniżżel hawn taħt:
L-ammonti huma dawn:
2000
Magħtab 1,409,641 tunnellati
Qortin (Għawdex) 36,014 tunnellati
Sant’Antnin 31,381 tunnellati ta’ skart ittrattat
2001
Magħtab 1,160,879 tunnellati
Qortin 75,557 tunnellati
Sant’Antnin 32,103 tunnellati
2002
Magħtab 1,516,431 tunnellati
Qortin 75,233 tunnellati
Sant’Antnin 15,553 tunnellati
2003
Magħtab 796,328 tunnellati
Qortin 43,485 tunnellati
Sant’Antnin 24,434 tunnellati
Siti għal Skart ta’ Kostruzzjoni 761,882 tunnellati (Minn Mejju)
2004
Magħtab 277,402 tunnellati
Qortin 43,485 tunnellati
Sant’Antnin 34,992 tunnellati
Siti għal Skart ta’ Kostruzzjoni 2,177,861 tunnellati
2005
Magħtab 250,523 tunnellati
Qortin 16,827 tunnellati
Sant’Antnin 40,750 tunnellati
Siti għal Skart ta’ Kostruzzjoni 1,185,174 tunnellati
Is-Separazzjoni ta’ l-iskart fil-‘Bring-in Sites’, mnieda mill-kumpanija WasteServ Malta Co Ltd, bdiet fl-Lulju 2003 f’Malta u f-April 2004 ġewwa Għawdex.
Bejn Lulju 2003 u Frar 2006 il-figuri huma dawn li ġejjin:
Karti
(Kg)
Plastik
(Kg)
Metall
(Kg)
Ħġieġ
(Kg)
Malta
1,550,635
452,471
254,780
805,417
Ghawdex
115,170
62,780
22,900
103,348
Totall:
1,665,805
515,251
277,680
908,765
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx u meta huwa proġettat li tingħata re-surfacing it-triq li tagħti mir-Rabat sa Ħad-Dingli?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport għaddejja bi progamm ta' kostruzzjoni ta' diversi partijiet min-network ta' toroq arterjali u distributorji ta' Malta u Għawdex.
Barra minn hekk riċentament sar xogħol ta' major patching fuq partijiet oħra ta' dan in-network bl-iskop li titjieb ir-rideability ta' dawn it-toroq bħala miżura temporanja.
Dawn ix-xogħlijiet mistennija jitkomplew fix-xhur li ġejjin skond il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-ispezzjonijiet li jsiru fuq bażi regolari.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn ambaxxaturi għal Malta ta' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea residenti f'Malta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom Ambaxxaturi residenti f'Malta huma:
1. Italja
2. Franza
3. Ġermanja
4. Awstrija
5. Belġju
6. Olanda
7. Spanja*
8. Portugal
9. Greċja
10. Renju Unit
* Tippreżenta l-kredenzjali fil-25 ta' Mejju 2006.
Barra minn dawn l-Irlanda wkoll għandha Ambaxxata f'Malta iżda l-Ambaxxatur huwa residenti f'Ruma.
Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-għażla tad-disinn li se jintuża fuq il-munita Euro ġaladarba ssir il-munita wżata Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara li l-pubbliku għażel it-temi għall-wiċċ nazzjonali tal-munita ewro, il-Bank Ċentrali ikkummissjona disinjatur tal-muniti sabiex joħloq id-disinji tat-temi magħżula. Dan il-proċess issa wasal fi tmiemu u fil-ġranet li ġejjin il-Kumitat Nazzjonali għall-bidla fl-Ewro u l-Bank Ċentrali ser iniedu l-proċess tal-għażla fuq id-disinni final ital-muniti ewro.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irranġati pjazez mill-gvern ċentrali f'irħula u bliet f'Malta u Għawdex matul din il-leġislatura? Jista' jagħti lista tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li matul din il-leġislatura ġew irranġati dawn il-pjazzez mill-Gvern Ċentrali:-
Ÿ Il-pjazzez ta’ l-Imdina;
Ÿ Ġnien il-Bennej, St. Paul’s Street, Żurrieq;
Ÿ Il-pjazza ta’ Paceville;
Ÿ Il-pjazza ta’ Ħal Kirkop;
Ÿ Il-pjazza ta’ Ħal Safi;
Ÿ Ix-Xarolla, Żurrieq;
Ÿ Pjazza Paolino Vassalli, Bormla;
Ÿ Il-pjazza tal-Mellieħa;
Ÿ Pjazza / Ġnien Misraħ il-Missjoni ż-Żgħira, Mqabba.