Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pont tal-Mosta

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li fil-pont tal-Mosta issir xi struttura li żżid is-sigurta' tal-persuna jekk din f'mument ta' dlam tiddeċiedi li tneħħi ħajjitha b'idejha u taqbeż minn fuq il-pont peress li dan il-pont huwa post fejn isiru diversi suwiċidji matul is-sena u struttura bħal din tista' tnaqqas ir-riskju li jintilfu ħajjiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilita’ tal-pontijiet taqa’ taħt l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta. Għalhekk nitolbu sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Mtarfa — Arbli tad-dawl fil-bypass

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24242 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li l-Ministru wieġeb li r-responsabbilta' ta' street lightingfit-triq imsemmija hija ta' l-ADT u cioe': B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19734, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta bdietx bl-ippjanar tas-sistema ta' l-arbli tad-dawl li se jdawwlu l-bypass l-ġdida ta' l-Imtarfa u dan għaliex jidher li x-xogħol dalwaqt jitlesta fuq il-bini tat-triq u s-servizzi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ADT pprovdiet network ta' pajpijiet tul il- bypass kollha biex is-sistema ta' l-i street lightning tgħaddi minn dan in- network . Meetings ma' l-uffiċjali ta' l-Enemalta qed isiru biex is-sistema tibda taħdem.

Mtarfa — Arbli tad-dawl fil-bypass

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19734, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta bdietx bl-ippjanar tas-sistema ta' l-arbli tad-dawl li se jdawwlu l-bypass l-ġdida ta' l-Imtarfa u dan għaliex jidher li x-xogħol dalwaqt jitlesta fuq il-bini tat-triq u s-servizzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-responsabbilta’ ta’ l-Street Lighting fit-triq imsemmija hija ta’ l-ADT. L-Enemalta m’għandha l-ebda talba għal dan ix-xoghol minn għandhom.

Kummissarju tat-Tfal — Budget

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-budget allokat għall-Kummissarju tat-Tfal f'dawn l-aħħar tlett snin, jiġifieri fis-snin 2004, 2005 u 2006? Kif ukoll, kemm kienet in-nefqa totali u breakdown tagħha li għamlet il-Kummissarju tat-Tfal f'dawn it-tlett snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ammont allokat għall-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal fl-2004 u l-2005 kien Lm10,000, kull sena, u ntefqu Lm12,777.90 u Lm22,260.22 rispettivament. Fl-2006 ġew allokati Lm25,000 u ntefqu Lm40,084.64. Id-differenza bejn l-ammont allokat u dak minfuq tħallset minn Voti oħra allokati taħt il-Ministeru tiegħi. Ninsab infurmata wkoll li l- breakdown ta’ l-imsemmi nfieq hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra b'urġenza li jitwaħħlu speed cameras fit-triq arterjali li tagħti bejn il-Mosta u l-Mġarr u dan għaliex diversi sewwieqa qegħdin jilmentaw mill-veloċita' eċċessiva li xi ftit sewwieqa qegħdin jużaw f'din it-triq, liema triq diġa' rat vittma? Jekk dan mhux possibbli jista'jsib xi soluzzjoni oħra biex il-ħajja tas-sewwieqa tiġi protetta f'din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu għall-konsiderazzjoni ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport.

Mosta — Triq E.B. Vella

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsiru xi culverts jew sistema għad-drenaġġ ta' l-ilma tax-xita ġo Triq E.B. Vella, l-Mosta, liema triq tkun mgħerrqa fuq kull darba li tagħmel ħalba xita ġmiela? L-iktar naħa li tegħreq fil-fatt hija n-naħa tal-bankina li tmiss mas-Sgħajtar.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li peress li m'hemmx sistema ta' culverts fit-toroq ta' madwar Triq E B Vella ma kinetx ser issir stormwater culvert fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Xorta waħda ser issir konsultazzjoni mad-Drawing Office ta' l-ADT biex forsi tinstab soluzzjoni għal dini l-problema.

Speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra b'urġenza li jitwaħħlu speed cameras fit-triq arterjali li tagħti bejn il-Mosta u l-Mġarr u dan għaliex diversi sewwieqa qegħdin jilmentaw mill-veloċita' eċċessiva li xi ftit sewwieqa qegħdin jużaw f'din it-triq, liema triq diġa' rat vittma? Jekk dan mhux possibbli jista'jsib xi soluzzjoni oħra biex il-ħajja tas-sewwieqa tiġi protetta f'din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Rabat — Triq San Martin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir xi ħaġa biex tiġi rranġata t-triq fi Sqaq 1, Triq San Martin, Rabat, Malta u dan għaliex it-triq tinstab fi stat impossibbli mimlija ħofor, iktar u iktar fil-kuntest li Triq San Martin ġiet mogħtija t-tarmac u din il-biċċa tħalliet mhux magħmula?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant hija nkluża fil-programm tat-toroq li jridu jsiru. Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq ser isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Rabat — Rodents fi Triq San Martin

Question

Jista' l-Ministru jitlob lid-dipartiment jinvestiga l-istat li fiha tinsab l-area fi sqaq 1, Triq San Martin, Rabat Malta u dan għaliex qed ikun hemm rapporti ta' rodents f'dan il-post?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li waqt spezzjoni minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma rriżultax li hemm infestazzjoni ta' ġrieden u l-anqas akkumulu ta' żibel fi Triq San Martin, Sqaq Numru 1, Rabat. It-Taqsima Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma rċiviet l-ebda lment dwar dawn l-akkwati matul ix-xahar ta' Jannar 2007, sal-ġurnata ta' llum. Ma dan kollu, l-ħaddiema tal-Pest Control għamlu trattament intensiv fl-akkwati msemmija fl-14 ta' Frar 2007. Din iż-żona ser tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni.
Leg 10 PQ #23902 Sitting 496 2007-02-19 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Rabat — Ġnien Howard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li hu l-valur tal-ħsarat li saru fi ġnien Howard fir-Rabat wara l-inċidenti ta' vandaliżmu li saru kemm ilu li ġie inawgurat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li huwa stmat li minn mindu nfetaħ Ġnien Howard saret madwar Lm 2,000 ħsara.

Mtarfa — Zbir ta' Sigar

Question

Jista' l-Viċi Ministru jgħid jekk is-siġar fi Triq Proserpina, l-Imtarfa jistgħux jiġu miżbura u dan b'urġenza għaliex qed ikunu waħda mill-kawżi li jġibu l-ħmieġ fiz-zona u dan b'konsegwenza li hemm infestazzjoni ta' ġrieden?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Rabat — Triq San Pawl - dawl

Question

Jista' l-Ministru jara kif jista' jgħin biex sqaq nru 1, Triq San Pawl, Rabat, Malta jiġi mdawwal sew b'sistema ta' street lighting għaliex id-dlam fit-triq qiegħed ikun ta' periklu għar-residenti tal-lokal?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li r-responsabbilta’ ta’ l-street lighting fit-triq imsemmija hija tal-Kunsill Lokali tar-Rabat. L-istess Kunsill għandu jagħmel applikazzjoni lil Enemalta biex din tiġi investigata. Jekk l-applikazzjoni tiġi aċċetata, il-Kunsill Lokali imbagħad jieħu ħsieb biex titwaħħal il-lampa jew lampi skond il-każ.

Rabat — Barrakka tat-tiġrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir intervent malajr biex il-barrakka tat-tiġrija fit-telgħa tas-Saqqajja fir-Rabat tiġi restawrata qabel ma taqa' xi parti minnha u toħloq xi inċident fatali peress li l-ġebel tagħha iddeterjora bid-dħaħen tat-traffiku u tiela ħaxix ħażin kullimkien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, ser jibgħat Perit tal-Gvern sabiex jispezzjona u jistabbilixxi jekk hemm xi periklu għall-pubbliku. Abbażi ta' dan ir-rapport tittieħed id-deċiżjoni dwar l-ammont ta' l-interventi li jridu jsiru.

Rabat — Ġnien Howard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li hu l-valur tal-ħsarat li saru fi ġnien Howard fir-Rabat wara l-inċidenti ta' vandaliżmu li saru kemm ilu li ġie inawgurat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm facilitators impjegati mal-gvern? Kemm minnhom għandhom id-diploma u kemm minnhom huma full-time jew casuals?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li llum hemm 1,127 Learning Support Assistant (Facilitators) jieħdu ħsieb studenti bi bżonnijiet speċjali fi skejjel ta' l-Istat. Dawn jitqassmu hekk : Facilitators 290 K.A. (Special Education) 101 K.A. 52 Total Full-Time 443 P.T. (Special Education) 4 Supply K.A. (Special Education) 680 Total Casuals 684 290 għandhom id-Diploma.

Skejjel tal-Knisja — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' għalliema fl-iskejjel tal-Knisja li l-pagi tagħhom jiġu mħallsa mill-gvern skond il-ftehim li kien sar mas-Santa Sede u kemm hu l-ammont globali ta' dawn is-salarji għas-sena 2006?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Mtarfa — Żbir ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-siġar fi Triq Proserpina, l-Imtarfa jistgħux jiġu miżbura u dan b'urġenza għaliex qed ikunu waħda mill-kawżi li jġibu l-ħmieġ fiz-zona u dan b'konsegwenza li hemm infestazzjoni ta' ġrieden?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat minħabba li t-triq li semma’ taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali.

Mtarfa — Infestazzjoni ta' ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga s-sitwazzjoni ta' infestazzjoni ta' ġrieden fi Triq Prosperina fl-Imtarfa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li waqt spezzjoni minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma rriżultax li hemm xi infestazzjoni ta' ġrieden u l-anqas akkumuli ta' żibel fi Triq Prosperina, l-Imtarfa. Nixtieq ninforma wkoll illi t-Taqsima Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma rċiviet l-ebda lment minn dawn l-akkwati matul ix-xahar ta' Jannar 2007, sal-ġurnata ta' llum. Madankollu, ħaddiema tal-Pest Control għamlu trattament intensiv fl-akkwati msemmija fid-9 ta' Frar 2007. Din iż-żona ser tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni.

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il reklutaġġ ta' pulizija sar mill-1998 sal-lum sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Kuntistabbli tal-PulizijaSpetturi tal-Pulizija 1998xejnxejn 1999xejn7 200076xejn 20018810 200272xejn 2003100xejn 2004xejn8 2005100xejn 2006135*xejn *għadhom għaddejjin bil-kors ta’ taħriġ li beda fit-23.10.06.

Korp tal-Pulizija — Vetturi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi u apparat ġdid biex jintuża mill-korp tal-pulizija mill-2000 sal-lum u fiex kien jikkonsisti dan l-istess apparat/vetturi? Kemm kienet l-ispiża sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata. Infurmat ukoll illi sabiex jinġabar it-tagħrif għal perijodu hekk twil, irid isir eżerċizzju li jinvolvi ħafna riżorsi u li jieħu ammont sostanzjali ta' ħin. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' vetturi/muturi li nxtraw kif ukoll l-ispiża involuta mis-sena 2000 s'issa.