Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #285 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — impjegati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 63, peress li l-Ministru flok ippreżenta l-ismijiet tan-nies, ippreżenta n-nomenklaturi uffiċjali, jista' l-Ministru jelenka individwu, individwu u jirrispondi d-domandi relatati skont l-individwi li qed jaħdmu fis-segretarjat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-nies li tinkludi l-ismijiet, in-numinklaturi uffiċjali, kemm dawk fuq ba¿i ta’ kuntratt kif ukoll dawk li ma humiex.
Leg 12 PQ #111 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — impjegati f'segretarjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għala l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u li llum tokkupa kariga prominenti fis-sezzjoni tal-customer care fis-segretarjat tiegħu, għadha qed tagħmel xogħol kiliniku ġewwa l-Isptar Mater Dei in konnessjoni ma' teħid ta' demm u ultrasounds? Ma jaħsibx li tali aġir imur kontra kull etika stabbilita għall-impjegati fis-segretarjati u jikkonstitwixxi kunflitt kbir ta' interess?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Il-persuna msemmija fuq ftehim li sar bejn l-amministrazzjoni tal-Isptar Mater Dei u l-Ministeru, baqgħet tagħti l-kontribut siwi tagħha inkonnessjoni mal-programm tal-IVF li għandu x’jaqsam ma-natura speċjalizzata ta’ follicle tracking. L-istess persuna għadha impjegata tal-Isptar u ma nħareġ l-ebda kuntratt għax-xogħol mill-Ministeru. B’dan il-mod ma nħossx li hemm l-ebda kunflitt t’interess. L-uniku interess li nara huwa dak li l-pazjent jibqa’ moqdi kif xieraq u fil-ħin.
Leg 12 PQ #112 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Emerġenza - triage

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2013? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja? Kemm minnhom iddaħħlu l-isptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif skont kif miġbur permezz tal-Accident & Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei.
Leg 12 PQ #113 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Soġġorn Medju

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Skont informazzjoni miġbura, permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration Sytem tal-MDH, l-average length of stay għall-pazjenti matul ix-xhur Jannar, Frar u Marzu 2013 kien : Jannar 5.3 %, Frar 5.2 %, u Marzu 5.1 %.
Leg 12 PQ #114 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — occupancy ta' sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Skont l-informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System ta’ MDH, l-average Bed Occupancy kien : F’Jannar 2013 – 90.5%, fi Frar 2013 – 93.5% u f’Marzu 2013 kien 90.6%.
Leg 12 PQ #115 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, kategorija b`kategorija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ operazzjoni li saru fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena fl-Isptar Mater Dei.
Leg 12 PQ #242 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — managers

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn sitt managers li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, u li f'dawn l-aħħar ġranet ġew mogħtija grad fi skala sitta, wara biss ġimgħa ġew avżati li ma kenux eliġibbli għall-istess grad?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #81 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Phenytoin

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-mediċina Phenytoin 25mg tinstab out of stock? X'inhi r-raġuni? X'soluzzjonjiet ġew identifikati, peress li kif jaf tajjeb il-Ministru din il-mediċina taqa' taħt il-kategorija ta' mediċina kritika u li ma tistax tiġi sostitwita faċilment b'alternattivi oħra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li din hi problema li laqtet il-kamp internazzjonali u d-Dipartiment jixtri bl-isem minħabba l-epilessija. Il-kumpanija Ingliża waqfet tagħmel din il-mediċina. Fil-frattemp il-pazjenti ġew moqdija bid-dożi alternattivi li dejjem kienu disponnibli. Bħalissa qiegħed isir eżerċizzju neċessarju mal-kliniċi biex id-Dipartiment ikun jista’ jġib oħra.
Leg 12 PQ #82 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Disponibbilità ta' Halothane

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni għala l-loppju Halothane mhux disponibbli fl-Isptar Mater Dei? Meta hu mistenni li din il-mediċina tkun provduta? X'qed jiġri meta din il-mediċina tkun indikata biex jingħata l-loppju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-loppju ma għadux jiġi mmanifatturat u ilu ma jintuża aktar minn ħmistax il-sena.
Leg 12 PQ #89 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

prodotti farmaċewtiċi — flus dovuti lill-kredituri

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kredituri tal-prodotti farmaċewtiċi (mediċini, appartat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta' Marzu 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għandu jagħti s-somma ta’ (21474226) – wieħed u għoxrin miljun, erba’ mija u erba’ u sebgħin elf, mitejn u sitta u għoxrin. Din is-somma ġiet akkumulata mill-Gvern preċedenti sa l-aħħar ta’ Marzu. It-termini ta’ kreditu huma ta’ sittin jum skont il-late payment directive.
Leg 12 PQ #90 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — transfer policy

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk it-transfer policy li kienet approvata mid-Dipartiment tas-Saħħa ftit tax-xhur ilu għadiex fis-seħħ u jpoġġi kopja ta' din il-policy fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Il-Ministeru jikkonferma li t- Transfer Policy ġiet approvata mid-Dipartiment tas-Saħħa. It-Transfer Policy għadha ma ġietx introdotta għar-raġuni li l-Ministeru ġie nfurmat li ( PAHRO ) se jippublika fil-jiem li ġejjien Transfer Policy għas-servizz pubbliku kollu.
Leg 12 PQ #91 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — transfers

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mit-tnax ta’ Marzu sal-llum ġew trasferiti żewġ persuni biss, clerk mill-OPM marret Mater Dei fuq talba tagħha stess u technical officer li mill-OPM marret Mater Dei fuq talba tagħha stess ukoll.
Leg 12 PQ #92 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Central Procurement Supplies Unit — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm impjegati fid-Dipartiment tas-Central Procurement Supplies Unit (CPSU), f`liema grad (substantive grade) huma u x-xogħol qed jagħmlu kull wieħed minnhom? Kemm hi l-ispiża tas-salarji u allowances?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nixtieq ninforma lill-Interpellant li ma sar l-ebda tibdil ta’ Riżorsi Umani minn kif kienet taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Qed inpoġġi fuq il-medja tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #75 Sitting 8 2013-04-16 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Spiżerija tal-Għażla Tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li ngħataw struzzjonijiet lill-ispiżeriji li jagħtu s-servizz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) sabiex jinfurmaw lill-pazjenti biex ma jmorrux l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei sabiex jiġbru l-mediċini li jkunu out of stock? X'inhi r-raġuni wara din id-direttiva? Minn fejn jistgħu jinġabru l-mediċini li jkunu out of stock mill-ispiżeriji tal-POYC?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Mit-12 ta’ Marzu s’issa ma ngħataw l-ebda struzzjonijiet f’dan ir-rigward.
Leg 12 PQ #76 Sitting 8 2013-04-16 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Skema Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — tibdil fis-sistema

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li hemm ħsibijiet sabiex tinbidel is-sistema u/jew l-operatur tad-distribuzzjoni tal-mediċini lill-ispiżeriji tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li f’dan l-istadju ma hemmx ħsieb li tinbidel is-sistema u lanqas l-operaturi tad-distribuzzjoni tal-mediċini lill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.
Leg 12 PQ #77 Sitting 8 2013-04-16 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Skema Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — impjegati - fid-Dipartiment

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm impjegati fid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) li jinsab fl-Isptar San Luqa, f'liema grad (substantive grade) u x-xogħol qed jagħmlu kull wieħed minnhom? Kemm hi l-ispiża tas-salarji u allowances?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li f’dan id-dipartiment ma sar l-ebda tibdil ta’ Riżorsi Umani minn kif kien jopera taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Mosta — Triq EB Vella - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar meta x-xogħlijiet fi Triq EB Vella, Mosta se jitlestew peress li tali xogħlijiet qed jikkawżaw inkonvenjent kbir u trabijiet għar-residenti? Kemm hi l-ispiża għal dan il-proġett?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet li qegħdin isiru fit-triq imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali u mhux taħt ir-responsabilità ta' Transport Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Naxxar — Vjal il-Labour - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar meta x-xogħlijiet fi Vjal il-Labour, Naxxar se jitlestew? Kemm hi l-ispiża għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fi Vjal il-Labour kien maqsum f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi tax-xogħol kien major patching works fi Vjal il-Labour, liema xogħol tlesta diġà u sewa €148,855. It-tieni fażi tikkonsisti f’manutenzjoni tal-bankini fl-istess triq liema xogħol għadu għaddej. Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ €124,100 mal-kuntrattur Central Asphalt Ltd. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew f’Mejju li ġej.
Leg 12 PQ #80 Sitting 8 2013-04-16 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

mediċini out of stock — Tigecycline

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċina Tigecycline 50mg injection tinsab out of stock? X'soluzzjoni se tinstab għall-pazjent li jinsab l-ITU u li kien sejjer tajjeb ħafna fuq din il-mediċina wara li rriżulta li mediċini oħrajn kienu qed jikkawżaw problemi fil-kliewi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li Tigecycline 50mg kien out of stock għal ġurnata waħda biss u dan minħabba problemi loġistiċi min-naħa tal-aġent.
Leg 12 PQ #69 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar San Luqa — Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'miżuri beħsiebu jieħu sabiex tiżdied l-effiċċjenza fl-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra (Schedule V) ġewwa l-Isptar San Luqa? Kif se tiġi indirizzata l-problema ta' stennija twila li l-pubbliku jkollu jgħaddi minnha sabiex jinqeda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.