Ministeru tas-Saħħa — impjegati - lectures waqt il-ħin tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Ministeru tiegħu li għandhom approvazzjoni sabiex jagħtu lectures waqt il-ħin tax-xogħol? Min huma u x'kariga jokkupaw dawn il-ħaddiema? Jista' jivverifika jekk l-istess uffiċjali humiex jitħallsu għal dawn il-lectures? B'liema rata u mingħand min?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li għalkemm xi impjegati diġà talbu l-approvazzjoni lil-Ministru għal xogħol privat, il-Ministru qed jikkunsidra l-aħjar mod organizzattiv kif tista’ tinġabar l-informazzjoni mitluba, peress li ma nstabux stutturi preċiżi għal ġbir ta’ tali informazzjoni fil-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tiegħu rigward il-kura ta' rijabilitazzjoni? X'miżuri jew proġetti se jiġu mnieda sabiex dan is-servizz jitjieb u jsir aktar professjonali u b'hekk ikun jista' jagħti firxa aktar wiesa ta' servizzi bħal per eżempju kura ta' rijabilitazzjoni għat-tfal, dik respiratorja, kardijaka u wara li jkun sar xi intervent kirurġiku maġġuri?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu impjegati professjonisti ġodda fil-qasam mediku, kategorija b'kategorija, wara li dawn jiggradwaw f'Lulju li ġej?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li huwa maħsub li jiggradwaw madwar mitt tabib u dawn se jkunu impjegati fil-qasam mediku wara li jiggradwaw f’Lulju li ġej. Dawn se jidħlu fl-iskema tal-Foundation Programme. Ninforma lill-Kamra li kien dan il-gvern li mill-ewwel ħareġ is-sejħa biex dan ikun jista’ jseħħ fil-ħin propizju.
Sptar Mater Dei — pazjenti jistennew fuq stretcher
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mit-12 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti u kull entità li taqa' taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata ta' x'kienu l-prodotti u/jew servizzi mixtrija, mingħand min u l-ammont li ntefaq f'kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi bidla fil-policy relatata mal-proċess fejn pazjenti jintbagħtu għall-kura barra minn Malta? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għal dan it-tibdil?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat u nikkonferma li ma sar l-ebda tibdil fil-policy relatata mall-proċess fejn pazjenti jintbgħatu għall-kura barra minn Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 78 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti dettalji dwar meta x-xogħlijiet fi Triq EB Vella, Mosta se jitlestew peress li tali xogħlijiet qed jikkawżaw inkonvenjent kbir u trabijiet għar-residenti? Kemm hi l-ispiża għal dan il-proġett?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li x-xogħlijiet li irrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant huma skedati li jitlestew fit-tielet ġimgħa ta’ Mejju 2013. Il-Kunsill għarraf li t-triq kellha tiġi pprovduta b’sistema ta’ l-ilma tax-xorb ġdida u peress li l-pedamenti tat-triq mhumiex sodi biżżejjed it-triq se tinbena mill-ġdid.
L-istima tax-xogħlijiet sal-lum hija stmata għal valur ta’ € 145,000.00.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-proċess li kien imwiegħed sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu l-metodu u l-frekwenza ta' meta jirċievu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi risposta tingħata f'seduta oħra
Tista' l-Ministru tgħid għaliex hemm nuqqas ta' apparat fit-taqsima tat-Telecare tant li tħassru l-appuntamenti għall-istallazzjoni tal-istess sistema? Meta hu maħsub li s-servizz ikun jista' jerġa' jingħata?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Id-Dipartiment huwa nfurmat mill-kumpanija GO, li s-settijiet tat-telecare jaqgħu taħt ir- responsabilita’ tagħhom, li ma hemmx nuqqas ta’ settijiet bħalissa.
Jekk l-Onor. Interpellant jaf b’xi każ partikulari, ġentilment mitlub jgħaddi d-dettalji kollha ħalli tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva - salarji
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-pożizzjoni li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tokkupa fis-segretarjat parlamentari għall-ippjanar u simplifikazzjoni amministrattiva? X'inhu s-salarju, u kwalunkwe allowance, li din il-persuna qed tirċievi? Minn liema Ministeru qed tinħareġ tali paga? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-ingaġġ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma jagħmilx parti mis-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy kurrenti rigward it-tipjip fi sptarijiet u l-akwati tagħhom? X'inhi l-pożizzjoni tal-Ministru preżenti fuq din il-policy? Hemm xi ħsieb li din il-policy tiġi mibdula u jekk iva, x'tibdil se jsir u għaliex?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, d-dokumenti mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li hija inkarigata mill-Volserv ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġiet trasferita għall-Out Patients f'dawn l-aħħar ġranet mingħajr ebda raġuni u b'effett immedjat? Ma jaħsibx li tali aġir imur kontra kull spirtu ta' koperazzjoni mal-NGOs u li dan se jwassal biex ix-xogħol siewi li kien isir f'dan il-qasam se jiġi mminat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ġejt infurmat li l-persuna ġiet trasferita minħabba l-esiġenzi tas-servizz. Il-persuna intgħażlet fuq kriterji ta’ kapaċita’. Ma kienx hemmx bżonn li l-għaqdiet volontarji jiġu kkonsultati f’dan ir-rigward. Ma saritx sejħa pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid liema tip ta' vettura u għal liema raġuni daħlet ġewwa l-garaxx tal-ambulanzi tal-Isptar Mater Dei nhar it-Tlieta 9 ta' April 2013, fejn l-istess vettura kkawżat ħsarat fis-sistema tal-isprinklers? Jista' jikkonferma rapporti li kaġun ta' dan, l-imsemmi garaxx ġie mgħerreq b'ammont kbir ta' ilma? Kemm hi l-ispiża tal-ħsara li saret? Sar rapport lill-pulizija u/jew awtoritajiet ikkonċernati sabiex issir aktar investigazzjoni u jittieħdu passi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
It-Tlieta, 9 ta’ April 2013, sewwieq kien qed idaħħal trakk tal-istores ta’ G’Mangia., fil-garaxx ta’ l-ambulanzi ta’ Mater Dei biex iwassal affarijiet li kienu ordnati mill-General Stores.
Billi ma kienx hemm sinjali barra l-bieb tal-garaxx bħala ndikazzjoni lis-sewwieq dwar kemm tista’ tkun għolja l-vettura li tista’ tidħol fil-garaxx, is-sewwieq daħal u laqat il-kanna ta’ l-ilma tat-tifi tan-nar.
Il-ħsara li saret mhix aktar minn €250. Ma saret l-ebda ħsara oħra.
Ma sar l-ebda rapport lill-Pulizija għax dan ma kienx ka¿ ta’ Pulizija. L-awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei u tal-Central Purchasing Supplies Unit, taw twissija verbali kollha biex ma jidħlux fil-garaxx ta’ l-ambulanzi tal-isptar Mater Dei b’dawn il-vetturi.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn nhar it-Tlieta 9 ta' April 2013 f'nofsinhar il-pazjenti ġewwa s-sala Gynae tal-Isptar Mater Dei ma tqassmilhomx l-ikel regolari u kawża ta' hekk il-pazjenti baqgħu għall-ħin twil mingħajr ikel u kielu għal ħabta tas-2:30 p.m.?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar. Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti raġuni valida għalfejn bibien prinċipali ġewwa l-Isptar Mater Dei li kellhom ħsarat fil-ħġieġ, qed jiġu msewwija permezz ta' perspex minflok fire-proof glass? Ma jaħsibx li tali xogħol jista' jikkawża periklu kif ukoll ibaxxi l-istandards tal-isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-bibien imsemmija qed jigu temporanjament imsewwija bil-perspex bħala safety,sakemm il-ħġieġ speċjali jasal minn barra
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il deputy nursing officer huma fil-preżent assenjati ġewwa l-ITU fl-Isptar Mater Dei? Kemm huwa n-numru ta' deputy nursing officers li suppost ikun hemm f'din is-sala tal-isptar skont benchmarks stabbiliti internazzjonalment? X'inhu r-rwol ta' deputy nursing officer? Hemm xi ħsieb li jiżdied in-numru ta' deputy nursing officers fl-ITU u jekk iva, x'inhi r-raġuni għalfejn se jkun hemm din iż-żieda?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.