Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #689 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — persuna inkarigata mill-Volserv

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 243, jista' l-Ministru jgħid min hi l-persuna ġdida inkarigata mill-Volserv fl-Isptar Mater Dei u xi kwalifiki għandha sabiex intgħażlet għal dan ix-xogħol? Peress li ssemma li l-kriterji stabbiliti huma dawk ta' kapaċità, jista' jgħid x'kapaċitajiet għandha l-persuna magħżula, kif ġiet magħżula, u minn min? Jista' jikkonferma jekk ġietx esegwita it-transfer policy f'dan il-każ, u jekk le, għaliex? Ma jaħsibx li dan se joħloq preċedent?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li persuna magħżula ġiet magħżula skont l-esiġenzi tas-servizz fuq il-kapacitajiet tagħha ta kif tmur man-nies, l-attitudni lejn ħaddiema voluntiera u l-interess partikolari tagħha f’dan il-qasam. Ma kienx il-kaz li wieħed japplika transfer policy għax l-esiġenzi tas-servizz dan ma ppermettewhx. Dan ma għandux joħloq precedent għax b’mod regolari ikun hemm bżonn li ħaddiema jiċċaqalqu minn sezzjoni għall-oħra, specjalment meta din tigri fl-istess entità bħal ma ġara f’dan il-kaz.
Leg 12 PQ #690 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta' ilmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei matul is-sena 2013, xahar b'xahar u kategorija b'kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa' pendenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #691 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini Out of Stock — Lactulose

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-mediċina Lactulose hix out of stock mill-Ispiżerija ta' Raħal Ġdid? X'inhi r-raġuni għal dan in-nuqqas? Meta se terġa tkun disponibbli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpallant li ninsab infurmat li l-mediċina ‘lactulose’ tinsab disponnibli fl-isptarijiet kif ukoll fl-ispiżeriji tal-għażla tiegħek.
Leg 12 PQ #692 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — impjegati fis-Segretarjat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 285, jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li fis-segretarjat tiegħu hemm nies li ġew ingaġġati bil-kuntratt u oħrajn le? Tali sitwazzjoni hija skont il-policy tal-ingaġġ ta' impjegati fis-segretarjati hekk kif imfassla mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 7 tal-15 ta' April 2013? Intalbet approvazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex isir dan? Jekk iva, l-approvazzjoni ġiet mogħtija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforna lill-Onorevoli interpellant li l-persuni li m’għandhomx kuntratt huma persuni li ilhom għal ħafna snin impjegati mal-istess Ministeru għas-saħħa. F’dan ir-rigward ma kienx hemm il-ħtieġa li jsir xi transfer u lanqas ħtieġa li tintalab approvazzjoni.
Leg 12 PQ #693 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħa fi Franza — Delegazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni kollha fid-delegazzjoni li hu mexxa fi Franza mit-23 ta' April 'l quddiem? Kemm hi l-ispiża relatata ma' din is-safra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 857
Leg 12 PQ #628 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Halothane - xiri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 82, jista' l-Ministru jispjega għalfejn din il-mediċina Halothane bin-numru ta' referenza tad-dipartiment H007, għadha qed tidher fuq il-lista ta' prodotti mixtrija mis-Central Procurment and Supplies Unit (CPSU) kif ukoll fuq il-lista interna ta' prodotti out of stock? Jista' jispjega ukoll għalfejn riċentement kienu qed isiru tentattivi biex tinxtara din il-mediċina, ladarba kif qal hu ilha ma tintuża għal dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-oppju Halothane jibqa’jitniżżel fuq il-lista mill-entita’konċernata minħabba l-fatt li għadu ma ġiex ufficjalment maqtuħ mill-fronolarju tal-gvern
Leg 12 PQ #629 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — azzjonijiet industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru wiret tlieta u erbgħajn direttiva mill-amministrazzjoni preċedenti. Il- Unions involuti huma l-UHM, MAM, MUMN u l-GWU.
Leg 12 PQ #630 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — spiża fuq fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal kull tip ta' fuel mixtri mill-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum, u jgħid x`inhu l-użu tal-istess fuel?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa hawn annessa hi dik skont il-kriterji li kien ju¿a l-Ministeru preċedenti. Qiegħed isir e¿erċizzju biex nara l-cost/benefit ta’ din il-proċedura. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #631 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — rendikont tas-safar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar kollu li sar minn uffiċjali fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-1 ta' Jannar sal-lum, x'kienet l-ispiża tà kull safra u r-raġuni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Jannar sal-lum l-ispiża tas-safar tammonta għal € 65,646.01. Nixtieq ninfurmak ukoll li jien għadni ma mort l-ebda safra. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont ta’ dawn il-mawriet.
Leg 12 PQ #632 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministru għas-Saħħa — ristrutturar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li qed jitħejja pjan għar-ristrutturar fil-funzjonijiet ta' diversi dipartimenti u sezzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X`inhi r-raġuni għal dan iċ-ċaqliq? Meta se jsir? X`konsultazzjoni se tittella' mar-rapreżentati tal-ħaddiema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru huwa determinat li jieħu kull deċi¿joni tajba sabiex jassigura li s-servizz tal-kura tas-saħħa, dik pubblika, ikun wieħed sostenibbli u li jibqa’ jingħata b’xejn lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Leg 12 PQ #687 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar San Luqa — Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 69 u jagħti informazzjoni dwar x'miżuri beħsiebu jieħu sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra (Schedule V) ġewwa l-Isptar San Luqa? Kif se tiġi indirizzata l-problema ta' stennija twila li l-pubbliku jkollu jgħaddi minnha sabiex jinqeda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li riċentament ‘ l hemm minn dak li kien ipprattikat sat-8 ta’ Marzu ġie introdott servizz ġdid fejn konsulent jew delegat awtorizzat minnu jista’ japplika direttament permezz ta’applikazzjoni PDF mis-sit elettroniku tal-Ministeru għas-Saħħa. Dan is-servizz ġie introdott temporanjament biex jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet li l-Ministeru wiret sakemm tkun disponibbli sistema tal-IT li bħalissa għaddejja mill-proċess biex tinxtara.
Leg 12 PQ #407 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — turiżmu mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi introdotta xi sistema sabiex tkun tista' tattira turiżmu mediku fl-Isptar Mater Dei u dan peress li tali proġett jista' jsarraf fi dħul sostanzjali għall-istat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bieb tagħna jibqa’ dejjem miftuħ għal kull opportunità li tista’ tħalli frott għall-pajjiż kif ukoll għall-ġid tal-pazjent tagħna.
Leg 12 PQ #408 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Pjan Nazzjonali tal-Kanċer

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont fiex wasal il-proċess tal-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-kanċer?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nbidel xejn minn kif kien approvat fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali dwar il-kanċer.
Leg 12 PQ #409 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Strateġija Nazzjonali għas-Saħħa Sesswali

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont fiex wasal il-proċess tal-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għas-saħħa sesswali?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-inizjattivi b’konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għas-saħħa sesswali.
Leg 12 PQ #410 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Strateġija nazzjonali kontra l-obeżità

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont fiex wasal il-proċess tal-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali kontra l-obeżità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-inizjattivi b’konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-istrateġija Nazzjonali kontra l-Obeżità.

Home Help — testijiet fuq persuni

Question

Peress li riċentament tħabbar li persuni li jixtiequ s-servizz tal-home help se jiġu means tested, tista' l-Ministru tinforma jekk dawn il-persuni li diġà qed jingħataw dan is-servizz hux se jiġu affetwati minn dan it-tibdil?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #563 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Transfer Policy

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 90, jista' l-Prim Ministru jindika meta se tiġi ppubblikata transfer policy għas-servizz pubbliku kollha indikata f'din ir-risposta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-Transfer Policy applikata fis-Servizz Pubbliku ilha nkluża fil-Public Service Management Code għal diversi snin u tinsab f’sezzjoni 1.1.2 tal-istess kodiċi. Tista’ tiġi aċċessata permezz tas-sit elettroniku http://pahro.gov.mt/employee-psmc?l=1 billi wieħed jidħol fl-Edizzjoni tal-2011, paġni 23 sa 25. Kopja tas-silta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Preżentament - u bħal ma hu normali li jiġri f’kull policy process li jrid jiġġedded kontinwament sabiex jibqa’ jirrifletti l-ħtiġijiet tal-Amministrazzjoni u l-impjegati tagħha, din il-policy qiegħda fil-proċess li tiġi kkonsolidata permezz ta’ diversi kjarifiki. Dawn il-kjarifiki primarjament jikkonċernaw il-proċess li jirregola t-transfers għal Għawdex, ta’ uffiċjali pubbliċi li jaħdmu f’Malta iżda huma ordinarjament residenti f’Għawdex u li jixtiequ jiġu trasferiti għal Għawdex, skont il-vakanzi eżistenti fil-grad u skont l-ordni ta’ min imissu. Hekk kif il-proċess ta’ konsolidazzjoni jkun konkluż, l-emendi neċessarji jiġu nklużi fil-Public Service Management Code immedjatament.
Leg 12 PQ #401 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti — Kura barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbgħat għall-kura barra minn Malta minn Jannar 2013 sal-lum? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #402 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — segretarjat - ħinijiet ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ħinijiet li l-istaff tas-segretarjat tiegħu qegħdin jaħdmu skont il-pożizzjoni u l-kariga tagħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi l-istaff kollu tas-Segretarjat tiegħi jaħdmu ħinijiet konformi mal-kuntratti rispettivi.
Leg 12 PQ #403 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — imjegati - part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati fil-Ministeru tiegħu li għandhom approvazzjoni sabiex jagħmlu xogħol part-time? Min jagħti din l-approvazzjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li għalkemm xi impjegati diġà talbu l-approvazzjoni lill-Ministeru għal xogħol privat, il-Ministeru qed jikkunsidra l-aħjar mod organizzattiv kif tista’ tinġabar l-informazzjoni mitluba, peress li ma nstabux strutturi preċiżi għal ġbir ta’tali informazzjoni fil-Ministeru. Approvazzjoni hija rregolata skont l- Public Service Managment Code.