Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1801 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – ITU — Deputy Nursing Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 958 u 247 u jagħti rendikont ta' kemm-il deputy nursing officer huma assenjati fil-preżent ġewwa l-ITU fl-Isptar Mater Dei? Kemm huwa n-numru ta' deputy nursing officers li suppost ikun hemm f'din is-sala tal-isptar skont benchmarks stabbiliti internazzjonalment? X'inhu r-rwol ta' deputy nursing officer? Hemm xi ħsieb li jiżdied in-numru ta' deputy nursing officers fl-ITU u jekk iva, x'inhi r-raġuni għalfejn se jkun hemm din iż-żieda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1802 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Raħal Ġdid — Ċentru reġjonali ta’ kura primajra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 377 u jinforma fl-liema stadju wasal il-proċess għall-bini taċ-ċentru reġjonali ġdid tal-kura primarja f'Raħal Ġdid?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpallant l sar l-medical brief, stimi u xogħol ieħor ta’ pjanar relatat ma dan il-proġett. Issa se jssir talba biex il-Ministeru jieħu fondi mill-European Regional Development Fund ħalli jkun jista’ jiġi ffinanzjat dan il-proġett.
Leg 12 PQ #1803 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Pazjenti jistennew fuq Stretcher

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 398 u jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1804 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar San Luqa — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 405 u jgħid x'inhi l-viżjoni tiegħu dwar l-użu tal-Isptar San Luqa fil-futur?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1263 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Burinex

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċina Burinex tinsab out of stock? Meta hu mistenni li din il-mediċina tkun provduta? X'alternattivi qed jingħataw il-pazjenti sakemm din il-mediċina terġa' tkun disponibbli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-mediċina Burinex (Bumetanide injection 5mg) hija out of stock madwar id-dinja. Alternattiva għal din il-mediċina hija frusemide injection. Ninsab infurmat ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin il-Burinex 5mg se tkun disponibbli.
Leg 12 PQ #1264 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

fiżjoterapisti — transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li xi fiżjoterapisti ngħataw transfer meta dawn diġà ħadmu s-sentejn ta' rotation? Kif ġew magħżula dawk l-impjegati li se jiċċaqalqu, anke meta jirriżulta li impjegati li laħqu sena wara mhux se jiċċaqalqu u ġew esklużi mis-sistema tar-rotation?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1265 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — ħlas ta' overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk reċentament kienx hemm bidla fil-policy ta' kif jingħata l-overtime lill-infermiera ġewwa l-Isptar Mater Dei? Min hu responsabbli għall-proċess ta' kif jitqassam l-overtime? Jikkonferma l-Ministru, li qed isiru interventi politiċi ta' kif, min, u fejn għandu jsir l-overtime mill-infermiera ġewwa l-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #959 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet — Policy dwar it-tipjip

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 375, jista' l-Ministru jagħti tweġiba kompleta u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu fuq din il-policy u jekk hemmx xi ħsieb li din il-policy tiġi mibdula? Jekk iva, x'tibdil se jsir u għaliex?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemmx l-ebda ħsieb li nbidlu din il-policy.
Leg 12 PQ #960 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċina Risperidone depot

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn pazjenti li għandhom bżonn il-mediċina Risperidone depot u li qed jiġu approvati fuq din il-mediċina mid-dipartiment konċernat peress li jikkwalifikaw skont il-protokolli eżistenti, mhumiex filfatt qed jingħataw din il-mediċina? Min ħa tali deċiżjoni li l-pazjenti ma jinbdewx fuq din il-mediċina u għaliex? Ma jaħsibx li tali dewmien għal dan it-trattament jista' jwassal sabiex il-pazjenti jiddetterjoraw u possiblment anke jwassal għal ħtieġa ta' kura fi sptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #961 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Għoti ta' mediċini — pjanijiet ta' reimbursement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex tiddaħħal xi forma ta' sistema ta' reimbursement għas-sistema tal-għoti ta' mediċini mis-sistema nazzjonali tas-saħħa, inkluż mis-sistema tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? X`konsultazzjonijiet beħsiebhom isiru mal-imsieħba soċjali involuti f`dan il-qasam? Min se jiġi kkonsultat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Att Dwar is-Sigurtà Soċjali — reviżjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġi rivedut l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali bil-għan li jiżdiedu aktar kundizzjonijiet fl-iskedi tal-istess Att?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #1261 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Simvastatin

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċina Simvastatin tinsab out of stock? Meta hu mistenni li din il-mediċina tkun provduta? X'alternattivi qed jingħataw il-pazjenti sakemm din il-mediċina terġa' tkun disponibbli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Mediċina Simvastatin tinsab disponibbli in stock.
Leg 12 PQ #1262 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Buscopan

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċina Buscopan tinsab out of stock? Meta hu mistenni li din il-mediċina tkun provduta? X'alternattivi qed jingħataw il-pazjenti sakemm din il-mediċina terġa' tkun disponibbli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-mediċina Buscopan li jintużaw fl-isptar huma disponibbli u jinsabu in stock.
Leg 12 PQ #694 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati fis-segretarjati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il persuna ġiet impjegata minn barra s-servizz pubbliku f'kull segretarjat? Kemm minn dawn il-persuni kienu bla xogħol qabel ma ġew ingaġġati fis-segretarjati u kemm minnhom kienu jirreġistraw? X'inhi l-kariga ta' dawn il-persuni fis-segretarjati u x'inhi l-paga (inkluż allowance) li qed jirċievu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 838. Kien hemm persuna waħda li qabel ma ġiet ingaġġata fis-segretarjat tiegħi kienet qed tirreġistra għal impjieg. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-linji gwida Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li diġa tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra. Dwar informazzjoni li tirrigwardja Ministeri oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ipoġġi l-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.

Delegazzjoni fi Franza

Question

Jista' l-Mininistru jgħid min kienu l-persuni li akkumpanjawh fid-delegazzjoni fi Franza mit-23 ta' April 'l quddiem? Kemm hija l-ispiża relatata ma' din is-safra?

Response (VELLA, GEORGE)

Matul iż-żjara tiegħi f'Pariġi kelli jakkumpanjani ċ-'Chief of Staff' tiegħi. Dwar l-ispiża din kienet kif ġej: € Hotel għaċ-'Chief of Staff' 335 Transport bit-trejn: Brussels/Pariġi/Brussels 564 Total 899

Delegazzjoni fi Franza

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni kollha li akkumpanjawh fid-delegazzjoni fi Franza mit 23 ta' April 'l quddiem? Kemm hija l-ispiża relatata ma' din is-safra?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien kont nifforma parti mid-delegazzjoni mmexija mill-Prim Ministru fi Franza, f’April ta’ din is-sena. Dettalji dwar din id-delegazzjoni ngħataw mill-Prim Ministru fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 857. L-ispiża relatata mal-parteċipazzjoni tiegħi f’din id-delegazzjoni kienet ta’ €1165.99.
Leg 12 PQ #956 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — managers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 242 u jagħti spjegazzjoni għalfejn sitt managers li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, u li f'dawn l-aħħar ġranet ġew mogħtija grad fi skala sitta, wara biss ġimgħa ġew avżati li ma kenux eliġibbli għall-istess grad?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma’kellniex pożizzjoni ta’ managers li ġew appuntati f’dawn l-aħħar xhur.
Leg 12 PQ #957 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — tqassim ta' ikel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 245 u jgħid għalfejn nhar it-Tlieta 9 ta' April 2013 f'nofsinhar il-pazjenti ġewwa s-sala Gynae tal-Isptar Mater Dei ma tqassmilhomx l-ikel regolari u kawża ta' hekk il-pazjenti baqgħu għal ħin twil mingħajr ikel u kielu għal ħabta tas-2.30 p.m.?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fid-data msemmija, waqt xogħol ta’ manutensjoni fis-sala msemmija, involontarjament giet mitfijja l-B Pod. Dan ikkaġuna dewmien biex jitqassam l-ikel. Min naħa tagħna, filwaqt li niskużaw ruħna mal-pazjenti, li forsi seta’ ikkawżalhom xi inkonvenjenza, nirringrazzjaw lill-Onorevoli Interpellant tal-mistoqsija, li bis-saħħa ta’ dan sirna nafu bl-inċident u għalhekk se nieħdu passi biex dan ma jerġgħax jirrepeti ruħu.
Leg 12 PQ #958 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — ITU - Deputy Nursing Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 247 u jagħti rendikont ta' kemm-il deputy nursing officer huma assenjati fil-preżent ġewwa l-ITU fl-Isptar Mater Dei? Kemm huwa n-numru ta' deputy nursing officers li suppost ikun hemm f'din is-sala tal-isptar skont benchmarks stabbiliti internazzjonalment? X'inhu r-rwol ta' deputy nursing officer? Hemm xi ħsieb li jiżdied in-numru ta' deputy nursing officers fl-ITU u jekk iva, x'inhi r-raġuni għalfejn se jkun hemm din iż-żieda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #688 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — transfers

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 91, fejn ġie indikat li ġew effetwati żewġ transfers biss (clerk u technical officer), jista' l-Ministru jivverifika għal darb'oħra din l-informazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-Parlament mhux qed jiġi żgwidat, u dan peress li mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 243, jirriżulta ċar li kien hemm tal-inqas transferiment ieħor fl-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li l-informazzjoni mogħtija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru 91 hija korretta. It-trasferiment li jissemma f’Mistoqsija Parlamentari Nru 243 huwa meqjus bħala deployment intern u li għalih ma jiġix ippubblikat document ta’ trasferiment kif isir meta impjegat jiċċaqlaq minn sptar jew entità għall-oħra.