Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2292 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Central Procurement Supplies Unit u d-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

Question

B`referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 77 u 92, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jitħejjew xi pjanijiet sabiex id-Dipartimenti tal-Central Procurement Supplies Unit (CPSU) u l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) jiġu amalgamati, peress li mir-risposti jidher li hemm diversi funzjonijiet li huma duplikati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-funzjoni tad-Dipartiment tal-POYC huwa totalment distint minn dak tas-CPSU. Filwaqt li l-POYC huwa responsabbli għat-tqassim tal-mediċini fil 213 spiżerija fil-Komunita’ madwar Malta u Għawdex kollha, bil-għan lis-servizz tat-tqassim ta’ mediċini għal dawk li huma ntitolati għal-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern jersaq kemm jista’ jkun qrib lejn il-pazjent. B’hekk il’ fuq minn il- 109,000 pazjent illum qed jibbenefikaw minn servizz aktar f’waqtu u personaliżżat f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pariri u informazzjoni fuq il-mediċini tagħhom minn dak li kienu jirċievu mill-ispizeriji distrettwali u miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gvern. Barraminnhekk, il-POYC huwa ukoll responsabbli mill-ippakkjar ta’ mediċini lis-CPSU tixri fl-bulk packaging sabiex dawn ikunu jistgħu jitqassmu lil kull pazjent individwali skond il-ħtieġa. Il-POYC mhux responsabbli għat-tqassim tal-istokk farmaċewtiku fl-isptarijiet u l-anqas għax-xiri tal-istokk farmaċewtiku.
Leg 12 PQ #2293 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-saħħa — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew f`kull ċentru tas-saħħa matul ix-xhur Jannar, Frar, Marzu u April 2013? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-dipartiment tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2294 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba — postgraduate courses

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta' postgraduate course f'Malta jew barra? F'liema speċjalizzazzjonijiet u fejn qed jistudjaw dawn it-tobba, u kemm hu t-tul tal-korsijiet li qed jattendu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2295 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera — postgraduate courses

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' infermiera li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta' postgraduate course f'Malta jew barra? F'liema speċjalizzazzjonijiet u fejn qed jistudjaw dawn l-individwi, u kemm hu t-tul tal-korsijiet li qed jattendu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li tali informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari 2295 ma tinżammx. Għaldaqshekk qed isir eżerċizzju biex tinġabar din l-informazzjoni mill-entitatjiet kollha tas-Saħħa u risposta sħiħa tinghata f’seduta oħra
Leg 12 PQ #2241 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Interim From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Mater Dei — managers

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1901 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 956, jista' l-Ministru jikkonferma li fuq ċirkolari li nħarġet fl-20 ta' Frar, ir-riżultat ġie ppublikat fit-28 ta' Marzu u t-Tnejn ta' wara, ċjoè fl-1 ta' April, dawk magħżula ġew infurmati li ma kinux eleġibbli għall-istess grad? Jistà l-Ministru jagħti r-raġuni ta’ dan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #2281 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti bed ridden

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-proċedura ta' kif qed jinħaslu l-pazjenti li huma klassifikati bħala bed ridden ġewwa l-Isptar Mater Dei? Jikkonferma l-istess Ministru li tali proċedura se tinbidel u se jibdew jintużaw disposable sponges? X`inhi r-raġuni għal dan it-tibdil, u kemm hija l-istima taż-żieda fl-ispiża in konnessjoni max-xiri ta’ dawn id-disposable sponges?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2282 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mother & Child Hospital

Question

B’riferenza għal dak li qal l-Onor. Fearne fil-Parlament fil-21 ta' Mejju 2013 u ċjoè "wieħed mill-affarijiet li nara li fis-snin li ġejjin irridu nikkonsidraw bis-serjetà huwa l-bini u l-ftuħ ta’ sptar ġdid speċjaliżżat għall-kura tal-ommijiet, tan-nisa u tat-tfal, mother and child hospital.", x'inhuma fil-fatt il-pjanijiet tal-gvern preżenti għal Mother & Child Hospital? Fejn se jkun tali sptar? B’liema fondi se jiġi finanzjat tali sptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2283 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Direttur tan-Nursing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li d-direttur tan-Nursing fl-Isptar Mater Dei ġiet trasfertita għall-Isptar Karen Grech? Min ħa tali deċiżjoni u min awtorizza dan iċ-ċaqliq? Dan iċ-ċaqliq huwa skont il-provvedimenti tal-kuntratt abbinat ma’ din il-kariga? Ingħata handover, u jekk iva lil min?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2284 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Dipartiment tan-Nursing

Question

Jista’ l-ministru jgħid min hi l-persuna l-ġdida li ħadet over it-tmexxija tad-Dipartiment tan-Nursing ġol-Isptar Mater Dei? X`kariga kellha qabel u x’inhu s-substantive grade tagħha? Kif intgħażlet din il-persuna la darba ma jidhirx li ħarget xi call for application u b’liema mod ġiet assenjata? X’inhu s-salarju li din il-persuna se tkun qed tirċievi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1903 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — trasferiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kariga jokkupa l-persuna li llum qed tmexxi l-Volserv fl-Isptar Mater Dei? X'sar minnha l-persuna li kienet tmexxi l-Volserv fl-Isptar Mater Dei sa ftit xhur ilu u x'inhi r-raġuni għalfejn ġiet trasferita?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kariga li jokkupa il-persuna li tmexxi il-voluntiera fl-Isptar Mater Dei huwa voluntary service coordinator. Il- persuna li kienet tmexxi qabel ġie trasferit fl-Out Patients ġie trasferit fuq deċizjoni tal-management.
Leg 12 PQ #1904 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — voluntiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm voluntiera tal-Volserv joffru s-servizzi tagħhom fl-Isptar Mater Dei fl-aħħar ta’ Frar 2013 u kemm hemm fil-preżent? Jekk hemm xi differenza, jista’ jagħti r-raġuni ta’ dan?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 176 voluntiera tal-volserv. Ma kienx hemm differenzi partikolari tan-numru ta’ voluntiera bejn Frar u issa.

Residenza San Vinċenz de Paul — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk hux veru li l-ħaddiema li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, qegħdin jitilqu mill-post tax-xogħol tagħhom fir-Residenza San Vinċenz de Paul kull nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ħamis sabiex imorru ġewwa l-Ministeru fil-Belt Valletta u jassistu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Min ta l-permess biex dawn il-ħaddiema ma jagħmlux xogħol ġewwa r-residenza u jassistu lil din il-persuna? X'poteri għandhom dawn il-ħaddiema fuq ħaddiema oħra/anzjani li qegħdin jgħixu fl-istess residenza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn żmien għal żmien dan il-Ministeru jkollu laqgħat ma’ bosta impjegati minn sezzjonijiet u oqsma differenti biex jiddiskuti kwistjonijiet u sfidi li jiffaċċjaw perjodikament fuq il-linja tax-xogħol tagħhom. Kull assenza minn fuq il-post tax-xogħol kienet awtorizzata mill-maniġment. Dan il-ministeru jikkonferma li l-ismijiet fl-interpellanza huma fost diversi ismijiet oħrajn li saru laqgħat magħhom ma’ bosta partijiet interessati fi ħdan il-Ministeru. Il-persuni msemmija mill-Onorevoli Interpellant m’humiex jessistu lil Onor. A. Aguis Decelis.
Leg 12 PQ #1805 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Kura ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 406 u jgħid x'inhu l-pjan tiegħu rigward il-kura ta' rijabilitazzjoni? X'miżuri jew proġetti se jiġu mnedija sabiex dan is-servizz jitjieb u jsir aktar professjonali u b'hekk ikun jista' jagħti firxa aktar wiesgħa ta' servizzi bħal pereżempju kura ta' rijabilitazzjoni għat-tfal, respiratorja, kardijaka u wara li jkun sar xi intervent kirurġiku maġġuri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1806 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – Security Guards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn inħasset il-ħtieġa li jiġu deployed erba’ security guards, tnejn matul il-jum u tnejn bil-lejl, fil-bini ewlieni tal-Ministeru fi Strada Merkanti, meta fl-aħħar ġimgħat l-istess Ministeru żied is-sistema ta’ CCTV cameras ġewwa l-istess bini u meta fl-istess binja hemm sistema ta' intruder alarm li taħdem tajjeb? Ma jaħsibx li tali miżura tmur oltre minn dak li hu verament bżonnjuż, speċjalment matul il-lejl? Kemm hi nefqa f’pagi, allowances u dħul ieħor li qed jitħallsu dawn is-security guards? Kemm ġew irrappurtati lill-Pulizija każijiet ta' serq minn ġewwa Palazzo Castellania, li seħħew fil-ħinijiet tal-uffiċċju u anke matul il-lejl fl-aħħar ħames snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Home Help – means test

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 411 u ċjoè: Peress li riċentament tħabbar li persuni li jixtiequ s-servizz tal-home help se jiġu means tested, tista' l-Ministru tinforma jekk dawn il-persuni li diġà qed jingħataw dan is-servizz hux se jiġu affettwati minn dan it-tibdil?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamenatri se tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – Ħaddiema mar-rappreżentant tal-Ministeru

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-istaff complement li qed jassisti lir-rappreżentant tagħha, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul? X’inhu l-grad ta’ dawn il-ħaddiema u x salarju qed jirċievi kull wieħed minnhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #1901 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — managers

Question

B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 956, jista' l-Ministru jikkonferma li fuq ċirkolari li nħarġet fl-20 ta' Frar, ir-ri¿ultat ġie ppublikat fit-28 ta' Marzu u t-Tnejn ta' wara, ċjoè fl-1 ta' April, dawk magħ¿ula ġew infurmati li ma kinux eleġibbli għall-istess grad? Jistà l-Ministru jagħti r-raġuni ta’ dan?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija tinvolvi l-eliġibilità ta’ kandidati għal sejħa mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, li hija materja li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Għaldaqstant, nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru.
Leg 12 PQ #1902 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – trasferiment ta’ skrivana

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li ngħatat ordni li skrivana tal-kuntrattur li taħdem ġewwa l-Isptar Mater Dei tiġi trasferita għal Ministeru fil-Belt Valletta, meta din suppost tirraporta għax-xogħol fl-isptar? Min ta din l-ordni u għaliex? Għalfejn intgħa¿let din il-persuna partikolari? X’inhu x-xogħol li din il-persuna se tkun qed tagħmel?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda skrivani tal-kuntrattur jaħdmu fil-Ministeru fil-Belt.

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma – frekwenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 372 u jgħid meta se jibda l-proċess li kien imwiegħed sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu l-metodu u l-frekwenza ta' meta jirċievu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern huwa kommess li jirranġa l-problemi kbar li sab fit-tmexxija tal-Arms LTD kif ukoll fil-mod kif joħorġu l-kontijiet biex dawn jibdew joħorġu b'mod regolari minħabba li dan il-punt bażiku ma kienx qed jinżamm taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Dan huwa l-bidu tal-proċess li għandu jwassal biex titwettaq din il-wegħda elettorali.
Leg 12 PQ #1800 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

San Ġiljan — Ċentru reġjonali ta’ kura primarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 376, jinforma f’liema stadju wasal il-proċess għall-bini taċ-ċentru reġjonali ġdid tal-kura primarja f'San Ġiljan?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li min-naħa tad-Dipartiment tal-kura primarja tas-saħħa sar ix-xogħol fuq il-medical brief u kalkolazzjoni ta’spejjeż tal-proġġetti taċ-ċentru reġjonali l-ġdid tal-kura primarja f’San Ġiljan.