Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2308 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Talbiet għal transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal transfers minn impjegati tal-Ministeru tiegħu, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu, u jindika l-kategoriji tal-istess ħaddiema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2309 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Pagamenti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-ministeru, dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi kif ukoll xogħlijiet?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2310 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Lista ta’ stennija għall-operazzjonijet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei, u jagħti u n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Nitolbu jagħti informazzjoni dwar kemm hemm pazjenti li ilhom jistennew: Bejn 3 u sitt xhur; bejn 7 u 12-il xahar; bejn 13 u 24 xahar; bejn 25 u 36 xahar; u aktar minn 36 xahar.

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2311 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa – azzjonijiet industrijali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 629 jista’ l-Ministru jgħid x`azzjonijiet qed jittieħdu sabiex id-direttivi li għadhom fis-seħħ jiġu solvuti? Kemm minn dawn id-direttivi fil-fatt ġew konklużi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lil- Onorevoli Interpellant li saru diversi laqgħat mal-Unions sabiex dawn id- direttivi li intirtu minn l-amministrazjoni precedenti jiġu solvuti. Hafna minn dawn id-direttivi qed jigu indirizzati u fil-futur qarib nibdew nikkonkludu fuq numru minnhom.
Leg 12 PQ #2312 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa – ristrutturar

Question

Peress li fit-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 632 m’hemmx riferenza għal xi pjan ta’ ristrutturar, jista’ issa l-Ministru jgħid jekk hux qed jitħejja pjan sabiex ċerti direttorati jiġu aboliti? X`inhi r-raġuni għal din id-deċiżjoni? Min ħadha? Il-unions ġew ikkonsultati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant, li l-Ministeru qiegħed fi stadju ta’ konsultazzjoni biex jara l-aħjar mod, kif il-qasam tas-saħħa jkun l-iktar effettiv biex jagħti l-aħjar servizz.
Leg 12 PQ #2313 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa – azzjonijiet industrijali

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 629, jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta l-proċess bis-sistema ġdida tal-IT għall-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra, liema proċess kien beda taħt l-amministrazzjoni preċedenti, se jkun qed jiffunzjona?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess għax-xiri ta’ sistema ġdida tal-IT għall-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra, qied fil-proċess tal-evalwazzjoni. Qabel ma jingħalaq dan il-proċess, mhux possibbli li tingħata aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.
Leg 12 PQ #2302 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Kliniċi privati – servizz ta’ emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x`inhi r-raġuni li s-servizz ta’ emerġenza li kien jingħata mill-privat fi tmiem il-ġimgħa twaqqaf ħesrem? Peress li qabel l-elezzjoni l-Gvern Laburista kien wieħed li se jkompli jsaħħaħ u saħansitra jifrex aktar il-programmi ta’ public private partnerships fil-qasam tas-saħħa, kif jispjega dan il-pass meta tali miżura qed twassal sabiex titnaqqas l-aċċessibilità għas-servizzi tas-saħħa, filwaqt li tkompli żżid il-pressjoni fuq l-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 1330, fejn ngħarrfu li ma kien hemm l-ebda tibdil f’din ir-risposta.
Leg 12 PQ #2303 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Kliniċi privati – servizz ta’ emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu numru ta’ pazjenti, xahar b`xahar, li għamlu użu mis-servizz ta’ emerġenza mogħti b’xejn mill-privat matul tmiem il-ġimgħa, minn meta dan beda sa meta twaqqaf? Kemm kienet l-ispiża għal dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Leg 12 PQ #2304 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri ittieħdu, jew se jittieħdu, sabiex id-Dipartiment tal-Emerġenza ġewwa l-Isptar Mater Dei jilqa’ għan-numru iżjed ta’ pazjenti li huma mistennija li jattendu f`dan id-dipartiment, wara li twaqqaf is-servizz mogħti mill-privat fi tmien il-ġimgħa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti li kienu qed jagħmlu użu mis-servizz li għalih ma ġġeddidtx il-kuntratt, qatt ma kellu impatt fuq is-servizz mogħti u għalhekk m’hemmx bżonn ta’ miżuri ġodda partikolari.
Leg 12 PQ #2305 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — impjegati - lectures waqt il-ħin tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 404, u ċjoè jgħid jekk instabx mod kif tingħata l-informazzjoni mitluba dwar kemm hemm impjegati fil-Ministeru tiegħu li għandhom approvazzjoni sabiex jagħtu lectures waqt il-ħin tax-xogħol? Min huma u x'kariga jokkupaw dawn il-ħaddiema? Jista' jivverifika jekk l-istess uffiċjali humiex jitħallsu għal dawn il-lectures? B'liema rata u mingħand min?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-informazzjoni miġbura s’issa, hemm disa’ impjegati li jagħtu lectures, però persuna waħda tagħti dawn il-lectures waqt il-ħin tax-xogħol, meta ikun meħtieġ biss, mill-Università ta’ Malta. Il-ħaddiem konċernat huwa mħallas mill-istess Università.
Leg 12 PQ #2306 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa – transfer policy

Question

B`referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 90, fejn il-Ministru indika li t-transfer policy tal-Ministeru tas-Saħħa hija approvata, u r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 563, fejn il-Prim Ministru qal li t-transfer policy li qed tiġi emendata mill-PAHRO tikkonċerna ħaddiema Għawdxin, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-transfer policy attwali li qed tintuża mill-ministeru tiegħu sabiex isiru t-transfers?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforna lill- Onerevoli Interpellant li t-transfer policy għada ma ġietx pubblikata u implementata. Il-policy fil-preżent hija bħalma kienet fil-passat u tigwida lil management li jagħmel transferiment skont l-eżiġenzi tas-servizz.
Leg 12 PQ #2307 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu s-substantive grade tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li huma impjegati fis-segretarjat tiegħu? X’inhi r-raġuni li l-kuntratti ta’ dawn il-ħaddiema mas-segretarjat għadhom ma ġewx konklużi? X’inhi l-paga, inkluż allowances, premiums, overtime eċċ., li kull wieħed minnhom qed jirċievi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellent li l-persuni msemmija ma jibbenefikaw mill-ebda overtime u baqgħu jitħallsu skont is-substantive grade tagħhom. L- allowance li jieħdu tax-xogħol extra li jaħmlu fis-segretarjat huma skond il-linji gwida għall-impjegati tal-ministeri u segretarjat parlamentari. Kopja ta’ dawn il-linji gwida kienu tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta preċedenti.
Leg 12 PQ #2296 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Allied Health Care Professionals — postgraduate courses

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' allied health care professionals li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta' postgraduate course f'Malta jew barra? F'liema speċjalizzazzjonijiet u fejn qed jistudjaw, u kemm hu t-tul tal-korsijiet li qed jattendu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm 98 Professjonisti – Allied Health Professionals, Scientific Officers and Psychologists li jaħdmu mal-Ministeru għas-Saħħa u li bħalissa qed jattendu xi tip ta' postgraduate course f'Malta jew barra. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni msemmija.
Leg 12 PQ #2297 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Care workers – impjieg fiss

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda l-proċess sabiex, hekk kif kien imwiegħed lilhom qabel l-elezzjoni, il-care workers ingaġġati mill-kuntrattur fid-diversi organizzazzjonijiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa, jingħataw impjieg fiss mas-servizz pubbliku? Xi proċess se jintuża? Se joħorġu xi sejħiet għall-ingaġġ? Min se jkun eliġibbli? Kemm hu stmat li jiġu ingaġġati care workers?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lil l-care workers, bħal kategoriji oħra ta’ ħaddiema, spiss kienu u qed jiġu imħaddma taħt kondizzjonijiet ta’ xogħol prekarju. Il-Ministeru tiegħi qed jaħdem mill-qrib mal-Gvern biex dawn il-ħaddiema ikollhom kundizzjonijiet ta’ xogħol li mhux biss ikun xieraq iżda ukoll dinjituż.
Leg 12 PQ #2298 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Parkeġġi

Question

Jistà l-Ministru jgħid jekk tnaqqsux xi security officers mill-parkeġġi tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid jekk humiex qed jitħallew vetturi bla permess jipparkjaw fil-parkeġġ tal-konsulenti fl-Isptar Mater Dei, tant li diversi konsulenti mhumiex qed isibu fejn jipparkjaw il-vettura tagħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ma’tnaqqsux Security Officers mill-parkeġġ tal-Isptar Mater Dei, infurmat ukoll li vetturi li jipparkjaw bla permess fil-parkeġġ tal-kunsulenti, jiġu mmultati.
Leg 12 PQ #2299 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – security officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandhom l-awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei rigward is-security officers ingaġġati mill-kuntrattur li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jikkonferma li is-security officers se jitnaqqsu bin-nofs?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa fil-kompitu tal-awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei sabiex jaraw li s-servizz tas-security officers tal-kuntrattur jingħata bl-aħjar servizz u ta’valur għal flus imħallsa.
Leg 12 PQ #2300 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — perkaċċi

Question

Jistà l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi, taħt il-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu, li skond il-kuntratt marbut ma’ tali kariga, huma intitolati għall-fully expensed car u kemm hu l-ammont ta’ fuel li jistà jiġi kkunsmat kull xahar? Kemm hemm uffiċjali li għażlu li jieħdu l-allowance relattiv, u kemm hu dan l-allowance f`kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2301 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — perkaċċi

Question

Jistà l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi, taħt il-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu, li skond il-kuntratt marbut ma tali kariga, huma intitolati għall-servizz ta’ xufier?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li serviżż ta’ xufier jingħata lis-Segretarju Permanenti u Kap tad-Dipartimenti skont it-tieni Skeda tal- Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika skont il-ħtieġa u kif stipulat fil-‘Manual on Allowances Payable to Public Officers’ maħruġ mid-Dipartiment tal-Employee Relations fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #2290 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — transfers

Question

B`referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 91, jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx bagħat emails jew xi forma oħra ta' korrispondenza lill-management tal-Isptar Mater Dei, fejn ta struzzjonijiet sabiex impjegati f'diversi gradi, kif ukoll ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur, jiġu ttrasferiti minn post għal ieħor? Jekk iva, jista' jgħid min kienu l-impjegati, il-grad tagħhom u minn fejn għal fejn ġew trasferiti? Għalfejn ħass il-ħtieġa li jintervjeni b'dan il-mod ladarba dan huwa x-xogħol proprju tal-management tal-istess sptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qatt ma bgħatt emails jew forma oħra ta’ korrispondenza lill-management tal-Isptar Mater Dei kif indikat fil-mistoqsija parlamentari.
Leg 12 PQ #2291 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa – transfer policy

Question

B`referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 90, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-transfer policy li qed tiġi użata mid-Dipartiment tas-Saħħa fil-preżent? Jikkonferma li t-transfers li qed isiru qed jaderixxu ma’ din il-policy?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-transfers policy kienet ġiet approvata mill-Ministry Managment Board, fl-amministrazzjoni preċedenti. Il- Managment hija fid-deskrizzjoni tiegħu li jagħmel ‘ development’ skont l-esiġenza tas-servizz.