Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mard Infettiv — Leave ta’ Kwarantina

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-leave ta’ kwartina mogħti f`każijiet fejn hemm inċidenza tal-iSlapped Cheek Syndrome fl-iskejjel japplikax biss għal għaliema, jew anke għal impjegati oħra li jkunu jaħdmu fl-istess skejjel li jkunu tqal? X'se jiġri f`każijiet ta’ mard ieħor infettiv, bħal chickenpox, li wkoll jista’ jikkawża komplikazzjonijiet fit-tqala? Se jingħata leave ta’ kwartina f`dawn il-każijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi l-ħaddiema kollha li jkunu tqal u li jaħdmu fl-iskejjel fejn hemm inċidenza ta' slapped cheek syndrome ingħataw estensjoni ta' leave ta' maternita' minħabba l-inċidenza li hawn bħalissa fl-iskejjel. Dan sar wara li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ikkonsulta mal-Malta College of Obstetricians and Gynaecologists u anke mal-Awtorita' tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-Xogħol. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol se jieħu kull prekawzjoni u miżuri neċessarji f'każijiet simili biex titħares is-saħħa tal-ħaddiema tiegħu fuq il-postijiet tax-xogħol. F'każijiet fejn mard infettiv jista' ikollu inċidenza serja fuq it-tqala, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jieħu dawk il-miżuri kollha neċessarji kif stabbiliti mis-settur tas-saħħa speċjalizzata li jistgħu jinkludu leave ta' kwarantina.
Leg 12 PQ #2804 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Personal Assistant Director Nursing Mater Dei

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-assistenta personali tad-direttriċi l-ġdida tal-infermiera fl-Isptar Mater Dei hija nursing aide (u mhux clerk kif normalment hija l-prassi) u taħdem bid-day/day/off u l-Ħdud fl-uffiċċju? X’inhi r-raġuni għal din il-bidla?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infumat li l-assistenta tad-Direttrici il-ġdida tal-infermiera hija nursing aide u taħdem bid-day/day/off. Dan peress illi ġaladarba l-infermiera jaħdmu 7 t’ijiem fil-ġimagħa, b’dan il-mod ikun hemm persuna li tista tilqa l-ilmenti u s-suġġerimenti tal-infermiera għad direttrici għanki fi tmiem il-ġimagħa.
Leg 12 PQ #2805 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa – transfers ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għat-transfers li qed joħorġu bħalissa lil diversi impjegati fil-Ministeru tas-Saħħa, peress li kuntrarjament għar-risposti preċedenti mill-istess Ministru dwar dan is-suġġett, qed jirriżulta li l-management mhux qed ikun involut u qed jiġi effettivament infurmat b’email wara li t-transfer ikun diġà ħareġ? Huwa minnu li huwa ċ-chief of staff li qed jiffirma għal dawn it-transfers? Ma jaħsibx li tali aġir imur kontra kull prassi u regola taċ-Ċivil u qed iwassal biex isiru transfers politiċi u vendikattivi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill- Onorevoli Membru li t-transfers qed isiru biex jippermettu lill Ministeru jirrispondi għal zviluppi li jseħħu, fosthom biex isir deployment ta' nies wara li jiġu fis-seħħ promozzjonijiet. Id-deċiżżjonijiet jittieħdu mid-direttorat tal- Human Resources , sabiex jiffaċilitaw il-proċess mill- punto di vista tal-amministratur. Dwar Transfers jinvolvu il-parteċipazzjoni tal-Ministeru tas-Saħħa,li allura jinkludi fiħ in-nies kollha involuti biex issir deċizjoni tajba. Il-Ministeru jiċħad kategorikament li ċ- chief of staff qed jifferma t- t ransfers .
Leg 12 PQ #2806 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — impjegati - lectures waqt il-ħin tax-xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2305 jista’ l-Ministru jgħid min hi din il-persuna li hi indikata li ġieli tagħti lectures l-Università waqt il-ħin tax-xogħol?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li kif diġà aċċennajt fit-tweġibijet li tajt għal-mistoqsijiet 404 u 2305, dan il-Ministeru ma sabx strutturi li bihom tinġabar informazzjoni konsistenti fuq lecturing duties għalhekk qed naħdem biex din l-informazzjoni tkompli tinġabar b’mod aħjar. Għaldaqstant l-informazzjoni li għandna fil-Ministeru f’idejna hija parzjali. B’riferenza għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija Parlamentari numru 2305,minħabba regolamenti tal-protezzjoni u l-privatezza tad-data ma’ nistgħax insemmi l-persuna b’isimha. Però ninforma lil-Onorevoli Membru li l-persuna li għaliha għamilt riferenza fit-tweġiba tiegħi, għandha l-grad ta’ Assistent Prinċipali għas-Saħħa Ambjentali.
Leg 12 PQ #2807 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Direttur tan-Nursing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2283 u jgħid x’inhi r-raġuni li d-direttur tan-nursing fl-Isptar Mater Dei ġiet trasferita għall-Isptar Karin Grech? Min ħa tali deċiżjoni u min awtorizza dan iċ-ċaqliq? Dan iċ-ċaqliq huwa skont il-provvedimenti tal-kuntratt abbinat ma’ din il-kariga? Ingħata handover, u jekk iva lil min?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2808 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Dipartiment tan-Nursing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2284 u jgħid min hi l-persuna l-ġdida li ħadet over it-tmexxija tad-Dipartiment tan-Nursing ġol-Isptar Mater Dei? X`kariga kellha qabel u x’inhu s-substantive grade tagħha? Kif intgħażlet din il-persuna ladarba ma jidhirx li ħarġet xi call for application, u b’liema mod ġiet assenjata? X’inhu s-salarju li din il-persuna se tkun qed tirċievi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.

Att Dwar is-Sigurtà Soċjali — reviżjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġi rivedut l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali bil-għan li jiżdiedu aktar kundizzjonijiet fl-iskedi tal-istess Att?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kundizzjonijiet mediċi fl-iskedi tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jiżdiedu minn żmien għal żmien b’riżultat ta’ diskussjonijiet li jseħħu fuq bażi regolari. Għaldaqstant ma jistax jingħad eżattament meta se jiġi rivedut l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali sabiex jiżdiedu l-kundizzjonijiet fl-iskedi tal-istess Att.
Leg 12 PQ #2320 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – servizz ta’ pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-servizz tal-Pulizija ġewwa l-Isptar Mater Dei ġie mnaqqas drastikament u se jinżamm biss dak provdut fid-Dipartiment tal-Emerġenza? X’wassal għal din id-deċiżjoni u min ħadha? Il-unions tal-ħaddiema ġew ikkonsultati? Jista’ jassigura li dan ma jikkompromettix is-sigurtà tal-pazjenti, qraba kif ukoll ħaddiema tal-Isptar Mater Dei? X’miżuri ttieħdu jew se jittieħdu sabiex jiġi assugarat li ma jseħħ l-ebda inċident? Min se jinżamm responsabbli jekk jinqala’ xi accident?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-servizz ta’pulizija fl-Isptar Mater Dei għadu l-istess bħalma kien sena ilu u ma tnaqqsu l-ebda Pulizija fl-istess Sptar.
Leg 12 PQ #2771 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Acting consultant ophthalmologist

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn għadha ma ħarġitx sejħa għal acting consultant ophthalmologist biex jieħu post l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li issa sar segretarju parlamentari fl-eżekuttiv tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li acting appointments jinħarġu għall-pożizzjonijiet li jaqgħu taħt is-Second Schedule tal-Public Administration Act
Leg 12 PQ #2789 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa – transfer policy

Question

B`referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2291, jista’ l-Ministru jispjega aktar fid-dettall u jgħid x’irid ifisser meta qal li hija fid-diskrezzjoni tal-management li jagħmel development skont l-esiġenzi tas-servizz?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lil-Onorevoli Membru li hija d-deċizzjoni tal-management li jieħu l-passi neċessarji u jagħmel l-iżviluppi meħtieġa skont il-ħtiega tas-servizz. Saru diversi laqgħat mal-u nions sabiex dawk id-direttivi li intirtu minn l-amministrazjoni precedenti jiġu solvuti. Hafna minn dawn id-direttivi qed jiġu indirizzati, u fil-futur qarib nibdew nikkonkludu fuq xi wħud minnhom.
Leg 12 PQ #2790 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Mammografiji

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk ir-recall system għall-mammografija għal high risk patients, li biha kull pazjenta kienet tiġi recalled għall-mammogram kull sentejn, ġewwa l-Isptar Mater Dei waqfitx topera? Jekk iva, għalfejn? X'qed isir minflok?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li r- Recall system għall-high risk patients qatt ma kienet stabilita minkejja li kien hemm rakkmandazzjoni. Il-pazjenti jintbagħtu għall- mammogram f'Mater Dei Hospital mit-tabib ta’ fiduċja tagħhom.
Leg 12 PQ #2791 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Boffa – Pazjenti li jirċievu kimoterapija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn minn xi ġimgħat 'l hawn pazjenti, li qed jirċievu kimoterapija ġewwa l-Isptar Boffa u għandhom bżonn li titnaddfilhom il-portacath, qed jiġu mitluba li jmorru għal dan is-servizz fil-ġurnata tal-Ħadd li hija normalment l-unika ġurnata li dawn il-pazjenti kienu jqattgħu mal-familja tagħhom (hija l-prassi normali li fil-weekend pazjenti ma jingħatawx chemotherapy biex ikollhom break mal-familja)? Min ħa din id-deċiżjoni u x'kien l-għan warajha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hija l-prassi normali ta’ dawn l-aħħar ftit snin lit-tindif tal-port-a-cath isir il-ġimgħa kollha, jiġifieri mit-Tnejn sal-Ħadd. Fost il-ġimgħa jingħata dan is-servizz lil dawk il-pazjenti li jkunu qed jattendu għall-kimoterapija.
Leg 12 PQ #2792 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – security officers

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2299, jista’ l-Ministru jispjega b’liema mod se jiġi żgurat li jingħata l-aħjar servizz u ta’ valur għal flus imħallsa, u jekk dan hux ser iwassal għal tnaqqis ta’ security officers fl-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-aħjar servizz ta'valur għal flus imħallsa sa jiġi żgurat billi jkun ċert li kull fejn hemm security officer illum fl-isptar Mater Dei, għadna l-vera ħtieġa għalih. Dan ma jeskludi qatt li xi security officers mill-isptar se jiġu mċaqqalqa mix-xogħol kurrenti tagħhom.
Leg 12 PQ #2241 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Mater Dei — managers

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1901 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 956, jista' l-Ministru jikkonferma li fuq ċirkolari li nħarġet fl-20 ta' Frar, ir-riżultat ġie ppublikat fit-28 ta' Marzu u t-Tnejn ta' wara, ċjoè fl-1 ta' April, dawk magħżula ġew infurmati li ma kinux eleġibbli għall-istess grad? Jistà l-Ministru jagħti r-raġuni ta’ dan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Onorevoli Interpellant naqas li jispeċifika għal liema kariga qiegħed jirreferi. Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-proċess tal-għażla għall-kariga ta’ Senior Allied Health Practitioner fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità. Din il-kariga ġiet riklamata permezz taċ-ċirkulari DH/HR 15/2013 fit-22 ta’ Frar 2013. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet kienet telenka numru ta’ oqsma ta’ speċjalizzazzjoni differenti, u nħareġ riżultat separat għal kull wieħed minn dawn l-oqsma. Ħamsa minn dawn ir-riżultati ġew ippubblikati fit-28 ta’ Marzu 2013. Jiena nfurmat li wara li ġew ippubblikati dawn ir-riżultati l-Bord tal-Għażla deherlu li kien hemm xi applikanti li, għalkemm oriġinarjament kienu ġew ikkunsidrati bħala eliġibbli biex japplikaw għal din il-kariga, kif ukoll għaddew mill-proċess tal-għażla, fil-verità dawn ma kellhomx jitqiesu eliġibbli. Dan minħabba l-fatt li, sad-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-kandidati ikkonċernati ma kellhomx il-ħatra speċifika mitluba fil-paragrafu 4.1 tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, li tirrikjedi li l-kandidati “għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fil-pożizzjoni ta’ Senior Principal Paramedic (Skala 7)”. Il-Bord tal-Għażla kiteb lill-applikanti ikkonċernati sabiex javżahom b’dan. Jiena nfurmat li meta l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku saret taf b’dan il-każ, hija avżat lill-Bord tal-Għa¿la li ġaladarba r-riżultati ġew ippubblikati, il-Bord tal-Għażla m’għandux jiddeċiedi hu jekk l-applikanti in kwistjoni humiex eliġibbli jew le iżda għandu jipprovdi d-dettalji lill-Kummissjoni sabiex tieħu azzjoni hi. Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qegħda tittratta dan il-każ skont ir-regolament 23(1) tar-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (L.S.Kost.01). Dan ir-regolament jipprovdi għall-possibbiltà li applikant jiġi skwalifikat minn proċess tal-għażla jekk, fost raġunijiet oħra, jinstab li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-eliġibilità għall-kariga. Madankollu, qabel ma l-Kummissjoni tiskwalifika xi applikant skont dan ir-regolament, hija għandha tavżah u tagħtih opportunità sabiex jissottometti r-rappreżentazzjonijiet tiegħu. Jiena nfurmat ukoll li jekk, wara dan il-proċess, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tikkonkludi li r-ri¿ultati ippubblikati fit-28 ta’ Marzu 2013 jinkludu xi ismijiet ta’ applikanti li ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku toħroġ riżultati riveduti li ma jkunx fihom l-ismijiet tal-applikanti in kwistjoni.
Leg 12 PQ #2314 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of Stock – Lactulose

Question

Peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 691 il-Ministru weġibni dwar sptarijiet u spiżeriji tal-għażla tiegħek, waqt li l-informazzjoni mitluba kienet tirreferi għall-ispiżerija tal-Gvern ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru issa jagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-mediċina Lctulose għada ma waslitx mingħand il-kuntratur presenti u għalhekk sar xiri alternattiv fuq il-kont tal-kumpanija. Din il-mediċina waslet fi kwantitajiet żgħar u għalissa se titqassam mill-ispiżerija ta' l-Isptar Mater Dei. Il-Gvern se jkompli jixtri fuq il-kont tal-kuntratur presenti, li se jeħel ukoll multa minħabba li ma wassalx il-konsenja fil-ħin hekk kif stipulat fil-kuntratt. Din il-mediċina partikolari hija għall-użu kroniku u għalhekk tingħata biss mill-Isptar Mater Dei u mill-Ispiżerija tal-Għazla Tiegħek.
Leg 12 PQ #2315 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — impjegati fis-Segretarjat

Question

B`referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 692 jista’ l-Ministru jispjega għaliex xi membri tas-segretarjat tiegħu ġew ingaġġati mingħajr kuntratt meta l-kodiċi tal-etika maħruġ f’Marzu 2013, f’paragrafu 3 “Ministers and Parliamentary secretaries are to comply with the following manual when recruiting secretarial staff” u paragrafu 3.1.1 “Recruitment Guidelines” jistipula mod ieħor, u meta anke Ministeri oħra ma użawx il-proċedura użata mill-Ministeru tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impjegati li jgħinu fis-Segretarjat tal-Ministeru mingħajr kuntratt sħiħ,huma ħaddiema tal-istess dipartiment li għadhom jagħmlu xogħol fejn meħtieġ u bla ħlas żejjed meta jinħas il-bżonn. Tax-xogħol li jgħamlu fis-segretarjat jingħataw allowance skont kif stipulat fl-istess kuntratt.
Leg 12 PQ #2316 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ta struzzjonijiet, u għalfejn, lis-security officers tal-parkeġġ fejn id-Dipartiment tal-Emergenza tal-Isptar Mater Dei sabiex jirriservaw l-ispazji għall-parkeġġ u b`hekk jitnaqqsu numru ta’ parkeġġi, bir-riżultat li qed jinħoloq inkonvenjent kbir lill-pazjenti li jkollhom bżonn imorru l-emerġenza? Għal min ġew riżervati dawn il-parkeġġi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika spazji fil-parkeġġ riservati li ġew miżjuda qrib l-Emerġenza fl-aħħar tlett xhur huma tnejn, wieħed għall-Ministru għas-Saħħa, u għall-karozzi tal-Ministeru. Huma ġew mitluba mill-Ministru għas-Saħħa stess. Dawn ma’ naqsu xejn mill-parkegg għal-pazjenti, u lanqas huwa ta’xkiel għall-operat.Infurmat ukoll li ma ġewx riservati parkeġġi oħra fl-emerġenza.
Leg 12 PQ #2317 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħa fi Franza — delegazzjoni

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 693 jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi n-nefqa għal din is-safra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża tal-akkomodazzjoni tal-Prim Ministru, Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin kienu mħallsa mill-Gvern Franċiż, ninfurmah li n-nefqa tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru għas-safra fi Franza tammonta għal € 13,058. Din iċ-ċifra tinkludi spejjeż relatati mal-ivjaġġar tal-membri tal-media.
Leg 12 PQ #2318 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru tas-Saħħa — impjegati fis-Segretarjat

Question

B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 285 u 692 mogħtija mill-Ministru tas-Saħħa jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn il-proċedura stabbilita fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats maħruġ mill-uffiċċju tiegħu stess f`Marzu li għadda ma ġietx segwita?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika liema proċedura ma ġietx segwita.
Leg 12 PQ #2319 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Karozzi – test tal-VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex il-karozzi tal-Gvern li huma użati mill-ministeru tiegħu jsirilhom it-test tal-VRT? Fejn isiru dawn it-testijiet? Jista’ l-ministru jikkonferma li l-karozzi kollha li qed jintużaw bħalissa huma certified for road worthiness?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-proċedura użata għat-test tal-VRT minn dan il-Ministeru hi l-istess proċedura li kienet tintuża mill-amministrazzjoni preċedenti. Il-vetturi kollha li jintużaw mill-Ministeru għas-Saħħa isirilhom l-VRT test skont meta jkunu msejħa għat-test. Ta’ min jgħid li l-prezz għal test tal-VRT huwa fiss, jiġifieri li kull min jgħati dan it-tip ta’ servizz joffri l-istess prezz. Madankollu, xorta waħda id-dipartiment jgħamel użu minn kwotazzjoni jew minn postijiet differenti fejn jingħata dan is-servizz. Il-karozzi kollha li qed jintużaw bħalissa huma certified for road worthiness.