Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu siefer fuq xogħol fix-xhur ta' April u Mejju 2013, kemm kienet l-ispiża, safra b'safra, u minn fejn inqatgħu l-biljetti tal-ajru?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jintefqu flus f'reklami/spots ta’ pubbliċità mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa matul is-sena 2013 u f'liema media se jidhru dawn il-reklami? Jista’ jgħid kemm se jitħallsu flus f'reklami fil-media taż-żewġ partiti politiċi matul is-sena 2013, u jagħti d-dettalji kull wieħed separatament?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta Mejju 2013 ntefqu mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard oxrin elf ewro (€20,000) f’spots b’messaġġi għal-stil ta ħajja aħjar. Dawn il-flus ntefqu kollha fuq l-istazzjon nazzjonali il-Public Broadcasting Services.
Sa issa ma’saru l-ebda spots oħra fuq stazzjonijiet oħra, inkluz dawk politici jew radju.
Spots oħra għal matul il- kumplament tas-sena 2013 għadhom qed jiġu ppjanati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei matul is-sena li għaddiet u anke matul din is-sena, u jagħti d-dettalji xahar b`xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' kontroll fuq mediċini li jiddaħħlu f`Malta permezz tal-internet? Kemm iddaħħlet mediċina f'Malta b'dan il-mod matul is-sena 2012 u anke din is-sena? Liema leġiżlazzjoni tirregola din l-attività?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nitlob lill-Onorevoli Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-uffiċċju tal-Uffiċjal Mediku Ewlieni (Chief Medical Officer) tad-dipartiment tas-saħħa, u jindika liema postijiet huma effettivament mimlija u liema huma vakanti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-uffiċċju tal-Uffiċjal Mediku Ewlieni.
Ninsab infurmat li m'hemm ebda post vakanti.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-Isptar Karin Grech, u jindika liema postijiet huma effettivament mimlija u liema huma vakanti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-vakanzi jimtlew skont l-esiġenzi tas-servizzi tas-Saħħa Mentali, skont kif miftiehem mall-Ministeru għall-Finanzi u mall-Uffiċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-Isptar Sir Paul Boffa, u jindika liema postijiet huma effettivament mimlija u liema huma vakanti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-Isptar Sir Paul Boffa.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organaisation chart tal-Isptar Monte Karmeli, u jindika liema postijiet huma effettivament mimlija u liema huma vakanti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-vakanzi jimtlew skont l-esiġenzi tas-servizzi tas-Saħħa Mentali, skont kif miftiehem mall-Ministeru għall-Finanzi u mall-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, u jindika liema postijiet huma effettivament mimlija u liema huma vakanti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa għadu għaddej eżercizzju ta’ ristrutturar tal-management fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Għalhekk l-informazzjoni mitluba tkun tista’ tingħata aktar ‘il quddiem.
Il-vakanzi jimtlew skont l-esiġenzi tas-servizz kif maqbul mal-Ministeru għall-Finanzi kif ukoll mal-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Dipartiment tas-Saħħa — Direttorat tar-Riżorsi Umani – Organisation Chart
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani tad-Dipartiment tas-Saħħa, u jindika liema postijiet huma effettivament mimlija u liema huma vakanti? Xi pjanijiet hemm għall-futur għal dan id-direttorat? X`inhu t-tibdil li se jkun qed isir?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-pożizzjonijiet mimlija fid-Diviżjoni tar-Riżorsi Umani fil-Ministeru għas-Saħħa huma dawn:
Direttur (Riżorsi Umani);
Direttur (Prattiki tar-Riżorsi Umani);
Assistent Direttur (People Management).
Hemm vakanti pożizzjoni ta’:
Direttur Ġenerali (Riżorsi Umani);
Assistent Direttur (Riżorsi Umani);
Assistent Direttur (Industrial and Employment Relations).
Il-ħruġ ta’ iktar vakanzi f’din id-Diviżjoni jsir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li riċentament il-fiżjoterapisti ġew infurmati li se tinbidlilhom ir-roster u se jibdew jiddaħħlu jaħdmu anke nhar ta’ Ħadd? X’wassal biex tittieħed din id-deċiżjoni? Il-unions tal-ħaddiema ġew ikkonsultati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma’ sar l-ebda tibdil fir-roster tal-fiżjoterapisti biex dawn jaħdmu l-Ħadd bħala parti mir-roster.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex il-fiżjoterapisti li għaddew mill-proċess tal-għażla sabiex jitilgħu għal skala 8 jingħataw l-appointment, u dan peress li r-riżultat diġà ilu xagħrejn minn mindu ġie ppublikat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għas-Saħħa ntalab jikkonferma l-eliġibilità tal-kandidati kollha magħżula, u li l-eżerċizzju inkwistjoni se jiġi finaliżżat fil-jiem li ġejjin sabiex ikun jista’ jiġi kkunsidrat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku ladarba din tiġi rikomposta.
Continuing Professional Development – ħlasijiet dovuti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni l-għala l-flus dovuti lill-fiżjoterpaisti bħala rimborż għall-Continuing Professional Development (CPD) din is-sena għadhom ma tħallsux, meta fi snin preċedenti dan il-proċess kien ikun lest sa Marzu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li r-raġuni għad-dewmien tar-rimborż għall-Continuing Professional Development (CPD) ta’ din is-sena kien għaliex ġiet imfassla policy ġdida wara diskussjonijiet min naħa tal-MUMN dwar kif jinħadem ir-rimbroż kif maqbul fil-ftehim settorali preċedenti. Kif maqbul bejn is-Segretarju Permanenti preċedenti u l-PACBU, il-policy l-ġdida ġiet imfassla fuq l-istess prinċipju tas-CME dwar ir-rimborż tat-tobba, spiżjara u dentisti.
Il-
policy
l-ġdida kienet diskussa mal-MUMN u l-UHM u l-UHM għamlet talba biex l-ammont ta’ €698, li għalihom kienu eliġibbli l-impjegati bħala CPD, jiġi iffissat għall-€700
.
Id-dipartiment kellu jistma d-differenza fl-ispiża u jitlob l-approvazzjoni tal-PACBU. Id-dipartiment irċieva l-approvazzjoni fit-30 ta’ Mejju 2013 u issa qiegħed fil-proċess biex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel tiġi ppublikata u mplimentata l-
policy
l-ġdida.
Huwa mistenni li grazzi għal din il-
policy
, il-proċess se jkun ħafna iktar effiċjenti u l-impjegati se jkunu jistgħu jiġu rimborżati fi żmien iqsar minn qabel.
Jista’ l-Ministru jagħti lista komprensiva dwar kemm hemm impjegati fil-ministeru tiegħu u fid-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu, li qed jibbenifikaw minn family friendly measures (bħal reduced hours, teleworking, flexible hours, paternity leave eċċ.), u jagħti d-dettalji tal-gradi u l-postijiet fejn huma ingaġġati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru għas-Saħħa hemm 689 impjegat; fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) hemm sitt impjegati; u fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol (OHSA) hemm ħames impjegati li qed jibbenefikaw minn family friendly measures.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Peress li f’xi sezzjonijiet tal-media ġie rrapurtat li qed issir evalwazzjoni tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, u li dan il-proċess se jieħu madwar 6 ġimgħat, jista’ l-Ministru jgħid min qed jagħmel tali evalwazzjoni? Jekk din qed issir minn xi entità non governattiva xi proċess intuża sabiex tintgħażel l-entità li qed tagħmel dan l-eżerċizzju, u kemm hi l-ispiża involuta? X’inhuma t-terms of reference għal din l-evalwazzjoni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isir ezerċiżżju ta’ awditjar u ta’ mapping tal-proċessi kollha li jimpattaw b’mod dirett fuq is-supply chain farmaċewtika tal-Ministeru għas-Saħħa bil-għan li tkompli tiżdied aktar l-effiċjenza u titnaqqas il-ħela. Dan l-ezerċiżżu qed isir mill-kumpanija RSM Malta, li hija kumpanija mhux governattiva b’esperjenza f’audits ta’ proċessi f’entitajiet.
Jista’ l-Minsitru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-Isptar Mater Dei, u jindika liema postijiet huma effettivament mimlija u liema huma vakanti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti lista komprensiva tat-transfers (jew kif qed isejħilha hu deployment) kollha li saru fil-ministeru tiegħu, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu, mill-11 ta’ Marzu sal-lum, u jagħti dettalji tal-ismijiet, il-gradi, il-postijiet minn u għal fejn iċċaqalqu, u jekk tali transfers sarux fuq talba bil-miktub tal-impjegati kkonċernati skont kif tistipula t-transfer policy tal-Ministeru tas-Saħħa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mill-11 ta’ Marzu 2013 saru sitta u sittin (66) transfer. Tletin (30) minnhom kienu interministerjali (jiġifieri minn Ministeru għal ieħor), u sitta u tletin (36) minnhom kienu intraministerjali (jiġifieri minn dipartiment għal ieħor fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa).
Id-differenza bejn transfer u deployment hija li transfer isir minn post għall-ieħor, filwaqt li deployment isir fl-istess post.
Mit-transfers imsemmija ħamsa u ħamsin (55) saru fuq talba personali filwaqt li ħdax (11) saru skont l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Breast Screening Programme se jkun miftuħ sabiex ikopri firxa aktar wiesgħa ta' etajiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li saret evalwazzjoni tal-programm eżistenti mill-IARC (International Agency for Research on Cancer).
Bħalissa qed nikkonċentraw fuq il-konsolidazzjoni tas-servizzi eżistenti. Hu maħsub li l'quddiem inkopru firxa aktar wiesgħa ta' etajiet fl-isfond tar-riżorsi li jistgħu ikunu disponnibli.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda l-iscreening għall-kanċer tal-għonq tal-utru?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li skont il-Pjan Nazzjonali dwar il-Cancer, kien maħsub li l-iscreening għall-cancer tal-għonq tal-utru jiġi mniedi fl-2014. Dan jiddependi fuq ir-riżorsi li ser ikunu disponibbli fil-baġit 2014 għall-pjani Nazzjonali tal-iscreening, u għalhekk s'issa ma tistax tiġi kkonfermata id-data ta' meta dan se jibda.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – ħatra ta’ kap eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proċess intuża sabiex jinħatar kap eżekuttiv għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, u jgħid x’pakkett finanzjarju għandha l-persuna magħżula? X`inhuma t-termini tal-kuntratt?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-impjieg tal-persuna avviċinata biex iservi bħala Kap Eżekuttiv għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex saret fuq il-bażi ta’ position of trust skond il-provedimenti kollha ta’ OPM Circular 21/2011 tal-14 ta’ Diċembru 2011, MPO/289/85II.
Tajjeb li ngħid li dan il-proċess intuża b’ mod regolari mill Gvern preċedenti sabiex jiġu ngaġġati persuni f’ċerti pożizzjonijiet.
Infurmat ukoll li għadu ma’ġie ffirmat l-ebda Kuntratt mal-persuna li ġiet avviċinata għalhekk mhux prudenti li jingħataw dettalji dwar it-termini tal-Kuntratt f’dan l-istadju.
Apparti li se se sservi bħala Kap Eżekuttiv għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex, il-persuna konċernata baqgħet ukoll tieħu ħsieb il-programm tal-iscreening tal-cancer.