Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3113 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru għas-Saħħa — Ingaġġ ta' Ħaddiema

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2909, peress li mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari li rreferieni għaliha l-Prim Ministru ma joħroġx ċar jekk il-metodu ta’ ingaġġ ta’ dawn il-ħaddiema fis-segretarjat tal-Ministeru għas-Saħħa hux skont il-provvedimenti tal-policy maħruġa mill-uffiċċju tiegħu stess f`Marzu 2013, jista’ issa l-Prim Ministru jirrispondini? Jista’ wkoll jgħid jekk jiġġustifikax dan l-aġir meta huwa ċar li kull impjegat fis-segretarjati għandu jiġi ingaġġat b`kuntratt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li m’hemmx iktar xi nżid mat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 2909.
Leg 12 PQ #3225 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – Security Guards

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2918, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f`salarju u overtime tal-persuna li qabel kienet tieħu ħsieb il-ministeru fl-2012, u kemm se tkun l-ispiża f`salarju, allowances u overtime għas-sitt security guards ġodda li ġew ingaġġati b`kuntratt fis-segretarjat tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #3226 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – Korrimenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ korriment fuq il-post tax-xogħol fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2010, 2011, 2012 u 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-statistika dwar korrimenti f’postijiet tax-xogħol, inkluzi dwar kemm seħħew f’Dipartimenti u entitajiet tal-Gvern tinġabar mid-Dipartiment tas-Sigurta Socjali, u mhux mill-OHSA.
Leg 12 PQ #3227 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Servizz ta’ clinical pharmacy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta s-servizz ta’ clinical pharmacy ġewwa l-Isptar Mater Dei se jinfirex sabiex ikopri oqsma ta’ speċjalizzazzjoni oħra, apparti dawk l-oqsma li huma koperti bħalissa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-servizz ta’ clinical pharmacy huwa wieħed siewi u bżonnjuż. Bħalissa ma jkoprix l-ispeċjalitajiet kollha minħabba li ilu ma jsir espensjoni ta’ dan is-servizz. Is-servizz ikompli jinfirex ladarba jiġu ngaġġati u mħarrġa aktar spizjara.
Leg 12 PQ #3228 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – servizz ta’ top-up ta’ mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta s-servizz ta’ top up tal-mediċini ġewwa s-swali tal-Isptar Mater Dei se jinfirex sabiex ikopri s-swali u t-treatment rooms (inkluż dawk fl-outpatients) kollha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat lis-servizz ta’ top up tal-mediċini ġewwa s-swali tal-Isptar Mater Dei ser jiżdied malli jiġu impjegati aktar spiżjara fl-isptar.
Leg 12 PQ #3229 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżjara — transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x`inhi r-raġuni li numru ta’ spiżjara ġew trasferiti reċentement mingħajr ma ġew ikkonsultati minn qabel, dan meta s-sistema preċedenti hekk kif maqbula mal-unions, u li dejjem ġiet użata, kienet tistipula li l-persuni li jkunu se jieħdu promotion jagħmlu l-għażla tagħhom skont l-order of merit tar-riżultat hekk kif maħruġ mill-Public Service Commission? Jikkonferma l-istess Ministru li sejjaħ laqgħa għal dawn l-ispiżjara fl-uffiċċju li hu fetaħ ġol-emerġenza tal-Isptar Mater Dei sabiex ikun hu stess li jħabbar dawn it-transfers? Jista’ l-Ministru jgħid jekk tali aġir jistax jiġi interpretat bħala indħil politiku fir-rigward ta’ dawn it-transfers?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-allokazzjoni tar-riżorsi umani hija prerogattiva tal-management tal-istess Ministeru għas-Saħħa, u li għaldaqstant, l-ispiżjara inkwistjoni ġew trasferiti skont il-ħtiġijiet tas-servizz. Il-laqgħa saret fil-bini tal-Ministeru fejn ġie diskuss il-pjan ta’kif hu propost l-operat fil-qassam tal-Mediċini.
Leg 12 PQ #3107 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera — postgraduate courses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2295 u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' infermiera li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta' postgraduate course f'Malta jew barra? F'liema speċjalizzazzjonijiet u fejn qed jistudjaw dawn l-individwi, u kemm hu t-tul tal-korsijiet li qed jattendu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm 63 infermier li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta’ postgraduate course f’Malta jew barra. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3108 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2300 u jgħid liema huma dawk il-karigi, li jaqgħu taħt il-ministeru, dipartimenti jew entitajiet tiegħu, li skont il-kuntratt marbut ma’ tali kariga, huma intitolati għal fully-expensed car u kemm hu l-ammont ta’ fuel li huma intitolati għalih kull xahar? Kemm hemm uffiċjali li għażlu li jieħdu l-allowance relattiv, u kemm hu dan l-allowance f`kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3109 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Pagamenti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2309 u jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi kif ukoll xogħlijiet?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’pagamenti pendenti li baqgħu jagħqu taħt il-Ministeru tas-saħħa u d-dipartimenti jew entitajiet tiegħu, jammonta għal €46,815,586.10. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba.
Leg 12 PQ #3110 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Lista ta’ stennija għall-operazzjonijet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2310 u għid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jagħti informazzjoni dwar kemm hemm pazjenti li ilhom jistennew: Bejn 3 u 6 xhur; bejn 7 u 12-il xahar; bejn 13 u 24 xahar; bejn 25 u 36 xahar; u aktar minn 36 xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li qegħdin jistennew intervent/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei skont l-intervent/operazzjoni għal kull kategorija ingħata fil-mistoqsija parlamentari nru. 1068 fit-22 ta’ Mejju 2013. In-numru ta’ interventi maqsumin skont id-dipartiment u x-xhur ta’ stennija jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3111 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ħal Qormi – klinika għall-mard tal-kliewi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża fil-ġimgħa biex titmexxa l-klinika għall-mard tal-kliewi li nfetħet fiċ-ċentru tas-saħħa ġewwa Ħal Qormi? Kemm kien hemm appuntamenti bbukkjati fl-ewwel żewġ sessjonijiet, u kemm pazjenti attendew għall-appuntament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li biex infetħet u qed titmexxa il-Klinika għall-Mard tal-Kliewi fiċ-ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal-Qormi, id-dipartiment ma nefaq xejn għax intużaw l-istess riżorsi li kienu ġa eżistenti. Klinika tal-Mard tal-Kliewi – Appuntamenti u Konkorrenza Data Appuntamenti Attendew 06/06/2013 4 3 13/06/2013 5 5

Residenza San Vinċenz de Paul — Dħul ta’ pazjenti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2811, tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji ta’ kemm pazjenti ġew ammessi fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn postijiet oħra bħall-Isptar Karin Grech, djar tax-xjuħ u mill-komunità, u tagħti d-dettalji dwar il-lokalità tar-residenza tal-istess pazjenti (il-lokalità ta’ residenza hekk kif imniżżla fl-ID card).

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3101 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Servizz tal-IVF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-introduzzjoni tal-IVF fl-Isptar Mater Dei, u meta dan se jibda jilqa’ l-ewwel pazjenti u jsiru l-ewwel interventi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess ta’ tendering biex jinxtraw il-mekkinarji neċessarji li ser jintuża biex il-pazjenti li ha jirrikorru għall-IVF issirilhom l-investigazzjonijiet meħtieġa. Bħalissa qed issir evalwazzjoni tal-possibilitajiet varji li jistgħu jintużaw biex jingħata dan is-servizz tal-IVF bl-aħjar mod possibli. Il-Ministeru qed ifassal id-dokumenti neċessarji għall-ippjanar ta’ dan is-servizz, fejn huwa maħsub li jibda għall-aħħar ta’ din is-sena.
Leg 12 PQ #3102 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie ġġennerat skart mill-Isptar Mater Dei fis-sena 2012 u anke f'din is-sena? Kif qiegħed jiġi disposed of dan l-istess skart, skont il-kategoriji differenti? X'miżuri qed jittieħdu sabiex l-iskart jiġi separat u l-iskart kliniku ma jitħallatx ma’ skart ieħor?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3103 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

MRI – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal MRI, kategorija b`kategorija, u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mill-Medical Imaging Department tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ persuni li qegħdin jistennew għal MRI, kategorija b’kategorija kif ukoll id-data tal-aħħar appuntament ibbukjat fuq is-sistema tinsab fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3104 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Emerġenza — Ħin ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-maximum waiting time li wieħed jista’ jistenna fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei? Xi standards qed jintużaw fit-tfassil tal-pjanijiet sabiex jitnaqqas dan il-ħin ta’ stennija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s’issa ma hemmx maximum waiting time stabbilit fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei. Dan għaliex il-prattiċi u r-risorżi biex dan jista jseħħ ma kienu qatt stabbiliti qabel. Però saru ħafna laqgħat mal-professjonisti fid-dipartiment u l-amministrazzjoni tal-isptar u numru ta’ proposti biex jitjieb is-servizz ġew maqbula u ser jiġu attwati fil-futur qarib. Fost dan it-tfassil tal-pjanijiet hemm proġetti għall-triage system ġdida u revizzjoni fil-prattiċi tat-tobba li se jkunu marbuta għall-ewwel darba ma target times għal kull prijorita tal-każ. L-istandards li qed jintużaw huma dawk internazzjonali u ibbażati fuq studji xjentifiċi.
Leg 12 PQ #3105 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mard respiratorju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn individwi, kull wieħed skont is-sess, l-età u ż-żona tal-pajjiż li ġejjin minnha, li għandhom problemi respiratorji? X'miżuri qed jieħu l-Gvern sabiex dawn il-problemi jonqsu speċjalment it-trab fin li jiġi ġġenerat mill-barrieri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-uniċi sorsi ta’ informazzjoni eżistenti dwar mard respiratorju f’persuni residenti f’Malta u Għawdex huma n-National Hospital Information System u l-iStħarriġ Nazzjonali dwar is-Saħħa, li sar l-aħħar fl-2008. Minħabba li dan tal-aħħar sar fuq kampjun rappreżentattiv, l-istatistika qed tingħata maqsuma skont is-sess u reġjun ta’ Malta, kif definiti mis-sistema NUTS. Sabiex tkun komparabbli, l-istatistika ġiet standardizzata skont il- European Standard Population , sabiex jiġu ndirizzati d-differenzi fl-età medja tal-popolazzjoni tar-reġjuni differenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3106 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Overtime

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm kienet l-ispiża ta' overtime fix-xhur ta' April u Mejju 2013 f`kull dipartiment u entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3008 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Servizzi ta’ awditur/accountant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Mater Dei kienx/hux qed juża s-servizzi ta' kumpanija ta’ awditjar u/jew awditur/accountant privat f'dawn l-aħħar ġimgħat? Jekk iva, jista’ jgħid xi proċess intuża sabiex tintgħażel tali kumpannija u/jew persuna? Min kien responsabbli għal din l-għażla u kemm hu t-terminu ta’ żmien tas-servizz u l-ispiża involuta? Xi pjanijiet hemm rigward dan is-servizz għall-futur?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Isptar Mater Dei qiegħed juża s-servizzi tal-Kumpanija Horwath (Malta) Ltd. Dan is-servizz ingħata b’direct order wara li nġabet l-approvazzjoni meħtieġa tal-Ministeru għall-Finanzi. Din l-approvazzjoni tkopri s-servizzi ta’ reviżjoni ta’ costing excercise li kien sar fl-Elfejn u Disgħa. It-tkomplija ta’ dan l-eżerċizzju kienet meħtieġa fl-obbligi li l-introduzzjoni tal-EU Cross Border Directive fl-aħħar kwart ta’ din is-sena, jġib miegħu. L-ispiża ta’ dan il-kuntratt hija ta’ tletin elf ewro (€30,000). L-għażla tal-kumpanija saret fuq bażi tal-involviment ta’ din il-kumpanija fl-eżerċizzju preċedenti.
Leg 12 PQ #3096 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ingaġġ ta’ Health Care Professionals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu ingaġġati health care professionals fis-sena 2013 f'kull professjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li qed jittieħdu l-passi kollha sabiex jiġu maħruġa s-sejħiet neċessarji għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa skont l-esiġenzi tas-servizz pubbliku.