Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liċenzja tas-sewqan – kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji toħroġ liċenzja tas-sewqan meta l-persuna li tkun għaddiet mill-eżami tas-sewqan: 1. Tkun trid tilbes in-nuċċali tal-vista; u 2. Tkun bla smigħ u ma titkellimx? Ikun hemm xi impozizzjonijiet oħra li jridu jiġu osservati kemm-il darba tinħareġ il-liċenzja tas-sewqan fuq tali persuna/i fiż-żewġ każijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jistaqsi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Xiri ta’ Mediċini mill-internet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3100 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u issa ġiet riferuta lilha u tagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' kontroll fuq mediċini li jiddaħħlu f`Malta permezz tal-internet? Kemm iddaħħlet mediċina f'Malta b'dan il-mod matul is-sena 2012 u anke din is-sena? Liema leġiżlazzjoni tirregola din l-attività?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li L-Att Dwar il-Mediċini, Kap 458, u l-liġijiet sussidjarji maħruga taħt l-istess Att, ma jipprojbixxux ix-xiri tal-mediċini permezz ta’ l-internet għal użu personali. L-Att Dwar il-Mediċini jimpedixxi il-ftuħ jew iż-żamma ta’ spiżerija minn fuq l-internet f’Malta jekk ma jkunx hemm liċenzja maħruga skont il-kriterji stabbiliti taħt l-istess Att. Mediċini li jiddaħlu permezz ta’l-internet għal-użu personali jagħddu mill-posta jistgħu jkunu soġġetti għal kontrolli tad-dwana u jistgħu jiġu riferuti għand is-sezzjoni tal-Porthealth fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa għal-deċiżjoni ta’rilaxx jew oltre. Ma teżiti ebda statistika ta’ kemm iddaħlet mediċina permezz tal-internet matul is-snin, inkluż is-sena 2012 u is-sena 2013
Leg 12 PQ #3627 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' serq ġie rrappurtat fl-Isptar Mater Dei u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu matul ix-xahar ta' April, Mejju u Ġunju 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li kienu irrappurtati sitt (6) każijiet ta’ oġġetti nieqsa minn postijiet pubbliċi, kif ukoll tlett (3) każijiet minn postijiet ristretti (jinkludu Swali). B’total ta’ disa’ (9) każi fi tlett xhur. Il-breakdown ta’ dawn il-każijiet huwa kif jidhru hawn taħt: April: Erbgħa (4) minn postijiet pubbliċi u wieħed (1) minn post ristrett Mejju: Tnejn (2) minn postijiet pubbliċi u wieħed (1) minn post ristrett Gunju: Xejn minn postijiet pubbliċi u wieħed (1) minn post ristrett Jista’ jkun li kien hemm każijiet oħra li ma ġewx irrapurtati lill-Membri tas-Sigurta’ tal-Isptar Mater Dei, iżda kienu rappurtati direttament l-għassa tal-Pulizija tal-Imsida.
Leg 12 PQ #3628 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — audit mill-OHSA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar darba li sar audit mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fl-Isptar Mater Dei u x'kien ir-riżultat ta' dan l-audit?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li matul l-2013, Uffiċċjali tal-OHSA wettqu 6 spezzjonijiet fl-Isptar Mater Dei f’sezzjonijiet differenti tal-isptar, bl-aħħar spezzjoni ssir fit-28 ta’ Marzu 2013. Saru wkoll diversi laqgħat ma’ nies differenti qabel, u jew wara dawn l-ispezzjonijiet. Mhux kull spezzjoni wasslet biex jinħarġu ordnijiet mill-Uffiċċjali għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol. Skont l-Att innifsu, rapporti dwar spezzjonijiet f’kull post tax-xogħol jitqiesu b’mod kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #3629 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Boffa — audit mill-OHSA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar darba li sar audit mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fl-Isptar Boffa u x'kien ir-riżultat ta' dan l-audit?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li matul l-2013, Uffiċċjali tal-OHSA wettqu żewġ spezzjonijiet fl-Isptar Boffa, bl-aħħar waħda ssir fit-23 ta’ Mejju 2013. Mhux kull spezzjoni tirriżulta f’Ordnijiet maħruġa minn Uffiċċjali għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol. Skont l-Att innifsu, rapporti dwar spezzjonijiet f’kull post tax-xogħol jitqiesu b’mod kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #3630 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech — audit mill-OHSA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar darba li sar audit mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fl-Isptar Karin Grech u x'kien ir-riżultat ta' dan l-audit?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-aħħar darba li Uffiċjali tal-OHSA wettqu spezzjoni fl-Isptar Karen Grech kien fl-10 ta’ Ġunju 2013, waqt li nħarġu wkoll numru ta’ ordnijiet skont l-Att dwar l-Awtorita (Kap. 424). Ġiet skedata follow up inspection biex tkun assigurata l-konformita ma’ dawn l-ordnijiet. Skont l-Att innifsu, rapporti dwar spezzjonijiet f’kull post tax-xogħol jitqiesu b’mod kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #3631 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — audit mill-OHSA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar darba li sar audit mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u x'kien ir-riżultat ta' dan l-audit?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-aħħar darba li Uffiċjali tal-OHSA wettqu spezzjoni fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex matul l-2013 kien fid-19 ta’ Ġunju. Mhux kull spezzjoni ta’ Uffiċċjali twassal biex jinħarġu Ordnijiet mill-Uffiċjali. Skont l-Att innifsu, rapporti dwar spezzjonijiet f’kull post tax-xogħol jitqiesu b’mod kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #3632 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — audit mill-OHSA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar darba li sar audit mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fiċ-ċentri tas-saħħa u x'kien ir-riżultat ta' dan l-audit?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li matul l-2013, saru tlett (3) spezzjonijiet f’ċentri tas-saħħa, bl-aħħar spezzjoni ssir fl-4 t’April. Mhux kull spezzjoni li ssir minn Uffiċjali twassal biex jinħarġu Ordnijiet mill-Uffiċjali. Skont l-Att innifsu, rapporti dwar spezzjonijiet f’kull post tax-xogħol jitqiesu b’mod kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #3621 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Skema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek — riforma

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3000, jista’ l-Ministru jagħti tweġiba kompleta u jgħid xi proċess intuża sabiex tintgħażel il-kumpannija RSM li qed tagħmel dan l-eżerċizzju, u kemm hi l-ispiża involuta? X’inhuma t-terms of reference għal din l-evalwazzjoni? Ħarġet call for tender jew expression of interest, jew ingħatat direct order?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minħabba is-sensitivita u l-kunfidenzjalita tad-data u tal-eżerċizzju involut dan il-kuntratt ingħata b’Direct Order għas-somma ta’ħamsa u għoxrin elf (€25,000 VAT eskluża). Il-proċessi li jirregolaw dan it-tip ta’ xiri hekk kif stabiliti fil-Public Procurement Regulations u fiċ-Ċirkolari MFIN 3/2013 ġew segwiti u ngħatat l-approvazzjoni meħtieġa mill-Ministeru għall-Finanzi ġiet mogħtija. It-Terms of Reference tal-evalwazzjoni kkonċernata huma li: 1. Ikun stabbilit li hemm il-kontrolli u is-superviżjoni meħtieġa biex kemm jista jkun jitnaqqsu ir-riskji ta’ xi telf ta’ data, ikun hemm kontabbiltà u jiġi żgurat li l-proċessi isegwu l-liġijiet konċernati; 2. Ikun stabbilit jekk bi proċess ġdid tiżdiedx l-effiċjenza; 3. Ikun stabbilit jekk l-informazzjoni meħtieġa u li tintuża biex jittieħdu d-deċiżjonijiet, u għall-raġunijiet ta’ operat, hix tiġi jew tistax tiġi iġġenerata.
Leg 12 PQ #3622 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – tnaqqis ta’ security officers

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġranet tnaqqsu 10 security officers mill-Isptar Mater Dei u dan f'postijiet importanti ħafna bħall- emergenza, I.T. section u loading bay?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li r-raġuni li tnaqqsu dawn is-security guards hija illi fejn kienu qed jiġu użati ma kienx hemm lok li jaħdem security guard f’pożizzjoni fissa mal-post u l-ispiża għal dawn is-security guards ma kienetx tiġġustifika il-benefiċċji li kienu qed jittieħdu mill-isptar. Fil-fatt, f’postijiet oħra ma sarx dan. L-isptar kontinwament qiegħed iħares lejn il-ġustifikazzjoni tal-ispejjeż tiegħu u jagħmel tibdiliet minn żmien għal żmien biex ir-riżorsi jintużaw bl-aktar mod effettiv. Infurmat ukoll li m’hemm l-ebda ħsieb li jitnaqsu aktar.
Leg 12 PQ #3623 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – stennija għal admission

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti jistennew għall-admission fuq stretcher fid-Dipartiment tal-Emerġenza jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei matul ix-xahar ta' Ġunju 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3624 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Servizzi ta’ awditur/accountant

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3008, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma nħariġtx tender jew expression of interest għal dan is-servizz imma ngħata b'direct order?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ir-raġuni li dan is-servizz ingħata b’direct order hija minħabba l-fatt li l-eżerċizzju kien jesiġi aggornament ta’ eżerċizzju simili li sar fil-passat mill-istess kumpanija.
Leg 12 PQ #3625 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Xufiera tal-ambulanzi — skala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-iskala tax-xufiera tal-ambulanzi u xi pjanijiet għandu sabiex dawn l-istess xufiera jitilgħu skala?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li x-xufiera tal-ambulanzi jinsabu skala 16. Nagħmel referenza għall-istqarrija Ministerjali li jiena bħala Ministru għas-Saħħa kont ressaqt, fit-3 ta’Lulju 2013, li fiha tajt spjega anki f’dan ir-rigward tas-servizzi tal-ambulanzi ( Ambulance Dispatch Centre).
Leg 12 PQ #3626 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati ilmenti fid-Dipartiment tal-Customer Care tal-Isptar Mater Dei (maqsumin skont kull kategorija tal-ilment) matul ix-xahar ta' April, Mejju u Ġunju 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-ilmenti li ġew reġistrati fid-Dipartiment tal-Customer Care tal-Isptar Mater Dei matul it-tlett xhur imsemmija huwa ta’elf seba mija u ħdax (1711) il-persuna. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3230 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill Mediku — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill Mediku, kemm dawk appuntati minnu u kemm dawk li ġew eletti? Kemm-il darba ltaqa’ dan il-Kunsill matul is-sena 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kunsill mediku għadu fil-proċess biex jiġi kompost formalment.
Leg 12 PQ #3231 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

CPCM — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Council for Professions Complementary to Medicine (CPCM), kemm dawk appuntati minnu u kemm dawk li ġew eletti? Kemm-il darba ltaqa’ dan il-Kunsill matul is-sena 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li rriżultat tal-elezzjoni wasal fil-Ministeru il-bieraħ, u għalhekk il-bord imsemmi għadu mhux iffurmat. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra r-rizultat ta’l-imsemmija Elezzjoni tal-Membri.
Leg 12 PQ #3232 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Specialist Accreditation Committee — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-iSpecialist Accreditation Committee, kemm dawk appuntati minnu u kemm dawk li ġew eletti? Kemm-il darba ltaqa’ dan il-Kumitat matul is-sena 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-membri eletti huma stabbiliti, pero jonqos xi membri li għadhom qed jiġu identifikati.
Leg 12 PQ #3233 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill tal-Infermiera — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill tal-Infermiera, kemm dawk appuntati minnu u kemm dawk li ġew eletti? Kemm-il darba ltaqa’ dan il-Kunsill matul is-sena 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista bil-membri tal-kunsill tal-infermiera. Ninsab infurmat li se jiltaqgħa għall-ewwel darba fil-jiem li ġejjin.
Leg 12 PQ #3234 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill tal-Ispiżjara — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill tal-Ispiżjara, kemm dawk appuntati minnu u kemm dawk li ġew eletti? Kemm-il darba ltaqa’ dan il-Kunsill matul is-sena 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-membri eletti huma stabbiliti, pero jonqos xi membri li għadhom qed jiġu identifikati.
Leg 12 PQ #3235 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Tiġdid tal-kartuna s-safra – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament, li fil-11 ta’ Ġunju ddepożitat l-applikazzjoni sabiex tiġġedded il-kartuna s-safra ġewwa l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei, imma wara li ċemplet l-isptar fl-24 ta’ Ġunju sabiex tara jekk hix lesta, ġiet infurmata li għad trid tiġi pproċessata, bil-konsegwenza li ma tistax tiġbor il-pilloli, li wħud minnhom ma jinstabux għall-bejgħ minn spiżeriji privati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kartuna s-safra tal-pazjent imsemmi ġiet ipproċessata fis-27 ta’ Ġunju 2013 u ntbagħtet bil-posta fit-28 ta’ Ġunju 2013. Il-pazjent mistenni li jirċievi l-kartuna s-safra fil-ġranet li ġejjin.