Legislature:
Category:
Reset
Active:

Art in Public Spaces – rwol tal-Kunsill Malti għall-Arti

Question

B’referenza għas-sejħa bit-titlu Art in Public Spaces, jista’ l-Ministru jgħid x’se jkun ir-rwol tal-Kunsill Malti għall-Arti f’dan ir-rigward?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-proġett Arti fi Spazji Pubbliċi hu inizjattiva tal-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura, flimkien mal-Ministeru għall-Ġustizzja,Kultura u Gvern Lokali u l-Kunsill Malti għall-Arti bl-appoġġ ta’ Muza( li tinsab fi ħdan Heritage Malta).

Heritage Malta — nefqa

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16731, jista’ l-Ministru jgħid meta Heritage Malta ħa tħoss li jkun il-ħin opportun li toħroġ il-penali abbinati man-nuqqas li l-kuntrattur/i li joffru s-servizz għas-sigurtà lill-istess Aġenzija?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 16731.

Watchman — overtime

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16734, jista’ l-Ministru jikkonferma li n-nuqqas ta’ 1,121 siegħa f’overtime li ma ngħatax lill-grad ta’ watchman f’Heritage Malta huma abbinati mal-performance bonus tal-2014 tas-CEO tal-istess aġenzija u li huma mniżżla f’żewġ miri jiġifieri: “Ensure financial stability and sustainability of HM” u “Implement cost-efficiency measure as required”?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-miri msemmija tas-CEO jirreferu għall-Aġenzija b’mod globali u mhux għal xi settur partikolari. Fost l-oħrajn, l-overtime f’dan il-grad qed jonqos minħabba li n-numru ta’ watchmen impjegati mal-aġenzija qed jonqos.

Heritage Malta – performance bonuses

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentair 16735, jista’ l-Ministru jgħid jekk jarahx strambil-fatt li filwaqt li l-management ta’ Heritage Malta qed jiġi ppremjat finanzjarjament għal żieda f’introjtu filwaqt li l-ħaddiema l-oħra tal-Aġenzija li qegħdin fuq il-front line u li bis-saħħa tagħhom qed jiżdied l-introjtu mhux qed jiġu rikonoxxuti għall-kontribut tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li, filwaqt li l-kontribut tal-impjegati kollha huwa apprezzat ħafna, rikonoxximenti finanzjarji jistgħu jingħataw skont il-kundizzjonijiet tax-xogħol rispettivi.

Proġett MUZA — tenders

Question

B’referenza għall-intervent li għamel il-Ministru waqt id-dibattitu tal-Estimi Finanzjarji ta’ Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-ewwel tenders relatati mal-proġett MUZA?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li, kif ġie ddikjarat fid-diskors imsemmi, l-ewwel tender CT3025/2015 għar-restawr tal-faċċata tal-Berġa tal-Italja fi Triq Merkanti ġie ppubblikat fil-5 ta’ Ġunju 2015 u għalaq fis-16 ta’ Lulju 2015. Il-Proġett MUZA miexi kif ippjanat. Ma jagħmilx ħazin l-Onor. Interpellant jekk jipprova jżomm ruħu aġġornat.

Heritage Malta — dibattitu tal-Estimi Finanzjarji

Question

B’referenza għall-intervent li għamel il-Ministru waqt id-dibattitu tal-Estimi Finanzjarji ta’ Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ħass il-ħtieġa li jfaħħar b’isimhom numru limitat ta’ nies? Ma jaħsibx li billi għamel hekk, eskluda barra numru enormi ta’ nies, li huma l-fus tal-istess Aġenzija u li kieku ma kienx għalihom, in-nies li semma’ ma setgħu jagħmlu xejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Naħseb li l-Onor. Interpellant ma kienx attent waqt is-Seduta Parlamentari li qed jirreferi għaliha għaliex jien irringrazzjajt lil ħaddiema kollha diversi drabi. Issa, nirringrazzja lilu li qed jerġa’ jagħtini din l-opportunità li mill-ġdid nirringrazzja lil ħaddiema kollha ta’ Heritage Malta għax-xogħol siewi u tajjeb li qed jagħmlu tant hu hekk illi fl-aħħar sena kien hemm żieda fin-numru ta’ viżitaturi f’bosta mużewijiet mis-sena 2013 għas-sena 2014, fosthom: - Il-Palazz tal-Granmastru fejn kien hemm żieda ta’ 14,324 viżitatur - L-Armerija fejn kien hemm żieda ta’ 11,436 viżitatur. - Il-Katakombi ta’ San Pawl fejn kien hemm żieda ta’ 5,858 viżitatur - Mu¿ew Nazzjonali tal-Arti fejn kien hemm żieda ta’ 3,064 viżitatur - Ħaġar Qim fejn kien hemm żieda ta’ 2,946 viżitatur - Il-Ħabs l-Antik t’Għawdex fejn kien hemm żieda ta’ 2,584 viżitatur - L-Imnajdra fejn kien hemm żieda ta’ 1,712 viżitatur - Ta’ Ħaġrat fejn kien hemm żieda ta’ 1,280 viżitatur - Il-Mitħna ta’ Kola fejn kien hemm żieda ta’ 818 viżitatur - L-Ipoġew fejn kien hemm żieda ta’ 552 viżitatur - Skorba fejn kien hemm żieda ta’ 542 viżitatur Meta wieħed jikkunsidra is-siti kollha li huma miftuħa għall-pubbliku, s-sena 2014 kienet waħda rekord għall-Heritage Malta fejn għall-ewwel darba Heritage Malta għalqu s-sena b’profitt. Bir-ragun, niftahar bil-ħiliet tal-ħaddiema ta’ Heritage Malta.

Għawdex – xogħol fuq il-Mitħna ta’ Kola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Mitħna ta’ Kola fix-Xagħra Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li wara x-xogħol estensiv li sar fuq il-mekkaniżmu strutturali intern tal-mitħna iktar kmieni din is-sena, dan issa wasal biex jiġi konkluż u fi ftit gimgħat oħra jitpoġġa l-kappell f’postu. L-antenni ta’ barra jitwaħħlu iktar tard din is-sena.

Ir-Rabat – Ċentru Ċiviku — lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fil-lift taċ-ċentru ċiviku tar-Rabat, liema lift ilu wieqaf żmien ġmielu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Kunsill Lokali tar-Rabat qed jissottometti li ċ-ċentru ċiviku ma jaqax fir-responsabbilita' tieghu.

Heritage Malta — Heads

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16403, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-heads ta’ Heritage Malta, dejjem taw sapport lis-CEO? Jekk fl-affermattiv, għaliex dawn ma ngħatawx il-massimu tal-performance bonus kif ingħata lill-istess CEO?

Response (BONNICI, OWEN)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-performance bonus inghata bl-iżjed mod ġust u dejjem skont il-kriterji bħal tas-snin li għaddew.

Heritage Malta – pubblikazzjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16408, jista’ l-Ministru jgħid min f’Heritage Malta huwa responsabbli li jara li ċ-ċirkulari interna dwar proċedura HM 09-2014 li ħarġet is-sena li għaddiet tkun imħarsa u segwita?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li huwa s-CEO li jrid jawtorizza li jista’ jsir xogħol privat minn impjegati ta’ Heritage Malta. Madanakollu, kif inhu spjegat fiċ-ċirkulari, fost kundizzjonijiet oħra, huwa obbligu tal-impjegat li jitlob permess meta jkun se jsir xogħol privat u li jinforma jekk jistax ikun hemm xi kunflitt ta’ interess.

Heritage Malta – sejħa għal wood conservator

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16729, jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi maħtur dan il-bord tal-għażla? Min ħa jservi fuq l-imsemmi bord u jekk il-marking scheme hux se ssir b’mod li l-kwalifiċi formali mhux se jingħataw wisq importanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li peress li il-mertu tad-domanda in kwistjoni jinsab pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali, Heritage Malta qed tistenna l-eżitu tal-proceduri industrijali biex tirregola ruħha.

Heritage Malta – sejħa għal wood conservator

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16729, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il membru f’dan il-bord tal-għażla huma kkwalifikati bħala conservators?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li peress li il-mertu tad-domanda in kwistjoni jinsab pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali, Heritage Malta qed tistenna l-eżitu tal-proceduri industrijali biex tirregola ruħha.

Conservators — warrant

Question

B’referenza għall-mistoqsija palramentari 16730, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma d-diffikultajiet li l-Gvern qed jara sabiex joħroġ warrant għall-conservators meta fl-amministrazzjoni preċedenti kien diġà beda t-Tieni Qari li jemenda l-liġi biex jintroduċi tali warrants?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Gvern preżenti, bħal kull Gvern ieħor, jiġi elett fuq programm elettorali. M'hemm ebda pledge elettorali li jingħata warrants lill-conservators. Jiena nagħti prijorita' li nwettaq l-plegdes indikati fil-programm elettorali, liema pledges qed jiġu mwettqa waħda wara l-oħra mid-diversi Ministri u Segretarji Parlamentari ta' dan il-Gvern. Biss kif diġa' kelli opportunita' li ntenni diversi drabi, il-proposta tal-warrants lill-conservators qed tiġi studjata mal-bqija tas-sottomissjonijiet li rċevejna dwar il-bidliet li se ndaħħlu fil-liġi li tirregola l-patrimonju kulturali

Conservators — warrant

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16730, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern m’għandux interess li jaħdem favur din il-professjoni tant importanti għall-wirt kulturali Malti? Jista’ jassigura li kull xogħol relatat mal-konservazzjoni fuq il-kollezzjoni nazzjonali ssir minn conservators kwalifikati?

Response (BONNICI, OWEN)

Napprezza jekk l-Onor Interpellant jispjega għaliex qed jgħid li l-Gvern m'għandux interess meta jaf bix-xogħol enormi li qed isir fil-qasam tal-patrimonju. Ninsab infurmat li x-xoghol kollu ta’ konservazzjoni u restawr li jikkonċerna l-kollezzjoni nazzjonali isir minn persuni kkwalifikati.

Heritage Malta – sejħa għall-Manager Marketing and Communications

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta Heritage Malta bi ħsiebha toħroġ sejħa għall-Manager Marketing and Communications, post li ilu vakanti minn Marzu/April 2013?

Response (BONNICI, OWEN)

Onestament ma nistax nifhem l-Oppozizzjoni. Jekk il-Gvern jimpjega nies ġodda biex jimla vacancy, jiġi kkritikat għax impjega nies ġodda. Jekk ma jimpjegax nies ġodda u jutilizza r-riżorsi eżistenti meta jkun hemm vacancy jiġi kkritikat għax utilizza r-riżorsi eżistenti meta jkun hemm vacancy.

Art in Public Spaces

Question

B’referenza għas-sejħa bit-titlu Art in Public Spaces, jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun ir-rwol tal-Kunsill Malti għall-Arti kif ukoll ta’ Heritage Malta f’dan ir-rigward?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Heritage Malta – Executive Keeper of Model

Question

Jista’ l-Ministru jgħida għalfejn Heritage Malta ħarġet sejħa esterna għall-post ta’ Executive Keeper of Model, mingħajr ma’ ħarġet sejħa interna qabel?

Response (BONNICI, OWEN)

Għal darb oħra ma nistax nifhem lill-Oppożizzjoni. Meta jsiru appointments diretti niġu kkritikati għax isiru appointments diretti. Meta nagħmlu sejħa pubblika biex kulħadd ikun jista' jtellaq fil-proċess ta' għażla niġu kkritikati wkoll. F'dan il-każ kulħadd, sija min jaħdem ma' Heritage Malta u sija min ma jaħdimx ma' Heritage Malta - hu min hu jew hi min hi -se jkun jista' jippartċipa fil-proċess ta' għażla bl-iktar mod miftuħ

Heritage Malta — policy fuq l-użu tas-social media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fil-policy interna li Heritage Malta ser tħaddan fuq l-użu tagħha tas-social media? Jista’ jgħid ukoll meta ser tkun lesta l-imsemmija policy?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta stess li Heritage Malta għandha diga' linji gwida għall-użu intern ta’ dawn il-mezzi mill-istaff.

Heritage Malta — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il membru kellha Heritage Malta fis-sena 2013 u 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-memberships tqassmu b’xejn u x’kienet ir-raġuni għaliex dawn tqassmu b’xejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li fl-2013 Heritage Malta kellha 739 membri ġodda, li minnhom 153- il memberships ingħataw b’xejn, filwaqt li fl-2014 kien hemm 675 membri ġodda li minnhom 163 ingħataw b’xejn. Fis-sentejn imsemmija s-sħubija ngħatat mingħajr ħlas lill-istaff akkademiku, studenti, donaturi, voluntiera, sponsors, staff ta’ Heritage Malta li jkun irtira, u oħrajn li b’xi mod kienu qed jikkollaboraw u/jew joffru s-servizzi tagħhom lill-Agenzija. Irrid ngħid illi fl-2011 kien hemm 820 sħubija ġdida, li minnhom 171 ingħataw mingħajr ħlas Fl-2012 kien hemm 650 sħubija ġdida, li minnhom 165 ingħataw mingħajr ħlas.

4D Ultrasound Scan — proċedura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy u proċedura biex ttitieħed 4D Ultrasound Scan fit-tqala? Jista’ jikkonferma jekk f’dawn l-aħħar ġranet ġewx irrifjutati ultrasounds 4D għax hemm lista ta’ stennija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li l-Policy biex jittiehed 4D ultrasound scan fit-tqala hija fuq dawk il- kazijiet meqjusa bhala“high risk’’. Fil-kazijiet li jkunu “low risk” jista jkun li waqt it-tqala jfeggu fatturi li jirrikjedu li jsir 4D ultrasound. Il-procedura biex ttitieħed 4D Ultrasound Scan fit-tqala tinvolvi li tintbghat rikjesta miktuba ghal 4D Ultrasound Scan lid-Dipartiment u din tigi registrata.