Kunsill tal-Infermiera — Applikazzjonijiet pendenti minn nurses
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn nurses barranin u Maltin quddiem il-Kunsill tal-Infermiera sabiex tinħarġilhom il-liċenzja professjonali? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa quddiem il-Kunsill għall-Infermiera u Qwiebel hemm pendenti 11-il applikazzjoni, sottomessa minn applikanti Maltin u 29 applikazzjoni, sottomessi minn applikanti barranin.
Numru minn dawn l-applikazzjonijiet diġa ġew proċessati. Il-Kunsill qed jistenna aktar informazzjoni mingħand dawk l-applikanti, li ma’tawx l-informazzjoni kollha meħtieġa biex anki l-applikazzjoni tagħhom tkun tista’ tiġi proċessata.
L-aktar applikazzjoni pendenti Maltin tmur lura għal April 2013, filwaqt li fost dawk barranin tmur lura għal Mejju 2013.
Ministeru għas-Saħħa — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3226 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u tgħid kemm kien hemm każijiet ta’ korriment fuq il-post tax-xogħol fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa matul l-2010, 2011, 2012 u 2013?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-kolonoskopiji fl-iscreening tal-kanċer tal-musrana l-kbira se jsiru kollha f’Għawdex? Jekk iva, ġew ikkonsultati l-esperti tal-gastroenteroloġija ta’ pajjiżna? Min se jkunu t-tobba li se jagħmlu dan ix-xogħol, u kif se jsir il-ħlas tagħhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hemm 28 persuna fil-lista tal-kolonoskopiji fl-iscreening tal-kanċer tal-musrana l-kbira, bħalissa qed jsiru kollha fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, minħabba listi twal ta’ stennija li sibna għal din il-proċedura li tinvolvi pazjenti li għandhom (overt symptomatic u mhux screening) fl-Isptar Mater Dei.
L-esperti tal-gastroenteroloġija f’pajjiżna ilhom involuti f’dan il-progett sa mill-bidu nett. It-tobba f’Għawdex li qed jagħmlu dan ix-xogħol huma speċjalisti kkwalifikati biex jagħmlu din il-proċedura. Dawn il-konsulenti huma mħallsa bir-rati normali bħall-konsulenti l-oħra kollha, skont il-ftehim kollettiv tat-tobba u ma tħallsu l-ebda ħlas iehor għax-xogħol li ingħadda lilhom mill-lista ta’ stennija tal-isptar Mater Dei.
Ix-xogħol miexi b’rata tajba u bir-rieda tajba ta’ dawn it-tobba u dawk kollha nvoluti, dawn il-pazjenti qed jinqdew aktar malajr u jinġħataw dijanjożi bikrija għall-benefiċċju ta’ saħħithom kif inhu xieraq.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2320, jista’ l-Ministru jikkonferma li nqata’ l-overtime tal-pulizija (fuq deċiżjoni tal-Ministeru għas-Saħħa) li s-soltu kien jaħdem l-Isptar Mater Dei u b’hekk naqas il-complement ta’ pulizija li s-soltu kien ikun hemm fl-istess sptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni mill-Ministeru tas-Saħħa li tirregola l-overtime tal-pulizija fl-isptar Mater Dei. Fl-isptar hemm żewġ pulizija stazzjonati dejjem fid-dipartiment tal- Emerġenza.
Infurmat ukoll li l-
management
tal-isptar qed jistenna risposta mingħand il-pulizija biex jiżdied pulizija ieħor għas-servizz tal-isptar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie approvat u mħallas overtime f’kull sezzjoni li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu matul ix-xahar ta’ April u Mejju 2013, u jagħti d-dettalji sezzjoni b’sezzjoni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija tinsab imwieġba fil-Mistoqsija Parlamentari numru 3106.
Jista’ l-Ministru jgħid x’pożizzjoni se jieħu l-Gvern fir-rigward ta’ ħruġ ta’ liċenzji ġodda tal-ispiżeriji?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li l- Ministeru jifhem li l-ispiżeriji għandhom funzjoni mportant ferm x’jaqdu fil-qafas tat-twettiq tal-politika għas-settur tas-saħħa.
Il-Ministeru se jibqa kommess li jara li l-aspett pubbliku tas-settur tas-saħħa jibqa kkumplimentat minn inizjattivi u attivijatiet tas-settur privat, inkluz l-ispiżeriji bil-ħaddiema u sidien tagħhom, biex l-aqwa servizz jibqa jingħata lill-pazjenti Maltin u Għawdxin bi’prezz li jirrifletti valur sħiħ tal-flus imħallsa għal tali servizz.
Spiżeriji – liċenzji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal liċenzji ġodda ta’ spiżeriji u jgħid għal liema lokalitajiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm tlett mija u sbatax ( 317) l’ applikazzjoni pendenti għal-ftuħ ta’ spiżeriji f’Malta u Għawdex li huma mqassmin skont it-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ikklampjati karozzi fil-konfini tal-Isptar Mater Dei mill-uffiċjali tas-sigurtà matul ix-xhur ta' April, Mejju u Ġunju 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fix-xahar t’April ġew klampjati ( 4 ) erba’ karozzi, f’Mejju ( 12) tnax-il karozza, filwaqt li f’Ġunju ġew klampjati ( 2 ) żewġ karozzi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies ipejpu fil-konfini tal-Isptar Mater Dei mill-uffiċjali tas-sigurtà matul ix-xhur ta' April, Mejju u Ġunju 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li tlett ( 3 ) persuni ġew maqbuda jpejpu ġewwa l-Isptar Mater Dei fix-xahar t’April u tlieta ( 3 ) oħra f’Mejju. Ħadd ma’nqabad ipejjep fix-xahar ta’ Ġunju,għalhekk sitt ( 6 ) kontravenzjonijiet ġew maħruġa.
Dawn il-kontravenzjonijiet ġew maħruġa mill-Inspettur tas-Saħħa tal-Isptar Mater Dei. Dan għaliex il-membri tas-Sigurta’ m’għandhom l-ebda poter leġislattiv u l-uniċi żewg Pulizija fl-Isptar Mater Dei ikunu ġewwa l-Emerġenza.
Tistà l-Ministru tgħid meta kienet l-aħħar darba li sar audit mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul u x'kien ir-rizultat ta' dan l-audit?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-OHSA jagħmlu diversi audits fis-sezzjonijiet differenti tar-Residenza San Vinċenz de Paul. L-aħħar audit sar f’Lulju li għadda tal-X-Ray Unit fejn kien rakkomandat li jsiru radiation dose survey kif ukoll acceptance test reports. Dawn l-esperti ġew ikkuntattjati biex jitħejja rapport.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proċess intuża sabiex tiġi impjegata l-persuna fir-rwol ta’ Direttur Riżorsi Umani fl-Isptar Mater Dei? Saret talba għall-applikazzjonijiet? Xi kwalifiċi u kompetenzi għandha l-persuna maħtura? X’inhu l-pakkett finanzjarju għal din il-kariga?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 3227 u 3228, jista’ l-Ministru jgħid meta u kemm se jiddaħħlu spiżjara ġodda mal-Gvern?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-bżonn ta’ iktar spiżjara huwa rikonoxxut u għaldaqstant qed isiru t-talbiet neċessarji sabiex inkunu nistgħu nipproċedu bir-reklutaġġ ta’iktar spiżjara.
Rabat Health Centre – Kit tal-prostata out of stock
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-kit tal-prostata magħruf bħala PSA kien out of stock fl-10 ta’ Lulju 2013 mir-Rabat Health Centre (li bħalissa qed jopera minn post temporanju) u allura l-appuntamenti kellhom jiġu posposti wara li l-pazjenti marru għall-istess appuntament sajmin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li t-testijiet tad-dmija fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha jinħadmu mill-laboratorju tal-Isptar Mater Dei.
Id-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja ġie nfurmat mil-laboratorju ta l-Isptar Mater Dei li t-test twaqqaf fuq struzzjonijiet mogħtija mill-kumpanija barra minn Malta li timanifattura l-kits tal-prostata minħabba nuqqas ta’ preċiżjoni fir-riżultati. Il-laboratorju informa lit-tobba fl-isptarijiet u fiċ-ċentri tas-saħħa sabiex ma jibatux aktar testijiet tal-PSA sakemm kits ġodda jaslu għand il-laboratorju.
Qatt ma’kien hemm nuqqas ta'
kits
. Il-pazjenti m’għandhomx għalfejn isumu għat-test tal-PSA u din il-problema ma’affetwatx testijiet oħra inklużi dawk li tiġi sajjem għalihom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-kariga tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fis-segretarjat tiegħu? X’inhu l-pakkett finanzjarju għal din il-kariga?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li jissupplixxu l-Isptar Mater Dei, x'tip ta' servizz/prodott joffru lill-isptar u kemm hi n-nefqa kull sena għal kull kuntrattur?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Studenti tal-Biomedical Studies – xogħol għas-sajf
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li qed isegwu kors tal-BSc fil-Biomedical Studies hux se jingħataw opportunità ta’ xogħol matul ix-xhur tas-sajf fl-Isptar Mater Dei, kif kien isir fis-snin preċedenti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li x-xogħol fis-sajf għall-istudenti jiġi organizzat mill-Università ta’ Malta, b’konsultazzjoni mal-Isptar Mater Dei.
Infurmat ukoll ma’ kien hemm l-ebda ħsieb minn naħa tal-Ministeru li jsir xi tibdil, minn kif kien isir fis-snin preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li wara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament ġiet maħtura bħala personal assistant għas-CEO tal-Isptar Mater Dei, is-servizz ta’ Occupational Therapy ġos-swali ma għadux jingħata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-servizz tal-Occupational Therapy fis-swali tal-Isptar Mater Dei ma twaqqafx. Preżentament dan is-servizz qed jingħata minn seba’ occupational therapists li huma mqassmin kif gej: Tnejn fis-Swali tal-Ortopedija, tnejn fis-Swali tal-Mediċina, tnejn fis-Swali Newroloġija, u wieħed fl-ispeciality wards.
Qed jingħata wkoll servizz ta’
coverage
fil-ħames swali tal-kirurġija permezz ta’ rotazzjoni mit-terapisti kkonċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex tiġi infurzata l-policy li impjegati tal-isptarijiet ma jistgħux jitilqu mill-post tax-xogħol libsin l-uniformi, liema policy kient ġiet introdotta sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid ta’ mard u infezzjonijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-pariri kollha xjentifiċi - kemm mill-esperti tal-infection control kif ukoll fil-letteratura medika - juru li l-uniformijiet tal-ħaddiema fl-isptar ma joffru l-ebda perikolu ta’ infezzjoni jekk dawn jintlibsu barra mill-isptar. Madanakollu il-policies tal-isptarijiet taħt il-Ministeru għas-Saħħa xorta tinsisti li l-impjegati jbiddlu qabel ma' jmorru lura d-dar, dan sabiex tingħata image tajba u ta’ serjetà lill-poplu. Jinħarġu wkoll ċirkolarijiet b’mod regolari sabiex jitfakkru dawn il-policies.