B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3157, jista’ l-Ministru jikkonferma li lanqas m’għandu studji dwar l-impatt finanzjarju u loġistiku li se jkollha d-deċiżjoni tal-introduzzjoni tal-middle schools fil-kulleġġi tal-istat? Jekk mhux il-każ, jista’ jqiegħed dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalina t-tfal jiġu l-ewwel. Skejjel żgħar li jifformaw komunita' umana huma l-aħjar għall-iżvilupp edukattiv. Qed nimmobilizzaw ir-riżorsi neċessarji biex ikollna skejjel medji u sekondarji ta' daqs uman.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali f’investimenti kapitali mill-2008 sal-lum li saru sabiex titwettaq l-istrateġija tal-e-learning? Fiex tikkonsisti dan l-infiq? Kemm intużaw Fondi Ewropej?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li jiddaħħlu iktar learning support assistants fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jikkonferma l-Ministru b'dak li deher f'ġurnal indipendenti lokali dan l-ahħħr li hemm nuqqas ta’ 2000 LSA fis-sistema edukattiva? Jekk iva, f'kemm żmien beħsiebu jdaħħalhom jaħdmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li hemm nuqqas ta' 2000 learning support assistantsfis-sistema edukattiva. Il-vakanzi għal learning support assistants jiddependu fuq kemm tfal ser ikunu qed jingħataw statement of needs. Barra minn hekk, mhux il-każijiet kollha jkollhom bżonn għajnuna one-to-one.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni fuq l-email li ħarġet mill-Maintenance Grants Section rigward it-tneħħija tal-istipendji fil-higher secondaries, ġietx konkluża? Jekk iva, x'kien l-eżitu u x'passi ttieħdu minn din l-investigazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-investigazzjoni msemmija ġiet konkluża fl-aħħar tal-ġimgħa l-oħra u r-rakkomandazzjonijiet tal-bord tal-inkjesta se jiġu kkunsidrati.
manteniment fl-iskejjel — overtime lil ħaddiema tal-Gvern u tal-IPSL
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn liema vot qed jitħallas l-overtime tal-ħaddiema tal-Gvern u l- Industrial Projects and Services Limited (IPSL) li ħadmu overtime matul dan is-sajf sabiex isir ix-xogħol ta' manteniment fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-overtime li sar fis-sajf għax-xogħol ta' manteniment fl-iskejjel ġie ffinanzjat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemm xi voti mill-budget tal-edukazzjoni 2013, li ġew mnaqqsa minn kif approvati? Jekk iva, liema? Jekk iva, x’inhu l-ħsieb wara dan it-tnaqqis, vot b’vot?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
manteniment fl-iskejjel — overtime lil ħaddiema tal-Gvern u tal-IPSL
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn liema vot qed jitħallas l-overtime tal-ħaddiema tal-Gvern u l- Industrial Projects and Services Limited (IPSL) li ħadmu overtime matul dan is-sajf sabiex isir ix-xogħol ta' manteniment fl-iskejjel?
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mqabbda mil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza mal-Ministeru u fid-Direttorati tal-Edukazzjoni? X'inhu r-rwol tagħhom u kemm hi l-ispiża ta' kull konsulent?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati għalliema ġodda fl-iskejjel tal-Gvern, u f'liema suġġett, għas-sena skolastika 2013/2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Appendiċi 'A' turi kemm ġew ingaġġati Għalliema Regolari ġodda filwaqt li Appendiċi 'B' turi kemm ġew ingaġġati Għalliema Supply ġodda fl-iskejjel tal-Gvern għas-sena skolastika 2013/2014.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq manutenzjoni f’kull sezzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu matul ix-xhur ta’ April u Mejju 2013? Fiex intefqu dawn il-flus, x’materjal ta’ manutenzjoni inxtara u mingħand min?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq manutenzjoni matul ix-xhur ta’April u Mejju 2013, kienet ta’żewġ miljuni, tmien mija w tmienja u erbgħajn elf, tlett mija u tmien ewro ( € 2,848,308.00).
Infurmat ukoll lil-parti l-kbira ta’xogħol ta’manutenzjoni, kien mitlub u sar minn gvern preċedenti.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji toħroġ liċenzja tas-sewqan meta l-persuna li tkun għaddiet mill-eżami tas-sewqan:
1. Tkun trid tilbes in-nuċċali tal-vista; u
2. Tkun bla smigħ u ma titkellimx?
Ikun hemm xi impożizzjonijiet oħra li jridu jiġu osservati kemm-il darba tinħareġ il-liċenzja tas-sewqan fuq tali persuna/i fiż-żewġ każijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kriterji li fuqhom tinħareġ liċenzja tas-sewqan wara li persuna tkun għaddiet mill-eżami tas-sewqan huma skont kif stipulat fil-Liġi Sussidjarja 65.18, marbuta wkoll mat-Tmien Skeda fejn tindika il-kriterji medici li jridu jintlaħqu.
L-applikazzjoni għall-liċenzja tas-sewqan tinkludi fiha dikjarazzjoni mit-tabib mediku fuq kriterji partikolari li għandhom ikunu nnutati fuq il-liċenza ladarba wieħed jgħaddi mit-test prattiku. Dawn il-kriterji jiġu mmarkati fuq wara tal-liċenza tas-sewqan permezz ta’ kodiċi hekk kif indikati fis-Seba’ Skeda ta’ l-istess Liġi. Il-kodiċi huma hekk kif ġej:
1. Fil-każ ta’ nuċċali tal-vista wieħed isib kodici 01.06
2. Fil-każ ta smiegħ wieħed isib kodiċi 02, 02.01 jew 02.02
3. Fil-każ fejn wieħed ma jitkellimx, ma teżisti l-ebda restrizzjoni fuq il-liċenza tas-sewqan.
F’każ fejn ikun hemm xi tibdil fil-kundizzjoni medika tas-sewwieq, l-istess sewwieq huwa obbligat li jinforma lil Transport Malta immedjatament. Anke meta persuna ma jkunx għad għandha bżonn ta’ l-użu tan-nuċċali, din tkun tista tippreżenta ċertifikat mediku sabiex il-kodiċi restrittiva titneħħa minn fuq il-liċenza tas-sewqan tagħha.
Peress li l-Prim Ministru ġie rrappurtat li qal li l-ispiża ta’ manteniment u tisbiħ ta’ skejjel li sar dan is-sajf laħqet il-15-il miljun ewro u l-għada l-Ministru tal-Edukazzjoni semma l-figura ta’ 13-il miljun ewro, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet fil-fatt in-nefqa eżatta li saret matul dan is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija PR2034 tal-24 ta' Settembru 2013 fejn ingħatat spjegazzjoni dwar in-nefqa ta' manteniment u tisbiħ ta' skejjel.
Fondazzjoni Skejjel t’Għada – manteniment u tisbiħ ta’ skejjel
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet kollha li saru mill-Fondazzjoni tal-Iskejjel t’Għada fl-iskejjel bħala parti mill-programm ta’ tisbiħ li sar dan is-sajf? Jista’ jagħti lista dettaljata skola, skola, kemm intnefaq għal kull xogħol ta’ manteniment li sar, u minn min sar? Jista’ jgħid liema xogħol sar permezz ta’ direct order u liema xogħol sar wara li ħareġ tender pubbliku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma wkoll li minbarra x-xogħlijiet li saru mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, saru xogħlijiet oħra fl-iskejjel mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, li huma nklużi fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4316.
Dipartiment tar-Riżorsi tal-Iskejjel – manteniment u tisbiħ ta’ skejjel
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet kollha li saru mid-Dipartiment tar-Riżorsi tal-Iskejjel, fl-iskejjel kollha, bħala parti mill-programm ta' tisbiħ li sar dan is-sajf? Jista' jagħti din il-lista dettaljata, skola, skola, kemm intnefaq għal kull xogħol ta' manteniment li sar u minn min sar? Jista' jgħid liema xogħol sar permezz ta' direct order u liema xogħol sar wara li ħareġ tender pubbliku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista tinkludi wkoll ix-xogħlijiet li saru mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada kif elenkati fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4315.
manteniment u tisbiħ ta’ skejjel — rapporti mill-periti
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li kellhom jagħmlu l-periti li ġew imqabbda mill-Ministru u kellhom jitlestew sal-aħħar ta' Mejju dwar ix-xogħlijiet u l-manteniment tal-iskejjel?
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu għall-operat tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei u ċjoè jekk hux veru li se tinqasam f’żewġ partijiet? Jekk fl-affermattiv, jista’ jispjega xi proċeduri se jintużaw u jekk dawn l-istess proċeduri humiex skont guidelines internazzjonali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat illi l-operat kurrenti tal-Emerġenza jinqasam fi tlett sezzjonijiet li jiddependu fuq triage tal-pazjenti li jattendu dan id-dipartiment. Dan isir biex tingħata l-attenzjoni meħtieġa lil kulħadd skond l-urġenza medika tal-każ. Il-proċess li biħ il-pazjenti jiġu ammessi għal ġos-swali fl-isptar minn ġod-dipartiment tal-Emerġenza, qiegħed ikun diskuss mad-dipartimenti l-oħra sabiex jitħaffeff il-proċess kemm jista jkun, mingħajr ma jpoġġi il-pazjent fl-ebda riskju. Ukoll id-dipartiment tal-Emerġenza qiegħed jaddotta numru ta’ linji gwida mediċi internazzjonali sabiex dejjem jittejjeb is-servizz tiegħu.
Irrid insemmi wkoll lis-sistema tat-triage qiegħda fil-proċess li tinbidel, fuq linji internazzjonali, sabiex id-dipartiment jintuża aħjar, kif wkoll ikun ta’ benefiċċju akbar għall-pazjenti li jattendu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-bed capacity tal-Isptar tal-Onkoloġija se tiżdied u jekk fl-affermattiv kemm se jkun in-numru ta’ sodod li se jkun hemm f’dan l-isptar? X’se jkun l-impatt, kemm finanzjarju u kemm amministrattiv, peress li dan hu proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea? X’se jkun l-impatt fuq iż-żmien ta’ meta hu maħsub li jibda jopera dan iċ-ċentru?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ sodod inpatient ġewwa l-Isptar tal-Onkoloġija żdied minn 74 għall 87. In-numru ta’ sodod daycare żdied minn 22 għall 26. Il-bed capacity tal-Isptar tal-Onkoloġija għalhekk ser ikun ta’ 113. Din iż-żieda mhux mistennija li tħalli xi impatt finanzjarju u amministrattiv sinifikanti. L-ispiża ta’ €54 miljun (inkluż 18% VAT) hekk kif oriġinarjament proġettata għal dan il-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea mhix ser tinqabeż. Din iż-żieda fil bed capacity mhux mistennija li jkollha impatt fuq iż-żmien ta’ meta huwa maħsub li jibda jopera dan iċ-ċentru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għas-Saħħa fuq fuel matul ix-xhur ta’ April u Mejju 2013 f’kull sezzjoni li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-pompi tal-petrol li qed jintużaw mill-Ministeru għas-Saħħa sabiex jimlew il-vetturi tal-istess Ministeru bil-fuel?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.