Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li bdew il-Programm ALP li sar is-sena li għaddiet ġewwa L-ETC f'Ħal Far? Jista' jgħid kemm kienu l-istudenti li temmew b'suċċess il-programm alternattiv li kien ġie ppjanat għalihom u ħadu iċ-ċertifikat tal-ALP?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li fl-ETC kien hemm 116-il student li bdew il-programm tal-ALP. Minn dawn 73 ħadu ċertifikat ta’ kompetenza jew ta’ attendenza skont il-każ. Nixtieq li nsalvaw iżjed minn dawn l-adolexxenti li qabel kienu jintilfu għax ma kien hemm l-ebda programm għalihom minkejja li ma kienu jagħmlu l-ebda eżami SEC.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-Learning Support Zonesġodda li nfetħu minn Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema skejjel infetħu u kemm hemm studenti li qed igawdu minn dan is-servizz f'kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Learning Support Zones ġodda li nfetħu fis-sena skolastika 2013/2014, kif ukoll kemm hemm studenti li qed igawdu minn dan is-servizz, huma:
Skola Sekondarja Bniet Ħandaq – 16-il studenta
Skola Sekondarja Subien Sliema – 17-il student
Skola Sekondarja Subien Naxxar – 18-il student
Fis-sena Skolastika 2014/2015 infetaħ
Learning Support Zone
f’din l-iskola:
Skola Sekondarja Bniet Mosta – servizz għadu jibda
Jsita' l-Ministru jgħid liema huma in-Nurture Groupsġodda li nfetħu minn Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema skejjel infetħu u kemm hemm studenti li qed igawdu minn dan is-servizz f'kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-Nurture Groups ġodda li nfetħu fis-sena skolastika 2013/2014, flimkien mal-għadd ta’ studenti li qed igawdu minn dan is-servizz, huma:
Skola Primarja Mosta A u B – 29 student/a
Skola Primarja San Pawl il-Baħar – 24 student/a
Skola Primarja Sliema – 16-il student/a
Skola Primarja San Giljan – 15-il student/a
Fis-sena skolastika 2014/2015 infetħu
Nurture Groups
f’dawn l-iskejjel:
Skola Primarja Mellieħa – servizz għadu jibda
Skola Primarja Paola A u B – servizz għadu jibda
Skola Primarja Ħamrun SS – servizz għadu jibda
Skola Primarja Lija – servizz għadu jibda
servizzi biex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel primarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ġodda li nbdew minn Marzu 2013 sabiex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel primarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizzi ġodda flimkien ma’ miżuri li nbdew minn Marzu 2013 sabiex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel primarji huma elenkati hawn taħt:
1. Moniteraġġ regolari tal-attendenza permezz tal-E1 platform.
2. Introduzzjoni tal-Medical Certificate Record Card għal kull student minn Novembru 2014.
3. Interventi fil-livell ta’ Kindergarten u introduzzjoni tal-obbligu tal-attendenza regolari minn meta l-istudent jagħlaq ħames snin anke jekk ikun għadu Kindergarten 2.
4. Interventi bikrija mill-iskola ma’ studenti li ma jattendux l-iskola regolari.
5. Involviment tan-Nurture Class ma’ tfal li huma f’riskju li jfallu.
6. Miżura relatata mal-assentejiżmu marbut maċ-ċertifikati mediċi; din il-miżura involviet laqgħat mat-tobba konċernati.
7. Moniteraġġ ta’ ċertifikati mediċi.
8. Tnedija tal-Politika Nazzjonali, Strateġija u Proċeduri dwar l-Attendenza.
9. Implimentazzjoni ta’ proċeduri ġodda biex tiżdied l-attendenza tal-istudenti.
10. Disseminazzjoni fil-Kulleġġi, mal-ġenituri, l-istudenti u mal-istaff fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali dwar il-Politika Nazzjonali, Strateġija u Proċeduri dwar l-Attendenza.
11. Kampanja Nazzjonali dwar l-importanza tal-Attendenza permezz ta’ artikli fuq il-gazzetti, parteċipazzjoni fuq programmi tat-TV, kif ukoll ser jitqassmu fuljetti lil kull student u lil kull familja fuq l-importanza tal-attendenza u parteċipazzjoni sħiħa fil-ħajja edukattiva obbligatorja.
12. Kollaborazzjoni bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u d-Dipartiment tas-Sigurtá Soċjali dwar iċ-Child Supplement Benefit li hu marbut mal-attendenza tal-istudenti eliġibbli.
13. Miżuri legali:
a. Infurzar tal-liġi dwar l-attendenza regolari; il-Kummissarju tat-Tribunali Reġjonali qed tirreferi familji li ma jikkoperawx lill-Qorti tal-Familj;
b. Tribunal Reġjonali Xlokk bagħat l-aħħar avviż legali lill-ġenituri biex iħallsu il-multi pendenti. Din il-miżura qed tiġi diskussa mat-tribunali reġjonali l-oħra;
c. Involviment tal-Korp tal-Pulizija;
d. Il-proċeduri li ġew imnedija jirriflettu l-liġi dwar l-Edukazzjoni Kapitlu 327 Artiklu 5.
14. Uffiċjali mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ipparteċipaw b’mod attiv fi Tripartite Committee li twaqqaf bejn erba’ Ministeri (Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, għas-Saħħa, Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali, u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ) biex flimkien jitfasslu miżuri biex jiġi indirizzat l-assentejiżmu. Ġie preżentat rapport dettaljat dwar l-Assentejiżmu u fil-ġranet li gejjin ser ikomplu d-diskussjonijiet.
Ma’ dawn il-miżuri msemmija baqgħu jingħataw is-servizzi tal-professjonisti kollha fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali lil dawn l-istudenti flimkien mal-Ħaddiema Soċjali skont in-natura tal-każ.
servizzi biex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel sekondarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ġodda li bdew minn Marzu 2013 sabiex jitnaqqas lassentejiżmu fl-iskejjel sekondarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizzi ġodda flimkien ma’ miżuri li nbdew minn Marzu 2013 sabiex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel sekondarji huma elenkati hawn taħt:
1. Moniteraġġ regolari tal-attendenza permezz tal-E1 platform.
2. Introduzzjoni tal-Medical Certificate Record Card għal kull student minn Novembru 2014.
3. Interventi bikrija mill-iskola ma’ studenti li ma jattendux l-iskola regolari.
4. Involviment tal-Learning Zones ma’ tfal li huma f’riskju li jfallu.
5. Introduzzjoni tal-Alternative Learning Programme provdut għal studenti li huma fil-Form 5 li huma batuti akkademikament u anke ma jattendux skola regolari jew ma kinux qegħdin jattendu skola.
6. Moniteraġġ ta’ certifikati mediċi.
7. Tnedija tal-Politika Nazzjonali, Strateġija u Proċeduri dwar l-Attendenza.
8. Implimentazzjoni ta’ proċeduri ġodda biex tiżdied l-attendenza tal-istudenti.
9. Disseminazzjoni fil-Kulleġġi, mal-ġenituri, l-istudenti u mal-istaff fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali dwar il-Politika Nazzjonali, Strateġija u Proċeduri dwar l-Attendenza.
10. Kampanja Nazzjonali dwar l-importanza tal-Attendenza permezz ta’ artikli fuq il-gazzetti, parteċipazzjoni fuq programmi tat-TV, kif ukoll ser jitqassmu fuljetti lil kull student u lil kull familja fuq l-importanza tal-attendenza u parteċipazzjoni sħiħa fil-ħajja edukattiva obligatorja.
11. Kollaborazzjoni bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u d-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali dwar iċ-Child Supplement Benefit li hu marbut mal-attendenza tal-istudenti eligibbli.
12. Miżuri legali:
a. Infurzar tal-liġi dwar l-attendenza regolari; il-Kummissarju tat-Tribunali Reġjonali qed tirreferi familji li ma jikkoperawx lill-Qorti tal-Familja;
b. Tribunal Reġjonali Xlokk bagħat l-aħħar avviż legali lill-ġenituri biex iħallsu il-multi pendenti. Din il-miżura qed tiġi diskussa mat-tribunali reġjonali l-oħra;
c. Involviment tal-Korp tal-Pulizija;
d. Il-proċeduri li ġew imnedija jirriflettu l-liġi dwar l-Edukazzjoni Kapitlu 327 Artiklu 5.
13. Uffiċċjali mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ipparteċipaw b’mod attiv fi Tripartite Committee li twaqqaf bejn erba’ Ministeri (Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol , għas-Saħħa, Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali, u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali) biex flimkien jitfasslu miżuri biex jiġi indirizzat l-assentejiżmu. Ġie preżentat rapport dettaljat dwar l-Assentejiżmu u fil-ġranet li ġejjin ser ikomplu d-diskussjonijiet.
Ma` dawn il-miżuri msemmija baqgħu jingħataw is-servizzi tal-professjonisti kollha fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali lil dawn l-istudenti flimkien mal-Ħaddiema Soċjali skont in-natura tal-każ.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li qed jipprovdu s-servizz ta' Nurture Groups fl-iskejjel? Jista' jgħid liema huma il-professjonisti li qed jaħdmu f'dan is-servizz f'kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iSkejjel Primarji li qed jipprovdu s-servizz ta’ Nurture Group huma:
Floriana
Pieta’
Marsa
Ħamrun GP
Birżebbuġa
Żurrieq
Sta Venera
Msida
Birkirkara
Cospicua
Senglea
Vittoriosa
Żejtun A
Żejtun B
Marsaskala
Fgura A
Fgura B
Rabat
Attard
San Ġwann
Gżira
Qormi SS
Qormi SG
Victoria Għawdex
Mosta A
Mosta B
San Pawl il-Baħar
Sliema
San Ġiljan
Mellieħa
Paola A
Paola B
Ħamrun SS
Lija
Għalliema u
Learning Support Assistants
(imħarrġin fil-qasam ta’ SEBD) jieħdu ħsieb u jipprovdu servizz fin-
Nurture Group.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li qed jipprovdu s-servizz ta' Learning Support Zones fl-iskejjel? Jista' jgħid liema huma l-professjonisti li qed jaħdmu f'dan is-servizz f'kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iSkejjel Sekondarji li qed jipprovdu s-servizz ta’ Learning Support Zone huma:
Mrieħel Bniet
Ta’ Paris Subien
Santa Luċija Bniet
Żejtun Bniet
Verdala Subien
Cospicua Bniet
Ħandaq Subien
Ħandaq Bniet
Kirkop Subien
Tarxien Bniet
Ħamrun Subien
Żebbuġ Subien
Blata l-Bajda Bniet
M’Assumpta Bniet
St Andrews Bniet
Pembroke Bniet
Sliema Subien
Gżira Subien
Naxxar Subien
Mosta Bniet
Żokrija Subien
Victoria Għawdex Bniet
Victoria Għawdex Subien
Għalliema u
Learning Support Assistants
(imħarrġin fil-qasam ta’ SEBD) jieħdu ħsieb u jipprovdu servizz fil-
Learning Support Zone
.
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi problemi sabiex, fond ESF 2.85 Linking Industrial Needs and Vocational Education and Training to Optimise Human Capital, Operational Programme II - Cohesion Policy 2007 - 2013 in Pharmaceutical Industry Sector - Pharmaceuticals and Chemicals li qed jintuża f'kors l-MCAST, jintuża kif ippjanat? Jekk iva, x'inhuma dawn il-problemi u x'soluzzjonijiet qed jittieħdu?
Jista’ l-Ministru jgħid xi programm speċifiku hemm sabiex is-sit magħruf bħala tas-Simblija, limiti tar-Rabat, Malta, jibqa’ aċċessibli u miżmum tajjeb, wara li kienu saru xogħlijiet fuqu iżda issa sfortunatament jinsab mitluq?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex il-casino antik fuq is-Saqqajja, ir-Rabat Malta, u l-barrakka minn fejn jingħataw il-paljijiet jiġu rrestawrati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imdina, li għandu d-delega tal-amministrazzjoni tal-Casino fuq is-Saqqajja tar-Rabat, li saret applikazzjoni sabiex dan il-casino jiġi restawrat b’fondi mill-Unjoni Ewropea. Ix-xogħol ta’ restawr ser isir mill-Gvern Ċentrali.
Jista’ l-Ministru jagħti assigurazzjoni li l-istudenti fl-Iskola tal-Isport li ġiet rilokata għandhom l-istess faċilitajiet sportivi mill-inqas tal-istess kwalità ta’ fejn kienet qabel l-iskola (fil-Kulleġġ San Benedittu), u mill-inqas bl-istess medda ta’ dixxiplini sportivi? X’inhuma dawn id-dixxiplini?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istudenti attwali tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport preżentament qed jitħarrġu ġewwa faċilitajiet sportivi bl-istess kwalita', jekk mhux aqwa f'ċertu każijiet, milli kienu jitħarrġu fihom fl-aħħar sentejn f'Ħal Kirkop. Din is-sena skolastika hemm medda ta' 13-il dixxiplina sportiva, ħamsa aktar milli kien hemm fl-aħħar sentejn meta l-iskola kienet f'Ħal Kirkop. Il-ħames dixxiplini sportivi ġodda huma l-Judo, Table Tennis, Badminton, Waterpolo u Synchonized Swimming. Dawn id-dixxiplini sportivi ngħaqdu mat-tmien dixxiplini l-oħra li kienu l-futbol, baskitbol, rugby, Ten-Pin Bowling, Karate, Atletika, Għawm u Ġinnastika.
Pjanijiet għal skola tal-Arti Viżiva u Performattiva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-pajjiż ikollu skola tal-Arti Viżiva u Performattiva fuq l-istess bażi tal-Iskola tal-Isport? Jekk iva, meta u fejn se tinfetaħ? Kif se jingħażlu l-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Għadu kmieni wisq biex jingħata t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk għadhiex policy tal-Gvern li mis-sena skolastika 2015-2016 meta jkun hemm vacancies fil-kindergartens jiddaħħlu biss għalliema kwalifikati fis-snin bikrin? Jekk iva, kemm jistma li se jkun hemm minn dawn l-għalliema bit-tali kwalifika f’Settembru tal-2015? Xi pjanijiet hemm għall-allokazzjoni tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-policy li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant toħroġ mill-ftehim settorjali tal-2010 (Part III, Section 4 (1)) li taqra hekk:
(1) “With effect from scholastic year 2015-16, the recruitment of personnel responsible for Early Childhood Education and Care will be in the grade of ECEC Teacher.”
(2) Entry in the grade of ECEC teacher will be through a public call for applications for Regular Teachers open to persons:
(a) Who are in possession of the appropriate education and training in early childhood education and care at first Degree level or a comparable qualification, issued by an institution of higher education duly recognised by the Education Authorities, and
(b) Who are holders of the appropriate Teacher’s Warrant (Permanent) awarded by the CTP.... suitably qualified teachers who will eventually qualify for a Permanent Teachers’ warrant in accordance with section 24(2) of the Education Act (Cap. 327) will also be eligible to apply.....”
Peress li l-ewwel grupp tal-ECEC iggradwa din is-sena, saret konsultazzjoni interna, mal-PACBU u mal-MUT biex ikun stabbilit hemmx oġġezzjoni li dawn il-gradwati jiddaħħlu bħala għalliema b’seħħ minn Settembru 2014. Kien hemm qbil u saru l-proċeduri. Dawk l-istudenti tal-MCAST li kienu qed jagħmlu d-Diploma xorta tħallilhom iċ-ċans li japplikaw għall-post ta’ Kindergarten Assistant. Dawk tal-ECEC ġew impjegati bħala għalliema year 1 u 2 u dawk tad-diploma tal-MCAST bħala KGA. Din kienet rebħa għal kulħadd:
· Il-Ministeru kellu ammont akbar ta’ għalliema ġodda tal-Primarja (b’hekk naqqasna n-numru ta’ għalliema supply);
· Dawk tal-ECEC inħatru għalliema malli spiċċaw il-kors;
· Dawk tal-MCAST inħatru KGAs.
Sadanittant inħarġet id-direzzjoni dwar l-MTL. Dan il-kors ser joffri rotta għall-Primarja u rotta għas-Sekondarja. Ir-rotta tal-Primarja tkopri biss minn year 1 sa year 6. Ingħad ukoll li biex wieħed jidħol bħala KGA issa ser ikollu bżonn biss BA Early Childhood. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ Press Release maħruġa mill-Universita`.
Skola ta’ Alternative Learning Programme – tipjip minn studenti
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-iskola ta' Alternative Learning Programme ġewwa Raħal Ġdid hemm grupp ta' studenti li l-età tagħhom tvarja bejn l-14 u 15-il sena li ngħataw permess li fil-ħinijiet tal-break jistgħu jpejpu fuq il-bejt tal-iskola? Jekk fl-affermattiv, jista' jikkonferma li l-ġenituri/guardians ta’ dawn l-istudenti taw tali permess bil-miktub?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-iskola ta’ Alternative Learning Programme ġewwa Raħal il-Ġdid għaddej programm ta’ tagħlim għal studenti tal-Form 5 li kienu fl-iskejjel sekondarji u l-marki tal-eżamijiet tagħhom kienu jindikaw li dawn l-istudenti ma kienu se jersqu għal ebda eżami tas-SEC. Għalhekk beda programm alternattiv ta’ tagħlim f’numru ta’ Ċentri, fosthom f’din l-iskola ta’ Raħal il-Ġdid, fl-MCAST, u fil-Youth.Inc.
Qiegħed isir programm edukattiv vokazzjonali u akkademiku ma’ dawn l-istudenti. F’dawn iċ-Ċentri ta’ tagħlim hemm regoli differenti mill-iskejjel sekondarji, per eżempju l-istudenti ma għandhomx uniformi.
Numru ta’ studenti minn dawn ipejpu. Il-ġenituri tagħhom ġew mgħarrfa li uliedhom ipejpu u li l-iskola se tipprovdi tagħlim u servizzi kontra t-tipjip.
Fl-istess ħin, sabiex dawn l-istudenti ma jaqtawx qalbhom mit-tagħlim u mill-iskola, ġie provdut post fil-miftuħ, sabiex dawn l-istudenti jkunu jistgħu jpejpu waqt il-ħin tal-break.
Se jsir programm sħiħ ta’ tagħlim sabiex dawn l-istudenti jkunu konxji tal-ħsara kbira li qiegħdin jagħmlu bit-tipjip. Il-policy tal-iskola hija li tħeġġeġ lill-istudenti biex ma jpejpux.
Kumitat Festi Nazzjonali – Jum Dun Karm — ċelebrazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kumitat Festi Nazzjonali li twaqqaf f’nofs l-2013 iċċelebrax bħas-soltu Jum Dun Karm lejn l-aħħar t’Ottubru? Jekk iva, x’kienet l-attività? Jekk le, għaliex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill- Onor. Interpellant ninsab infurmat li l-attivitajiet tal-Kumitat Festi Nazzjonali biex ifakkru lil Dun Karm ghas-sena 2014 huma kif ġej:
1. Tifkira Dun Karm – attività annwali li tinkludi korteo u tifkira quddiem il-mafkar ta’ Dun Karm fil-Floriana li saret nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru, 2014.
2. Attività oħra tal-Kumitat Festi Nazzjonali flimkien mal-Akkademja tal-Malti hi Lejla f’Gieħ il-Poeta Nazzjonali Dun Karm bit-tema “Seddaq il-Għaqda fil-Maltin” li saret nhar it-23 ta’ Ottubru.
3. Għall-ewwel darba wkoll il-Kumitat Festi Nazzjonali flimkein mal-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Regjonali t’Għawdex u l-Akkademja tal-Malti se jtella’ wkoll serata simili għal dik li tkun saret nhar it-23 t’ Ottubru fil-gzira Għawdxija.
Apparti dan kollu l-istess Kumitat Festi Nazzjonali ha ħsieb li l-mafkar tal-Poeta Nazzjonali fil-Floriana jkun dekorat għall-perjodu u fl-istess ħin qed jitella’ materjal relatat fuq il-paġna tal-Facebook tal-istess Kumitat Festi Nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li t-taħlit ta’ bniet u subien fis-sekondarja jsir fl-iskejjel sekondarji kollha qabel ma kien spiċċa l-proġett pilota fil-Kulleġġ ta’ Santa Kjara? Hemm il-ħsieb li dawn it-tfal ikomplu jitilgħu flimkien minn sena għal sena sal-aħħar tas-sekondarja fl-iskejjel kollha? Jekk le, għaliex le? Jekk iva, xi studji saru dwar l-impatt li dan se jkollu fuq l-għażla tas-suġġetti u l-attainment mill-bniet u s-subien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-taħlit ta’ l-istudenti subien u bniet fl-iskejjel sekondarji mhix xi ħaga ġdida la f'pajjiżna u aktar fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi madwar id-dinja kollha. L-introduzzjoni tal-Ko-Edukazzjoni fl-iskejjel sekondarji tal-iStat saret wara l-esperjenza lokali tal-Iskejjel Indipendenti, l-Iskola Nazzjonali tal-Isport u l-Iskola Sekondarja St Clare College Pembroke kif ukoll l-esperjenzi wiesgħa u varji f'pajjiżi oħra. Riċerka li saret fost ġenituri, tfal u għalliema fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport u l-Iskola Sekondarja St Clare College Pembroke turi bl-aktar mod inekwivoku li l-esperjenza tal-Ko-Edukazzjoni kienet waħda pożittiva minn kull aspett. It-tfal kollha li qiegħdin fl-ewwel sena tas-sekondarja fl-2014/2015 se jibqgħu telgħin flimkien, sena wara sena, subien u bniet. Naturalment is-serjeta' titlob li għandu jkun hemm moniteraġġ kontinwu tas-sistema sabiex l-impatt pożittiv f'kull aspett jissaħħaħ, kif fil-fatt qed isir u se jibqa’ jsir fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
Qafas għall-Istrateġija dwar l-Edukazzjoni għall-Malta 2014-2024
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u/jew rapporti preliminari li saru biex imbagħad tfassal il-Qafas għall-Istrateġija dwar l-edukazzjoni għall-Malta 2014-2024?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar
Jista’ l-Ministru jindika xi studji internazzjonali dwar l-edukazzjoni hemm ħsieb jew konferma li Malta tieħu sehem fihom mill-2014 ’il quddiem? X’policy għandu l-Ministru biex ir-riżultati ta’ dawn l-istudji u r-rapporti relevanti jkunu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta ser tieħu sehem f’erba’ studji internazzjonali ewlenin. Dawn huma PISA u TIMSS fl-2014, u PIRLS u ICCS fl-2015. Għal kull studju jinkiteb rapport internazzjonali li jkun pubbliku. Malta tħejji wkoll rapport nazzjonali għal kull studju u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jagħmilhom pubbliċi kif fil-fatt għamel fil-bidu ta’ din il-leġislatura. Il-Ministeru qiegħed ifassal u jibni kemm jista’ jkun il-pjanijiet tiegħu fuq l-evidenza, u mhux sempliċiment jippubblika dokumenti li ma jirriflettux is-sitwazzjoni lokali jew li ma jinkludux pjanijiet.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika mis-sena 2004 sal-2014, separatament għas-settur statali, tal-knisja u indipendenti (fil-każ tal-aħħar, minn meta dan beda jkun possibbli) ta' kemm kienet l-istennija medja minn meta ssir talba biex jiġi pprovdut facilitator/Learning Support Assistant, għal meta dan fil-fatt jingħata?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bejn l-2004 u l-2014 l-istennija medja għal tfal b’diżabbilta` jew kundizzjonijiet biex jingħata l-appuntament kienet minn xahar għal xahrejn. Tfal oħra kellhom jistennew skont is-severita` tal-bżonnijiet tagħhom. Fejn applikabbli l-LSA jiġi pprovdut minn ġimagħtejn wara li jiġu quddiem l-iStatementing Moderating Panel. Dan kollu japplika għall-iskejjel Statali, tal-Knisja u Indipendenti.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika mis-sena skolastika 2004-2005 sal-2014-2015, tad-daqs medju tal-klassi f’kull sena tal-iskola mill-Kinder 1 sal-Form 5separatament għas-settur statali, tal-knisja u indipendenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Rigward is-setturi tal-Knisja u Indipendenti, l-istatistika disponibbli hija mis-sena skolastika 2008/09 sal-2014/15.