Jista’ l-Ministru jgħid x’se jiġri mill-istudenti li bħalissa qegħdin fil-Form 1 u li qed jattendu l-iskola sekondarja tar-Rabat (Kulleġġ San Nikola) meta dawn jaslu Form 3? Jista’ jindika eżatt f’liema skola se jmorru meta jkunu Form 3?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hu ppjanat li l-istudenti li bħalissa qegħdin Form 1 u li qed jattendu l-Middle School (Skola Sekondarja) tar-Rabat, Kulleġġ San Nikola, meta dawn jaslu fil-Form 3, jiġifieri fis-sena skolastika 2016/2017, jibdew jattendu l-Iskola Sekondarja l-Ġdida ġewwa s-Swatar, Dingli.
Jista’ l-Ministru jgħid x’se jiġri mill-istudenti li bħalissa qegħdin fil-Form 2, 3 u 4 u li qed jattendu l-iskola sekondarja tan-Naxxar (Kulleġġ San Nikola) meta s-sena d-dieħla se jidħlu madwar 15-il klassi oħra tal-Kulleġġ Maria Reġina, u li mal-15-il klassi li diġà hemm Form 1 preżentament tal-Kulleġġ Maria Reġina se jkomplu jnaqqru mill-ispazju tal-istudenti tal-Kulleġġ San Nikola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li jattendu l-iskola Sekondarja tan-Naxxar (Kulleġġ San Nikola), fis-sena skolastika 2015/2016 ser jibqgħu jattendu l-istess skola. Għaddejjin preparamenti sabiex l-istudenti jkollhom l-ispazji neċessarji sabiex ikunu jistgħu jkomplu l-istudji edukattivi tagħhom bir-riżorsi kollha meħtieġa.
Is-Sanċir (limiti tar-Rabat u Ħad-Dingli) — aċċessibilità
Question
Jista’ l-Ministru jispjegali x'qed isir biex il-post magħruf bħala s-Sanċir, fil-limiti tar-Rabat u Ħad-Dingli, jibqa’ miżmum u aċċessibbli, wara li fil-passat kien sar investiment minn fondi pubbliċi u Ewropej biex dan jitranġa u jiġi aċċessibbli?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11729 li oriġinarjament saretlill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi problemi sabiex, fond ESF 2.85 Linking Industrial Needs and Vocational Education and Training to Optimise Human Capital, Operational Programme II - Cohesion Policy 2007 - 2013 in Pharmaceutical Industry Sector - Pharmaceuticals and Chemicals li qed jintuża f'kors l-MCAST, jintuża kif ippjanat? Jekk iva, x'inhuma dawn il-problemi u x'soluzzjonijiet qed jittieħdu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-proġett ESF 2.85 - Linking Industrial Needs and Vocational Education and Training to Optimise Human Capital immexxi mill-MCAST offra u qiegħed joffri taħriġ f’għaxar setturi differenti tal-industrija, lil ‘l fuq minn 400 student. Is-setturi jinkludu t-Teknoloġija tal-Informatika, Infrastruttura, Servizzi Finanzjarji, Ikel, Xorb, Farmaċewtika, Marittimu, Stampar, Manifattura tal-għamara u Manifattura tal-Plastika. L-investiment se jiswa €701,000, 85% minnu ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Mill-2011 saru ħames korsijiet minn sitta fil-programm tal-Farmaċewtika u tlieta li ġew repetuti, li għalih ġew iċċertifikati 19-il persuna. Minnhom, ħamsa ser jingħataw ċertifikat f’livell ta’ Award jekk itemmu b’suċċess l-istudji tagħhom fis-sitt modules tal-programm, li huma:
i.
Good manufacturing practices (sar darbtejn - lesti)
ii.
Basic Chemical Concepts and Techniques (lest)
iii.
Basic Laboratory Operations (l-ewwel kors lest, beda t-tieni kors u twaqqaf minħabba nuqqas ta’ parteċipazzjoni)
iv.
Work-related experience in the science-based pharmaceutical sector (l-ewwel kors lest, beda t-tieni kors)
v.
Active Pharmaceutical Ingredients and Finished-dosage form (lest)
vi.
Introduction to bio-technology (għaddej – ikun lest f’Diċembru/Jannar)
Dan il-programm sar għat-tieni darba din is-sena, fejn tlieta mis-sitt korsijiet diġa ngħataw, bl-aħħar kors qed jingħata bħalissa u li mistenni jintemm f’Jannar 2015. Dan ifisser li kull kors ser ikun ingħata għallinqas darba. Madankollu, minħabba domanda għolja għal xi korsijiet – fosthom il-kors Work-related experience in the science-based pharmaceutical sector – l-MCAST għażlet li toffri t-tieni rawnd tiegħu, li kien mistenni jibda nhar it-Tnejn 27 ta’ Ottubru. Minħabba l-indisponibbilta’ tal-għalliema, dan il-kors kellu jitwaqqaf temporanjament u tkompla minn nhar is-Sibt 8 ta’ Novembru.
Ma hemm l-ebda ċirkostanza oħra li se taffettwa l-pjan għal dan it-taħriġ.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11748 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi programm speċifiku hemm sabiex is-sit magħruf bħala tas-Simblija, limiti tar-Rabat, Malta, jibqa’ aċċessibli u miżmum tajjeb, wara li kienu saru xogħlijiet fuqu iżda issa sfortunatament jinsab mitluq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit in kwistjoni jifforma parti minn art akbar li kollu kemm hu huwa mikri bi qbiela. Peress li f’dan is-sit hemm ukoll fdalijiet ta’ Kappella Medjavali, sabiex is-sit isir aktar aċċessibli, trid tiġi tterminata parti mill-kirja agrikola li hemm fuq dan is-sit, liema terminazzjoni tista’ ssir biss skont il-provediment tal-Att li jirregola t-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’ Kapitlu 199 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tuck shops fl-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u tal-privat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta’ skejjel tal-istat, tal-Knisja u tal-privat li għandhom tuck shop hu ta’ 49 imqassmin kif ġej:
Skejjel tal-Istat - 30
Skejjel tal-Knisja - 10
Skejjel tal-privat - 9
Jista’ l-Ministru jgħid liema skejjel (tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat) f’Malta u Għawdex għandhom tuck shops?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti f'Malta u Għawdex li għandhom tuck shop huma kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ ikel qed jiġi offrut mit-tuck shops tal-Gvern, tal-Knsija u tal-privat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li meta toħroġ sejħa għal Konċessjoni ta’ Kiri ta’ Tuck Shops fl-Iskejjel Statali ikun hemm anness mad-dokument lista ta’ ikel u xorb li jistgħu jinbiegħu fit-tuck shops. Kopja ta’ din il-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Inqiegħed ukoll tagħrif dwar it-tip ta’ ikel offrut mit-tuck shops fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu sabiex junk food bħal pastizzi, pizza, burgers eċċ. ma jiġux offruti għall-bejgħ mit-tuck shops tal-iskejjel tagħna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fi Frar 2015 ser toħroġ policy fuq Healthy Lifestyles biex tirregola t-tip ta' ikel li jiġi servut f'kull tuck shop fl-iskejjel tal-Istat kif ukoll dawk tal-Knisja u Indipendenti.
Peress li l-iskola ta' Raħal il-Ġdid ma' kienetx titqies bħala skola adekwata, jista' l-Ministru jgħid jekk il-programm alternattiv li beda f'Raħal il-Ġdid fil-futur hux se jitkompla f'din il-binja? Jista' jagħti d-dettalji dwar l-ispejjeż li saru sabiex isir ir-refurbishment meħtieġ għall-programm ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-professjonisti u n-numru tagħhom li qed jaħdmu f'dan il-programm?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija iva. Il-bini tal-iskola ta’ Raħal Ġdid sal-aħħar ta’ din is-sena skolastika mhux se jkun baqagħlu iktar studenti tas-Sekondarja jattendu ġo fih u se jibda jintuża għal programmi alternattivi ta’ tagħlim għal studenti li jkollhom bżonn post, qafas u ambjent differenti biex jitgħallmu fih.
Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella dwar l-ispejjeż għar-refurbishment, u tagħrif dwar il-professjonisti li qed jaħdmu f'dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-arretrati li l-Gvern għandu jagħti lill-iskejjel tal-Knisja f'Marzu 2013 u kemm huma l-arretrati li ;-Gvern għandu jagħti lill-iskejjel tal-Knisja llum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sa Marzu 2013, l-arretrati dovuti lill-iskejjel tal-Knisja kien ilaħħaq Ewro 914,557.
L-ammont totali ta’ arretrati dovuti sal-lum ilaħħaq Ewro 4,909,650.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet sa issa l-miżura l-ġdida taċ-Child Care Centre? Jista' jgħid minn meta bdiet din il-miżura u kemm huwa kkalkulat li se jintefqu sa l-aħħar tas-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-miżura taċ-Child Care b’xejn bdiet fl-1 ta’April 2014 u sa issa swiet €4,591,056.29. Huwa kkalkulat li sa l-aħħar tas-sena 2014, jintefqu madwar €500,000 oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li fl-iskola sekondarja taż-Żokkrija it-toilets huma normalment miżmumin magħluqin ħlief wieħed?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mhuwiex minnu li t-toilets huma normalment miżmumin magħluqin.
B’mod regolari jkun hemm ħames
toilets
f’ħames blokki differenti b’erba’ kabini (
cubicles
) kull wieħed li jkunu miftuħin għall-istudenti. B’hekk għad-dispożizzjoni tal-istudenti jkun hemm 20
unit
.
F’każ eċċezzjonali ta’ darba matul din is-sena skolastika kellhom jingħalqu t-
toilets
minbarra wieħed għal xi sigħat minħabba ħsara fil-pompi li jissupplixxu l-ilma. Naturalment sa kemm il-ħsara issewwiet ma kienx ġej ilma fil-
flushings
u l-
wash hand basins
u għalhekk ingħalqu t-
toilets
.
Privates għat-Tfal tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex filgħodu it-tfal tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar jiġu b'żewġ privatesseparati, wara nofs in-nhar it-tfal iridu jmorru bi private waħda bil-konsegwenza li xi tfal ikollhom jibqgħu bil-wieqfa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qiegħed nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-iskola Sekondarja tal-Mosta Żokrija fil-Kulleġġ Maria Reġina. Ingħatajt konferma illi l-istess vetturi jservu b’mod identiku r-rotot ta’ filgħodu kif ukoll dawk ta’ filgħaxija. Infurmat ukoll li l-ebda rapport ta’ studenti bil-wieqfa fuq dawn il-vetturi ma wasal fi ħdan l-uffiċċju tat-trasport għall-iskejjel.
Kien hemm okkażjonijiet fejn biex it-tfal jaslu aktar kmieni lura d-dar, l-iskola għabbiet lil xi tfal ġo vettura differenti minn dik ta’ filgħodu. Meta sar hekk, l-iskola assigurat li t-tfal kollha għandhom post adekwat fuq il-vettura.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-iskola primarja fi Triq Brared, Birkirkara, ġew ingaġġati cleaners li jaħdmu ma’ kuntrattur privat? Jekk iva, hemm skejjel oħra fejn ġara dan? Jista’ jaċċerta lill-ħaddiema cleaners li jaħdmu mal-Gvern fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li xogħolhom huwa garantit fl-iskola fejn qegħdin jaħdmu issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nikkonferma li fl-iskola Primarja ta’ B’Kara hemm kuntrattur tat-tindif li qiegħed jagħti s-servizzi tiegħu fl-Iskola. Bħalissa hemm 13-il skola li għandhom is-servizz ta’ tindif provdut minn kuntrattur privat.
L-impjieg tal-ħaddiema cleaners huwa mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u għalhekk dawn il-ħaddiema jistgħu jiġu mitluba jagħtu s-servizzi tagħhom skont l-esiġenzi partikolari tal-istess Kulleġġ u anke ta’ skejjel oħra f’Kulleġġi differenti.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-Learning Support Centres li kienu joperaw qabel Marzu 2013 u liema huma l-Learning Support Centres li qed joperaw illum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-2010 infetħu l-ewwel żewġ Learning Support Centres, wieħed għal-livell primarju ġewwa l-Marsa u l-ieħor għall-bniet fil-livell sekondarju ġewwa n-Naxxar. Dawn għadhom joperaw.
F’Ottubru tas-sena 2012 l-iskola fil-Kulleġġ San Gorg Preca, magħrufa bħala l-Ospizio, bdiet tiffunzjona bħala Learning Support Centre għas-subien f’livell sekondarju. Dan iċ-Ċentru bħalissa qed jopera mill-kumpless Umberto Calosso taħt il-Kulleġġ Santa Tereża.
Iċ-Ċentru tal-Fortini fil-Kulleġġ Santa Margerita ukoll jilqa` fih studenti subien f’livell sekondarju li għandhom diffikulta` fl-imġiba soċjali u emozzjonali.
Sas-sena skolastika 2013/2014 l-iskola Mater Dei kienet topera bħala skola speċjali għal numru żgħir ta’ tfal b’imġiba diffiċli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għa;fejn ingħalaq il-Learning Support Centre li kien hemm fl-Imsida?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskola Mater Dei, li kien hemm fl-Imsida, kienet topera bħala skola speċjali għal numru żgħir ta’ studenti subien b’imġiba diffiċli. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li din l-iskola tingħalaq u l-funzjonijiet tagħha jiġu trasferiti għal-Learning Support Centre ġewwa Santa Venera u dak tal-Fortini.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Learning Support Centres li kien hemm fl-Ospizio il-Furjana ġie traferit f'post iżgħar f'Santa Venera? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li l-Kap ta' din l-iskola u l-għalliema kienu kontra din id-deċiżjoni li ttieħdet mid-Direttorat tal-Edukazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Learning Support Centre li kien hemm fl-Ospizio, il-Furjana ġie trasferit fil-Kumpless Umberto Calosso f’Santa Venera fejn sar tisbiħ u rranġar estensiv biex ikun jista’ jakkomoda l-bżonnijiet ta’ dan iċ-Ċentru. L-għalliema flimkien mal-Kap tal-iskola ħadmu bi sħiħ biex dan it-trasferiment iseħħ bl-inqas diffikultà possibbli.
skejjel primarji u sekondarji — social workers jaħdmu fuq l-assentejiżmu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workersli qed jaħdmu fuq l-assentejiżmu fl-iskejjel primarji u sekondarji? Jista' jgħid jekk in-numru ta' social workersżdiedux jew naqsux minn Marzu 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm ħdax-il Ħaddiem Soċjali (social workers) u wieħed Senior Social Worker li qed jaħdmu fuq l-assentejiżmu fl-iskejjel primarji u sekondarji. Hemm ukoll Principal Social Worker li tikkordina s-servizzi li jiġu mogħtija.
Infurmat ukoll li hemm
social worker
li qiegħda b’
career break
, oħra bil-
parental leave
u
social worker
oħra li ġiet
seconded
ma’ Ministeru ieħor.
Minn Marzu 2013 ġew ingaġġati tlett
social workers.
Minn Marzu 2013 tat ir-riżenja tagħha
social worker
waħda, f’Ottubru 2014.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm youth workersli qed jaħdmu fl-iskejjel statali? Jista jgħid jekk in-numru ta' youth workersżdiedux jew naqsux minn Marzu 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm sitt youth workers li qegħdin jaħdmu fl-iskejjel statali.
Ma kien hemm l-ebda ingaġġ jew riżenji ta’
youth workers
minn Marzu 2013.