Qafas għall-Istrateġija dwar l-Edukazzjoni għall-Malta 2014-2024
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u/jew rapporti preliminari li saru biex imbagħad tfassal il-Qafas għall-Istrateġija dwar l-edukazzjoni għall-Malta 2014-2024?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Qafas għall-Istrateġija għall-Edukazzjoni f’Malta 2014-2024 inkiteb wara li saret konsultazzjoni interna, u wara li kienu kkonsultati numru ta’ rapporti internazzjonali, rapporti lokali, studji ewropej, pjanijiet strateġiċi internazzjonali u ewropej, dokumenti lokali, u pubblikazzjonijiet. Il-Qafas għall-Istrateġija għall-Edukazzjoni f’Malta 2014-2024 inkluda diskussjoni interna li ġġenerat sensiela ta’ abbozzi li wasslu għal dokument finalizzat. Lista tax-xogħlijiet ewlenin li kienu kkonsultati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Direttorat tal-Edukazzjoni – żjarat/viżti minn tobba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ viżti/żjarat li saru minn tobba mqabbda mid-Direttorat tal-Edukazzjoni lill-għalliema, LSAs, KGAs (inkluż dawk fuq bażi supply) li jaħdmu fl-iskejjel tal-istat waqt li kienu morda jew fuq sick leave matul il-perjodu ta’ Settembru 2013 sa Lulju 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta’ viżti/żjarat li saru minn tobba mqabbda mid-Direttorat tal-Edukazzjoni lill-Għalliema, LSAs, KGAs (inkluż dawk fuq bażi supply) li jaħdmu fl-iskejjel tal-istat waqt li kienu morda jew fuq sick leave matul il-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien ta' 691 .
Direttorat tal-Edukazzjoni – żjarat/viżti minn tobba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ viżti/żjarat li saru minn tobba mqabbda mid-Direttorat tal-Edukazzjoni lill-ħaddiema waqt li kienu morda jew fuq sick leave u li m’għandhomx grad ta’ għalliem, LSAs u KGAs matul il-perjodu ta’ Settembru 2013 u Lulju 2014? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma impjegati fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi u kemm f’dak għall-Kwalità u l-Istandard fl-Edukazzjoni? Jista’ jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra b’statistika maqsuma skont il-gradi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ viżti/żjarat li saru minn tobba mqabbda mid-Direttorat tal-Edukazzjoni lill-ħaddiema waqt li kienu morda jew fuq sick leave u li m’għandhomx grad ta’ għalliem, LSA u KGA fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien ta’ 150.
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bi statistika maqsuma skont il-gradi tal-impjegati li ntbagħtilhom tabib id-dar.
Jista’ l-Minsitru jgħid kemm hu n-numru ta’ għalliema u edukaturi li ġew impjegati fl-aħħar ġimgħat biex jagħtu servizz fl-Alternative Learning Programme? Jista’ jgħid x’kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom dawn l-għalliema u ma’ liema entità huma impjegati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li disa’ trainers ġew imqabbda permezz ta’ contract for service biex jagħtu servizz fl-ALP ta’ Raħal Ġdid. Dawn ġew imqabbda permezz ta’ contract for service li jibda mir-raba’ ġimgħa ta’ Settembru 2014 u jibqa’ sejjer sat-tieni ġimgħa ta’ Ġunju 2015. Il-kuntratt inħareġ mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Dawn it-trainers qegħdin jikkumplimentaw ix-xogħol li qed jagħmlu 20 ghalliema oħrajn mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li qed jagħtu sehemhom f’dan il-programm u li jinkludu għalliema u LSAs. Huma qed jirċievu ħlas bis-siegħa bl-istess rata li jitħallsu l-Adult Educators ingaġġati mad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u Dawk li Jħallu l-Iskola Kmieni.
Alternative Learning Programme – sejħa pubblika għal għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sejħa pubblika ħarġet biex ġew impjegati l-għalliema u l-edukatturi li qed jaħdmu fi ħdan l-Alternative Learning Programme?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:
· 8 għalliema qed jaħdmu fl-ALP Paola wara li wieġbu b’mod volontarju għal sejħa għal espressjoni ta’ interess minn fost l-għalliema li jaħdmu fl-iskejjel tal-gvern.
· 2 għalliema huma
shared
mal-iskola sekondarja tas-subien li hija ospitata fl-istess bini. Dawn ukoll talbu huma sabiex jagħtu sehemhom f’dan il-programm.
· 3 għalliema huma
shared
mal-iskola sekondarja tas-subien li hija ospitata fl-istess bini. Dawn ġew mitluba jagħtu dan is-servizz minħabba l-esiġenzi tal-programm.
· 4 għalliema ġew minn skejjel oħra biex jagħtu servizz fl-ALP Paola minħabba li kienu ġew
redundant
fl-iskola fejn kienu qed jagħtu servizz sas-sena skolastika li għaddiet.
· 3 Supply Teachers ġew ingaġġati apposta biex jagħtu servizz fl-ALP Paola.
· 9 trainers ingħataw
contract for service
biex jagħtu taħriġ lill-istudenti fl-ALP f’diversi oqsma vokazzjonali u li għalihom ma nstabux għalliema. Dawn intalbu jagħtu s-servizz tagħhom fl-ALP jew għax kienu diġa’ involuti fl-ALP li sar is-sena l-oħra fl-ETC, jew għax kienu applikaw biex jgħallmu korsijiet tal-Lifelong Learning jew inkella intalbu jagħmlu dan fuq bażi ta’ fiduċja.
Alternative Learning Programme – kwalifiki ta’ għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandhom l-għalliema fi ħdan l-Alternative Learning Programme u kemm minnhom attwalment għandhom warrant temporanju jew permanenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma saret l-ebda manutenzjoni fuq bus shelter imkisser fuq is-Saqqajja Rabat Malta li ilu mkisser għal żmien twil u qed joħloq periklu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li wara li Transport Malta irciviet rapport fuq l-bus shelter li hemm is-Saqqajja ir-Rabat, saret spezzjoni fuq il-post u rriżulta li kellu bżonn ssirlu manutenzjoni. Dan sar sabiex jiġi stabbilit x’tip ta’ manutenzjoni kien hemm bzonn.
Infurmat ukoll illi wara li ntalbet stima għax-xogħlijiet neċessarji, inħarġu struzzjonijiet mill-istess Awtorita’ lill-kuntrattur sabiex dan iwettaq ix-xogħlijiet meħtieġa fl-iqsar żmien possibli.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11957, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li kien hemm żmien fejn fis-Simblija mhux biss kappella kien hemm, imma diversi binjiet oħra li huma medjevali u li kien hemm żmien meta dan il-kumpless kien miftuħ għall- pubbliku u anke għat-turisti tant li kien jiġi riklamat? Peress li s-sinjali li kienu jwasslu għal dan il-post inqalgħu kollha, u dan wara li ntefqu flus il-poplu u flus l-Ewropa għar-restawr ta’ dan il-post, x'passi se jittieħdu biex jekk għallinqas ma tintemmx il-kirja, ikun hemm passaġġ li jiġi servitur fl-art imqabbla biex dan is-sit jiġi gawdut mill-poplu Malti kollu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar l-ewwel parti tad-Domanda, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern mhuwiex l-awtorità kompetenti li jista’ jagħti informazzjoni fuq fdalijiet arkeoloġiċi li jista’ jkun hemm fiż-żona tas-Simblija. L-istess Dipartiment jikkonferma li fl-2002 kien ingħata permess lid-Dipartiment tal-Bini u Enġinerija fi ħdan id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet biex jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fuq bini f’dawn l-inħawi. Għalkemm jidher illi kien hemm taħdidiet bejn is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Fondazzjoni li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament, biex tal-aħħar tgawdi minn Att ta’ Kurazija, sallum għadu ma ġiex stabbilit id-daqs tal-area li s-Sovrintendenza lesta li tagħti permezz ta’ dan l-Att.
Is-Sanċir (limiti tar-Rabat u Ħad-Dingli) — aċċessibilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12062 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jispjegali x'qed isir biex il-post magħruf bħala s-Sanċir, fil-limiti tar-Rabat u Ħad-Dingli, jibqa’ miżmum u aċċessibbli, wara li fil-passat kien sar investiment minn fondi pubbliċi u Ewropej biex dan jitranġa u jiġi aċċessibbli?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat mis-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali li l-Kappella medjevali ta’ San Ċir tinsab f’żona rurali tar-Rabat, u hija aċċessibbli permezz ta’ mgħodija pubblika li tgħaddi minn qalb l-għelieqi.
Fil-passat din il-binja storika kienet ġiet restawrata permezz ta’ varji għaqdiet volontarji. Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma ntu¿aw fondi Ewropej biex dan is-sit jitranġa jew biex isir iktar aċċessibbli.
F’dawn l-aħħar snin il-Kunsill Lokali tar-Rabat, flimkien mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u mad-Direttorat tar-Restawr, wera nteress biex dan is-sit jibqa’ aċċessibbli għall-pubbliku u mantnut fi stat tajjeb ta’ konservazzjoni.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12014 u 12015, jista’ l-Ministru jgħid ġaladarba l-istudenti li bħalissa jattendu l-iskola sekondarja tan-Naxxar (Kulleġġ San Nikola) fis-sena skolastika 2015/2016 se jibqgħu jattendu l-istess skola, x’se jiġri minnhom meta fl-2016/2017 tkun inbniet l-iskola sekondarja l-ġdida tal-kulleġġ fis-Swatar (Ħad-Dingli)? Jista’ jwiegħed li dawn l-istudenti, flimkien mal-għalliema kollha tagħhom preżenti, jiċċaqalqu fl-iskola l-ġdida biex b’hekk jingħaqdu ma’ sħabhom li se jkunu form 3?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-istudenti li bħalissa jattendu l-iskola Sekondarja tan-Naxxar, u li fis-sena skolastika 2016/2017 ser ikunu Form 4 u Form 5 rispettivament, dawn ser jibqgħu jattendu l-istess skola. S’issa mxejna bil-linja li studenti li bdew l-edukazzjoni tagħhom fi skola jtemmuha hemmhekk biex nevitaw tħarbit tal-edukazzjoni tagħhom.
Fil-bini ġdid se jkunu qed jattendu Form III bniet u subien.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – spezzjonijiet fit-tuck shops tal-iskejjel
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12011 u 12012, jista’ l-Ministru jispjega kif qed jiġi osservat li ma jkunx hemm ksur fil-kuntratt tat-tuck shops f’dak li għandu x’jaqsam bejgħ ta’ prodotti tal-ikel stanti li skont it-tweġieba tal-mistoqisja parlamentari 12012 uffiċjal mid-Direttorat għall-Edukazzjoni mhumiex jagħmlu spezzjonijiet u min-naħa l-oħra sa fejn naf jien mhuwiex ix-xogħol ta’ spettur sanitarju li jiċċekkja jekk hux qed jinkiser il-kuntratt jew le?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tuck shop tender toħroġ mingħand il-Prinċipal tal-Kulleġġ flimkien mal-Kap tal-Iskola. Minn żmien għal ieħor il-Kap tal-Iskola jew l-Assistent Kap jagħmlu spezzjonijiet għal għarrieda fit-tuck shop sabiex jassiguraw li min ħa l-kuntratt tat-tuck shop ikun qed iżomm mal-obbligi stipulati tal-kuntratt. Sabiex jiġi assigurat aktar li l-ikel u x-xorb li hemm fit-tuck shop ikunu skont ir-regolamenti, l-Ispetturi tas-Saħħa, waqt li jispezzjonaw it-tuck shop fuq aspetti ta’ saħħa meta jkunu fuq il-qadi ta’ dmirijiethom, qegħdin ukoll jieħdu nota ta’ x’qed jinbiegħ.
Ir-Rabat (Malta) – Vjal il-Ħaddiem – proċess tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta fiex wasal il-proċess biex jitkompla x-xogħol fuq Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt għal bdil ta’ xi servizzi u kostruzzjoni ta’ parti minn Vjal il-Ħaddiem Rabat ġie ffirmat bejn il-Water Services Corporation (permezz tad-dipartiment tal-kuntratti) u l-kuntrattur (Bonnici Bros Ltd). Transport Malta ser tkun qiegħda ukoll tagħmel parti minn dan il-kuntratt fir-rigward tal-kostruzzjoni tat-triq. Nikkonferma li diġa’ saru laqgħat bejn il-partijiet konċernati u li x-xogħol għandu jibda fil-futur qrib, pero’ jekk irid aktar informazzjoni fid-dettal, din tista’ tinkiseb mill- Water Service Corporation.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda full-time u part-time separatament mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi għal kull sena mill-2008 sal-2013 u fl-2014 sal-aħħar ta’ Ottubru? Jista’ jipprovdi informazzjoni dwar kemm kien hemm impjegati b’kollox full-time u part-time separatament, mad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi għal kull sena mill-2008 sal-2013 u fl-2014 sal-aħħar ta’ Ottubru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella dwar kemm ġew impjegati ħaddiema fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Ottubru 2014.
It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor. Interpellant fit-tieni parti tal-mistoqsija ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
Direttorat għas-Servizzi Edukattivi – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda full-time u part-time separatament skont il-kategoriji differenti (għalliema, LSAs, EOs eċċ.) mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi għall-2013 u fl-2014 sal-aħħar ta’ Ottubru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fis-sena 2013 ġew impjegati fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ħames mija u sitt (506) impjeġat ġdid full-time u erbgħa u tletin (34) impjegat part-time, waqt li fl-2014 (sal-aħħar ta’ Ottubru) ġew impjegati fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi erba’ mija u tlieta u erbgħin (443) impjegat ġdid full-time u tletin (30) impjegat part-time.Minn dawn il-figuri, 414 kienu impjegati fil-kategorija ta' Supply Learning Support Assistant.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella dwar il-kategoriji differenti ta’ impjegati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw kandidati biex jagħmlu l-eżamijiet tal-MATSEC u kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull suġġett fit-tliet livelli, jiġifieri dak ordinarju, intermedju u avvanzat? Peress li għolew kemm ir-reġistrazzjoni kif ukoll it-tariffi għal kull eżami, il-ġenituri kemm kellhom iħallsu aktar flus minħabba dan l-għoli fil-prezzijiet għal kull livell?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d- Dipartiment tal-Eżamijiet għadu jaċċetta applikazzjonijiet u mit-Tnejn 17 ta’ Novembru, jibda jirċievi applikazzjonijiet ta’ dawk li japplikaw tard. Għalhekk għadu kmieni biex wieħed jindika kemm daħlu applikazzjonijiet.
L-informazzjoni dwar in-numru ta’ applikazzjoniijiet għal kull suġġett tkun lesta f’Jannar 2015 wara li l-applikanti jingħataw il-Candidate Numbers.
L-ammont ta’ flus addizzjonali kienu dawn:
Ħlas ta’ reġistrazzjoni: żieda ta’ €3.35 – minn €11.65 għal €15.
Is-suġġetti tas-SECE għolew b’€7.02 minn €13.98 għal €21.
Tal-Intermediate għolew b’€6.37 minn €18.63 għal €25.
Tal-Matsec (livell avvanzat) b’€7.04 minn €20.96 għal €28.
Ġie introdott ħlas għall-prattiku tas-SECE ta' €10.
Il-prattiku tal-Intermediate u tal- MATSEC (Livell Avvanzat) minn €6.99 sar jiswa €20.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – pagi ta’ LSAs — Arretrati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu jagħti d-Dipartiment tal-Edukazzjoni bħala arretrati f'pagi għal-LSAs għal kull skola indipendenti (waħda waħda) minn Jannar 2013 sa Ottubru 2014 xahar b'xahar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti dovuti lill-iskejjel indipendenti bħala ħlasijiet ta’ pagi tal-LSAs għas-sena 2013 ġew imħallsa fl-ewwel quarter tal-2014. Il-pagamenti jiġu proċessati wara li dan il-Ministeru jircievi l-invoices rispettivi u jsiru l-verifiki interni neċessarji.
Xi pagamenti li saru tard kien riżultat ta’ dewmien fis-sottomissjoni tal-invoices u f’każijiet oħrajn għax kellhom għadd ta’ żbalji u inkorrettezzi fil-formoli rispettivi mibgħuta.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti qed isiru b’mod regolari u m’għandux ikun hemm dewmien fil-ħlas dovut.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli. Tabella A tindika l-arretrati dovuti fl-aħħar tal-2013 u li ġew imħallsa fl-ewwel quarter tal-2014, filwaqt li Tabella B tindika l-invoices akkumulati matul l-2014 u li qed jiġu proċessati għall-ħlas kif spjegat hawn fuq.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex tfal li jbatu mid-dijabete ma jiġux esposti għal ħelu, pasti eċċ. fit-tuck shops tal-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fit-tuck shops tal-skejjel statali ma jinbigħux prodotti bħal ħelu, pasti eċċ. kif hemm fit-termini tat-Tender. Għalhekk tfal li jbatu mid-dijabete kif ukoll tfal oħrajn ma jkunux esposti għad dan it-tip ta' ikel.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – spezzjonijiet fit-tuck shops tal-iskejjel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet u fejn, minn uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni fit-tuck shops matul l-2013 u l-2014 u x’kien ir-riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ispezzjonijiet fit-tuck shops ma jsirux minn uffiċjali fi ħdan id-Direttorati għall-Edukazzjoni iżda jsiru mill-Ispetturi tas-Sanita`.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li t-tuck shops kollha tal-iskejjel qed ibiegħu ikel skont il-kuntratt li ġie ffirmat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għad m'għandux l-informazzjoni li qed tinġabar mill-Ispetturi tas-Saħħa. Stampa ċara tkun tista' tingħata wara li jidħol dan it-tagħrif.