Legislature:
Category:
Reset
Active:

FTS — lista ta' direct orders

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12916, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kuntratti (fl-istess perjodu) li ma ngħatawx b’direct order u f’kull każ jgħid il-proċedura użata (bħal quotation, tender eċċ.)

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Lista 'A' hija dwar it-tenders filwaqt li lista 'B' tikkonċerna dik fejn intużat il-proċedura ta' quotations.

FTS — lista ta' direct orders

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-direct orders kollha li saru mill-FTS minn Marzu 2013 sa Novembru 2014, xahar b'xahar u kumpanija b'kumpanija? Jista' jelenka għal liema xogħol u fejn sar ix-xogħol jew fejn għandu jsir ix-xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat li fl-akkwist ta' dawn is-servizzi u prodotti ġew segwiti l-proċeduri normali tal-procurement.

Alternative Learning Programme – kwalifiki ta’ għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandhom l-għalliema fi ħdan l-Alternative Learning Programme u kemm minnhom attwalment għandhom warrant temporanju jew permanenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

LSAs – transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm LSAs ġew trasferiti matul is-sena skolastika li għaddiet 2013-2014 u matul is-sena kurrenti 2014-2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta’ LSAs li ġew trasferiti matul is-sena skolastika 2013-2014 kien ta’ 175. Matul is-sena skolastika kurrenti, l-għadd ta’ LSAs li ġew trasferiti hu ta’ 305.

Studenti rrappurtati li aggredew għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jispjega xi prekawzjonijiet u x’passi ttieħdu fil-konfront tal-istudenti li ġew rrappurtati li wettqu aggressjonijiet jew attentati fuq il-pudur ta’ għalliema, LSAs jew kindergarten assistants?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li meta jinqalgħu każijiet bħal dawn id-Dipartiment u l-iskejjel ikkonċernati fi ħdan id-Direttorati tal-Edukazzjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont in-natura tal-każ jew allegazzjoni. Fost dawn ta’ min isemmi sessjonijiet ta’ counselling u guidance mal-vittma u mal-aggressur, sessjonijiet mal-psikoloġi, is-social workers u mal-ispeċjalisti tal-SEBD, fejn ukoll il-vittma jingħata l-possibiltà ta’ counselling service. Barra minn hekk, il-Guidance Teachers tal-Anti-Bullying Team iżuru l-iskejjel u kulfejn ikunu rappurtati tali każijiet, dawn isegwu proċeduri u miżuri stabbiliti biex jagħtu l-għajnuna professjonali tagħhom. Permezz tar-restorative justice, l-istudenti kkonċernati, waqt interventi individwali, jiġu wkoll mgħejjuna biex jifhmu li għal kull aġir hemm konsegwenza. Għalhekk jittieħdu wkoll azzjonijiet differenti fejn l-istudenti jistgħu juru b’mod konkret id-dispjaċir tal-azzjoni li jkunu wettqu.

Għalliema – post ieħor assenjat

Question

Jista’ l-Ministru jindika mil-lista mitluba f'mistoqsija parlamentari 12809, liema għalliema ma ġewx redundant mill-iskola rispettiva tagħhom billi ġew assenjati l-post ta’ CCP Mentor jew xi acting post ieħor bħala guidance teacher, librarian jew health and safety teacher u jagħti l-lista tagħhom bl-ammont ta’ lezzjonijiet li għandom fis-suġġett li jgħallmu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li hemm għalliem wieħed li kien se jkun redundant u ġie assenjat bħala acting Health & Safety Teacher fl-istess skola fejn jgħallem u fejn kien hemm nuqqas ta’ Health & Safety Teachers. L-ammont ta’ lezzjonijiet li għandu fis-suġġett li jgħallem hu ta’ tmienja.

Direttorat tal-Edukazzjoni – taħriġ tal-edukaturi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11355 dwar twaqqif ta’ istitut fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għat-taħriġ tal-edukaturi, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol preparatorju għat-twaqqif ta' tali istitut ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twaqqif ta’ istitut fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għat-taħriġ tal-edukaturi qiegħed fil-proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati.

Direttorat tal-Edukazzjoni – sejħa għal post ta’ prinċipal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xahrejn is-sejħa għal post ta' Prinċipal tal-Kulleġġi fi ħdan id-Direttorati tal-Edukazzjoni ħarġitx aktar minn darba? Jekk iva, kemm-il darba ħarġet din is-sejħa u jista’ jgħid għaliex tali applikazzjoni ħarġet aktar minn darba?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li s-sejħa għall-pożizzjoni ta’ Prinċipal tal-Kulleġġ ħarġet darbtejn. Ir-raġuni li għaliha reġgħet inħarġet kienet li nħass il-bżonn li jkun speċifikat li permezz ta’ din is-sejħa ser jimtlew biss vakanzi li jirriżultaw sa tmiem l-2015. Dan evita li tinħoloq sitwazzjoni li persuni li bħalissa huma Prinċipali ta’ Kulleġġ u li għadhom f’nofs it-terminu tagħhom ikollhom japplikaw minn issa.

Għalliema assenjati f’posts differenti

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li għas-sena skolastika 2014-2015 xi għalliema ġew assenjati l-post ta’ guidance teacher, librarian jew health and safety teacher on an acting basis u jagħti l-lista relattiva tal-għalliema li huma acting guidance teachers, acting librarians, acting health and safety teachers jew xi acting post ieħor u jagħti ukoll l-ammont ta’ lezzjonijiet li għandhom tas-suġġett proprju tagħhom fl-iskola li qed iservu fiha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ għalliema li ġew assenjati post bħala acting hi kif ġej: Servizz Total ta’ għalliema assenjati Teaching Load fis-suġġett proprju Acting Guidance 3 4 4 2 Acting Health & Safety 4 12 8 Għalliem mingħajr load 16 Acting Learning Support Zone 4 ** (** Għalliema minn dawh l-4 hi fuq kuntratt reduced hours ) 6 11 6 12 Infurmat ukoll li dan sar wara li ġew assenjati l-għalliema kollha li kien hemm fil-listi tal-interviews rispettivi.

Kulleġġ Santa Margerita – guidance teachers

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-għalliema li kienu qed iservu bħala guidance teachers fl-iskola sekondarja subien tal-Kulleġġ Santa Margerita (ex Verdala) għas-sena skolastika 2013-2014 u jispjega jekk kienx hemm għalliema tal-guidance minnhom li kienu qed iservu fuq acting basis?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-għadd ta’ għalliema li fis-sena skolastika li għaddiet kienu qed iservu bħala guidance teachers fl-iskola indikata mill-Onor. Interpellant, kien ta’ sitta. Filwaqt li ħadd minn dawn l-għalliema ma kien qed iservi fuq acting basis , waħda minnhom, għal perjodu mis-sena skolastika, kienet fuq maternity leave .

Kulleġġ Santa Margerita – guidance teachers

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm għalliema tal-guidance fuq maternity leave jew parental leave jew leave ieħor u ma ntgħażilx replacement tagħha meta fl-iskola sekondarja tas-subien tal-Kulleġġ Santa Margerita kien hemm għalliema li kellhom interview validu bħala guidance teacher?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika 2013/14, għalliema li qed isservi bħala Guidance Teacher ħarġet bil-maternity leave bejn it-3 ta' Jannar 2014 u t-8 ta' Mejju 2014. Ingħatajt konferma li ma ntgħażilx replacement tagħha meta fl-iskola kien hemm għalliema li kellhom interview validu bħala guidance teacher. Ir-raġuni għalfejn ma ntgħażilx replacement qiegħda tingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12813. Matul din is-sena skolastika hemm Guidance Teacher waħda li qiegħda fuq parental leave . Din is-sena skolastika ma kienx hemm aktar Guidance Teachers , wara sejħa interna, fuq il-lista ta’ mertu.

Rapporti ta’ aggressjoni minn studenti fuq għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li matul is-sena skolastika 2013-2014 kien hemm numru ta’ aggressjonijiet rappurtati minn studenti fuq għalliema, LSAs u kindergarten assistants, inkluż każijiet ta’ aggressjoni sesswali fuq għalliema, kulleġġ b’kulleġġ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat li kien hemm rappurtati tali każijiet f'dawn is-seba' kulleġġi: Kulleġġ Sta. Margerita, Kulleġġ San Benedittu, Kulleġġ San Ġorg Preca, Kulleġġ Santa Klara, Kulleġġ Maria Regina, Kulleġġ Santa Tereża u Kulleġġ San Tumas More. Fit-tliet kulleġġi l-oħra, jiġifieri Kulleġġ Sant'Injazju, Kulleġġ San Nikola u l-Kulleġġ ta' Għawdex, ma ġewx rappurtati każijiet.

Kulleġġ Santa Margerita – guidance teachers

Question

Jista’ l-Ministru jispjega, fl-eventwalità li ma ġietx replaced l-għalliema tal-guidance tal-Kulleġġ Santa Margerita, li ħarġet fuq il-maternity leave jew parental leave jew leave ieħor, għal liema raġuni ma ġietx replaced meta kien hemm għalliema fl-istess skola li kellhom interview validu għal post ta’ guidance teacher?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li ma ntalabx replacement fis-sena skolastika 2013/14 minħabba li l-vacancy kienet għal perjodu temporanju matul l-istess sena skolastika. Kieku l-għalliema ġiet replaced kien ifisser li ħafna mil-lezzjonijiet tal-għalliema li tkun qed teħdilha postha riedu jingħataw lil għalliem ieħor (probabilment supply) għal dan il-perjodu, għad-detriment tal-istudenti. Barra minn hekk, matul l-istess perjodu kienu se jibdew jonqsu l-istudenti tal-Form 5. Fil-fatt f’dak il-perjodu kien beda l-Alternative Programme għall-istudenti li ma kinux se jagħmlu ezamijiet taċ-ĊES. Dawn l-istudenti kienu jammontaw għal 32. Sadanittant, il-bqija tal-Form 5, spiċċaw ukoll sal-Għid. F’dik is-sena skolastika l-Form 5 kienu jammontaw għal 171 student u b’hekk il-popolazzjoni tal-iskola niżlet minn 663 għal 492 student.

Aggressjoni ta’ natura sesswali fuq għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jindika l-ammont ta’ aggressjonijiet ta’ natura sesswali, inkluż allegatii attentati vjolenti fuq il-pudur ta’ għalliema, LSAs u kindergarten assistants?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat li b'kollox l-ammont ta' tali każijiet kien 19.

Għalliema – transfers u shared deployment

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-figuri rispettivi ta’ kemm għalliema ġew trasferiti jew imqiegħda fuq shared deployment fil-bidu ta’ din is-sena skolastika (2014-2015)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li saru 635-il trasferiment ta’ għalliema li minnhom 66 kienu fuq bażi shared.

Għalliema – transfers u shared deployment

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-figuri tat-transfers u shared deployment ta’ għalliema li seħħew fil-bidu tas-sena skolastika li għaddiet (2013-2014)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li saru 501 trasferimenti ta’ għalliema, 69 minnhom kienu fuq bażi shared.
Leg 12 PQ #12805 Sitting 215 2014-12-02 Oral · Interim From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

LSAs – transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm LSAs ġew trasferiti matul is-sena skolastika li għaddiet 2013-2014 u matul is-sena kurrenti 2014-2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Żieda fi transfers u shared deployment

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li din is-sena skolastika kien hemm żieda sostanzjali f’trasferimenti u shared deployment ta’ għalliema u jagħti r-raġuni għaliex sar dan, u jekk sarx xi ppjanar biex jiġi mmitigat it-trasferiment jew shared deployment ta’ għalliema u fl-eventwalità li sar dan l-ippjanar, jispjega fiex kien jikkonsisti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’din is-sena skolastika kien hemm żieda fit-trasferimenti u shared minħabba l-fatt li nfetħet skola ġdida u li kien hemm tmien skejjel oħra (minbarra l-ħames skejjel li huma phasing out) li fihom ċkienet il-popolazzjoni minħabba l-introduzzjoni tal-co-ed. 2013/14: 86 għalliema shared 2014/15: 124 għalliema shared Ir-raġuni prinċipali għaż-żieda fl-għalliema shared hija minħabba l-fatt li għad fadal ħames skejjel phasing out li baqalhom il-Form 5 biss b’popolazzjonijiet żgħar ħafna. Dan wassal biex f’dawn l-iskejjel hemm loads żgħar ħafna f’numru ta’ suġġetti bħar-Reliġjon, Studji Soċjali, Storja, PE, ICT u oħrajn. Waqt l-eżerċizzju tad-deployment saru l-isforzi kollha biex fejn kien possibli għalliema shared: - Ma jkollhomx għalfejn imorru minn skola għall-oħra matul l-istess ġurnata; - L-iskejjel li fihom ikunu shared ma jkunux bogħod minn xulxin u ’l bogħod minn fejn joqgħod l-għalliem; - Waħda mill-iskejjel tkun skola li ma tkunx phasing out biex la darba l-istudenti tal-Form 5 jispiċċaw fil-perjodu tal-Għid, l-għalliem ikun jista’ jmur ‘full’ fl-iskola li ma tkunx phasing out . Sar ukoll sforz biex, kemm jista’ jkun, skola li jkollha numru ta’ għalliema shared, ikunu mal-istess skola/skejjel. Dan inaqqas problemi li jinħolqu waqt time-tabling minħabba għalliema shared.

CCP Mentor — posts

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif inħoloq il-post ta’ Core Curriculum Programme (CCP) Mentor fl-iskejjel sekondarji u jikkonferma li ma kienx hemm sejħa għall-applikazzjonijiet għal dawn il-posts fl-iskejjel u minn min ġew magħżula?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-post ta’ Core Curriculum Programme (CCP) Mentor inħoloq skont iċ-ċirkulari CMeLD 209/2013 li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Sa din is-sena, is-CCP Mentor kien jintgħażel mill-Kap ta’ l-Iskola. Huwa maħsub illi mis-sena skolastika li ġejja, dan il-post jibda jintgħażel wara sejħa għall-applikazzjoni minn fost l-għalliema.

CCP Mentors – teaching load

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-għalliema li ġew magħżula bħala CCP Mentors flimkien mat-teaching load fis-suġġett proprja tagħhom f’kull skola sekondarja statali, u jispjega abbażi ta’ liema kriterji ġew magħżula dawn l-għalliema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni dwar in-numru ta' għalliema magħżula bħala CCP Mentors flimkien mat-teaching load fis-suġġett proprja tagħhom f'kull skola sekondarja statali. Dawn l-għalliema ġew magħżula mill-Kapijiet tal-Iskejjel, li għażlu għalliema li huma adatti għal dan ix-xogħol ma' tfal li akkademikament huma kemxejn batuti.