B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11841, jista’ l-Ministru jgħid kemm min dawn l-individwi li għandhom it-transport allowances u għamlu użu mit-trasport tal-Aġenzija, taw rifużjoni pro rata u kemm jammonta t-total ta’ dawn ir-rifużonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li kif inhi l-prassi fis-servizz pubbliku, it-transport allowance hija rata fissa u mhix marbuta mal-frekwenza tal-użu u għalhekk ma jistax ikun hemm refużjonijiet.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13338, jista’ l-Ministru jelabora iktar x’jiftiehem bil-kriterja ta’ Ensure timely progress of ERDF project according to project schedule? Jista’ jgħid x’miżuri ttieħdu minn Marzu 2013 s’issa, biex dan il-kriterju jitwettaq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li Ensure timely progress of ERDF project according to project schedule tfisser li dan il-proġett jimxi skont kif miftiehem mal-Awtorità li tamministra dawn il-fondi li hi l-PPCD. Dan sar għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kollha kkonċernati mhux biss minn Marzu 2013 sa issa iżda sa mill-bidu tal-proġett fl-2008.
Sezzjoni tal-UNESCO Wirt Dinji – sejħa għal kuraturi ġodda
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13599 u fid-dawl tal-proġett tal-Ipoġew, il-proġett fit-Tempji ta’ Tarxien, il-finalizar tal-management plan tal-Ipoġew, l-update tar-rapport relatat mal-management plan tat-tempji, ir-restawr estensiv u l-upgrade fis-servizzi offruti lil viżitaturi fil-Palazz tal-Inkwiżitur, ix-xogħol fuq il-kollezzjoni tal-istess palazz u ħafna iktar xogħlijiet, jista’ l-Ministru jgħid kif l-Aġenzija ħa tinduna meta jkun l-aħjar ħin sabiex għallinqas jiġu mimlija dawn il-postijiet vakanti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li minbarra dawk li semma l-Onorevoli Interpellant, Heritage Malta bħalissa għaddejja b’għadd ta’ proġetti maġġuri li jeħtiegu l-impjieg ta’ numru ta’ nies ġodda, fosthom dawk tal-Forti Sant Iermu u Sant Anġlu. La darba dawk il-progetti jingħalqu u l-impjegati l-ġodda jkunu daħlu f’posthom imbagħad ikun jista’ jsir proċess ta’ reklutaġġ għal dipartimenti oħra, skont il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ir-rapporti annwali ta’ Heritage Malta li jkopru s-snin tal-2012 u tal-2013 mhux qegħdin aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta innutat l-osservazzjoni tal-Onorevoli Interpellant u se tieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex dawn ir-rapporti – li naturalment huma pubbliċi u ilhom pubbliċi ż-żmien - jiġu aċċessibbli wkoll fuq is-sit elettroniku.
Jista’ l-Ministru jikkonferma illi x-xogħol ta’ ħadid li qed isir f’Sant’ Iermu qiegħed jinħadem minn ħaddiema barranin u li dawn qed ikunu mġiegħla jaħdmu mis-7a.m. sa nofsillejl kuljum? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru kkonċernat jiggarantixxi illi l-ħaddiema tal-kuntrattur abbinat max-xogħol tal-ħadid qegħdin jitħaddmu skond il-liġijiet lokali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li m'hemm ebda ħaddiema li qed jaħdmu is-sigħat li semma l-Onor. Interpellant.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – pubblikazzjonijiet — awtur
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13587, jista’ l-Prim Ministru jgħidilna kif ġie magħ¿ul l-awtur ta’ dawn il-pubblikazzjonijiet? Jista’ wkoll jgħidilna jekk l-awtur talabx il-permess u ngħatax il-permess minn Heritage Malta biex jagħmel dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-approvazzjoni bil-miktub mill-istess aġenzija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Minkejja li l-Onor Interpellant għal darb’ohra naqas milli jkunu speċifiku fil-mistoqsija tiegħu, ninformah li l-awtur ta’ pubblikazzjoni waħda li l-Uffiċċju tal-Prim Minstru hejja ghan-Notte Bianca u li huwa impjegat ma’ Heritage Malta, intagħzel fuq il-bazi tal-esperjenza tiegħu fir-riċerka storika. Jien informat li l-persuna in kwistjoni talab l-approvazzjoni ta’ Heritage Malta biex seta jagħti s-sehem tieghu fit-thejjija ta’ din il-pubblikazzjoni, liema approvazzjoni ingħatat bil-fomm.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13589, jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li jiġu stampati 5,000 kopja? Jista’ jgħid kemm-il persentaġġ minn dawn il-€5 marru għall-Community Chest Fund? Xi strateġija ħa taddotta Heritage Malta biex jirnexxilha tbigħ il-kalendarji tas-sena 2015 matul din is-sena stess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li €1.00 minn kull kalendarju mibjugħ mar għall-Community Chest Fund. Id-deċiżjoni li jiġu stampati 5,000 kopja ttieħdet mis-Senior Management Team, sabiex il-prezz finali jkun sostenibbli. Il-kalendarji qed jinbiegħu mill-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta u se jkun hemm offerti varji sabiex jiżdied il-bejgħ tal-kalendarju marbuta mal-attivitajiet li se torganizza Heritage Malta matul din is-sena fl-okkażjoni tal-450 anniversarju mill-Assedju l-Kbir.
Heritage Malta – kontravenzjonijiet tat-traffiku minn vetturi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13591, jista’ l-Ministru jispjega għaliex ċitazzjoni waħda biss ġiet imħallsa mill-Aġenzija u x’kienet il-kontravenzjoni biex l-Aġenzija aċċettat li tħallas tali ċitazzjoni? Jista’ jgħid jekk din il-vettura li tagħha ġiet imħallsa din iċ-ċitazzjoni kenitx karozza tal-Aġenzija jew mikrija lill-Aġenzija jew ta’ xi impjegat billi jispeċifika ta’ min hi jew min jużaha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li hi dehrilha li meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi kollha, tħallas kontravenzjoni waħda ta' Eur 23.
Persważ li l-Interpellant jaqbel miegħi li ċ-ċirkostanzi meta l-Agenzija tħallas hi ċ-ċitazzjonijiet għandhom ikunu l-eċċezzjoni assoluta bħalma kien dan il-każ u mhux ir-regola.
Ninsab infurmat ukoll li l-karozza kienet tal-aġenzija.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13297, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’kienu r-raġunijiet għaliex id-Dipartiment tal-HR baqa’ bla manager għal xhur sħaħ? Jista’ jgħid għaliex ingħata importanza lid-Dipartiment tal-Visitors Services iktar mid-Dipartiment tal-HR u Administration li hu meqjus bħala dipartiment importanti, jew il-pulmun f’kull azjenda? Jista’ jgħid min ta l-ordni biex il-persuna li kienet tokkupa l-kariga ta’ HR manager titneħħilu r-responsabbiltà ta’ HR Manager?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li d-Dipartiment tar-Riżorsi Umani ma baqax bla manager għal xhur sħaħ peress li din il-kariga assumiha s-CEO u għalhekk żgur ingħatat l-importanza kollha meħtieġa. Infurmat ukoll li peress li l-manager ta’ qabel kien qed jieħu hsieb żewġ dipartimenti ġie deċiż b’konsultazzjoni miegħu li jiffoka fuq il-Visitor Services.
Heritage Malta – Kuntratt għal interactive audio visual
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13296, jista’ l-Ministru jispjega li ladarba m’hemmx spejjeż kurrenti jew kapitali, u allura m’hemmx informazzjoni sensittiva ta’ natura kummerċjali, x’inhi r-raġuni li ma jridx jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan id-dokument? Jista’ jassigura li d-dokument jitqiegħed?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 13296.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk uffiċjal tas-sigurtà li sa ftit ġranet ilu kien jaħdem ma kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u jagħti servizz lil Heritage Malta kienx impjegat direttament mingħajr sejħa pubblika? Jekk fl-affermattiv x’kien il-bżonn li ma jibqax jagħti servizz lill-aġenzija permezz tal-kumpanija msemmija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-persuna msemmija ġiet impjegata ma’ Heritage Malta on a position of trust taċ-Chairperson. Dan kien meħtieg sabiex jiggarantixxi iżjed flessibiltà fix-xogħol, kontinwità ta’ preżenza tal-istess persuna fl-uffiċju ċentrali ta’ Heritage Malta, u kunfidenzjalità rigward informazzjoni li tista’ tkun sensittiva.
Heritage Malta – radju fil-kamra tal-uffiċjal tas-sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jieħu passi sabiex fil-kamra tal-uffiċjal tas-sigurtà fil-Head Office ta’ Heritage Malta f’Bighi ir-radju ma jitħalliex intonat fuq l-istazzjon politiku One Radio, peress li bħalissa tmur xħin tmur matul il-ġurnata ħlief programmi fuq One Radio ma tismax?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Heritage Malta innutat il-kumment tal-Onorevoli Interpellant u ħadet l-azzjoni neċessarja.
IL-Ktieb Ġgantija, the oldest free standing building in the world
Question
Peress li wara li f’Diċembru tas-sena 2013, Heritage Malta ppubblikat ktieb bl-isem Ġgantija, The Oldest Free Standing Building in the World, ġejt avviċinat minn numru ta’ studjużi, kemm lokali kif ukoll barranin, u gwidi li ma qablux ma’ dan l-isem, jista’ l-Ministru kkonċernat jispjega r-raġuni għaliex dan il-ktieb ġie msemmi hekk, meta fl-ewwel paġni tal-imsemmi ktieb jingħad li l-Ġgantija huwa wieħed mill-eqdem strutturi imma mhux li hu l-eqdem struttura fid-dinja? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jinbidel it-titlu ta’ dan il-ktieb, biex ikun iktar koerenti mal-kumplament tal-informazzjoni siewja li fih? Jista’ wkoll jgħid kemm ġew stampati kopji minn dan il-ktieb, kemm minnhom ġew imqassma b’xejn, u kemm minnhom inbiegħu? X’kienet l-ispiża kollha involuta beix sar dan il-ktieb?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li t-tempji tal-Ġgantija kienu u għadhom meqjusa bħala l-eqdem bini li wasal għandna mingħajr ma qatt kien mirdum – iġifieri “free standing”. Għaldaqstant ma jirriżultax li hemm xi nuqqas ta’ qbil mid-dinja akkademika mat-titlu magħżul. L-allegata inkonsistenza bejn it-titlu u l-ewwel paġni ma tirriżultax l-anqas. Id-dikjarazzjoni li dawn it-tempji huma uħud mill-eqdem strutturi li ġew skoperti u li għadhom jeżistu fid-dinja ma tikkonfliġġi bl-ebda mod mal-fatt li dawn huma l-eqdem bini “free standing”. Ninsab infurmat li l-print run kienet tikkonsisti fi 3000 kopja u ġiet tiswa €29,600. Sa Diċembru 2014 ġew mibjugħa 359 kopja, filwaqt li ġew mqassma 71 kopja mingħajr ħlas.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ħwienet fil-mużewijiet ta’ Heritage Malta qegħdin joperaw bla permessi meħtieġa (trading licence)? Jekk fl-affermattiv, x’inhi r-raġuni? Għaliex Heritage Malta jew HMSL m’għandhiex din il-liċenzja? Jista’ jispjega kif jiġu magħżula s-suppliers tal-ħwienet ta’ Heritage Malta? Hemm kriterji stabbiliti ta’ kif supplier ikun jista’ jbigħ il-prodotti tiegħu fil-ħwienet ta’ Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-ħwienet fil-mużewijiet ta’ Heritage Malta ilhom joperaw għal dawn l-aħħar ħdax-il sena u huma estenzjoni tar-reception desk li hemm f’kull mużew u qatt ma kien hemm bzonn liċenzja għal hekk. Rigward is-suppliers, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 11470 tal-2014. Ninsab infurmat li l-Expression of Interest ġiet ippubblikata u daħlu ammont sostanzjali ta’ sottomissjonijiet.
Jista’ l-Ministru jelenka l-miżuri li ttieħdu f’dawn l-aħħar 18-il xahar sabiex ikun żgurat illi ebda impjegat ta’ Heritage Malta li jaħdem fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, kif ukoll il-viżitaturi li jżuru l-istess sit, ma jkunux esposti għal xi mikrobi jew partiċelli organiċi li jistgħu jinstabu f’postijiet magħluqa u b’nuqqas ta’ ċirkulazzjoni? Jista’ jgħid kemm-il darba, f’dawn l-aħħar 18-il xahar, saru testijiet tal-kwalità tal-arja fejn iffukaw b’mod partikolari fuq batterji u fungi ta’ ħsara lil bniedem?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li saru għadd ta’ testijiet xjentifiċi sabiex jistabbilixxu xi periklu potenzjali minn mikrobi għal ħaddiema jew viżitaturi. Ġie stabbilit li jeħtieg li ċertu żoni fl-Ipoġew jinħaslu b’kimika partikolari bħala prekawzjoni. Dan isir b’mod regolari. Tul dawn l-aħħar 18-il xahar ma sarux testijiet tal-arja. It-test li jmiss huwa ppjanat għal din is-sena. Tajjeb wieħed jgħid ukoll li l-air handling units tal-Ipoġew se jinbidlu iżjed tard din is-sena bħala parti minn proġett ta’ ristrutturar estensiv ko-finanzjat minn fondi tal-EEA (Norvegizi)
Jista’ l-Ministru jispjega kif isir il-proċess tal-allokazzjoni tar-riżorsi fil-qasam manwali f’Heritage Malta? Jista’ jispjega kif fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu ġew allokati grupp imdaqqas ta’ ħaddiema manwali u speċjalizzati fil-ġebla, filwaqt li għat-Tempji ġiet allokata persuna waħda biss għal ftit sigħat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li t-tqassim ta’ riżorsi umani f’Heritage Malta jsir skont il-prioritajiet u l-ħtigijiet tal-aġenzija u skont pjan strutturat ta’ proġetti.
Fil-Palazz tal-Inkwizitur ilu għaddej xogħol ta’ restawr tul dawn l-aħħar snin, sabiex ġew irrestawrati l-faċċati ta’ barra, tal-btieħi interni, u tat-tieni sular li din is-sena nfetaħ għall-pubbliku għall-ewwel darba. Dan ix-xogħol kollu sar minn żewg mastri impjegati mal-aġenzija, u mgħejuna min-numru ta’ apprentisti tal-MCAST, li jiġu għal xi ġranet matul is-sena akkademika u fil-vaganzi.
Ix-xogħol fuq it-Tempji ma jsirx minn ħaddiema manwali iżda minn konservaturi professjonisti li flimkien mal-kumitat xjentifiku jaraw il-ħtiġijiet tat-tempji u jiddeċiedu skont il-bżonn.
Sezzjoni tal-UNESCO Wirt Dinji – sejħa għal kuraturi ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se toħroġ is-sejħa għal kuraturi ġodda b’mod speċjali fis-sezzjoni tal-UNESCO Wirt dinji kif ukoll fis-sezzjoni tal-etnografija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li dawn is-sejħiet jiġu ppubblikati meta l-Aġenzija tħoss li huwa l-aħjar ħin li jsir dan.
Heritage Malta – Dipartiment tal-Konservazzjoni – strateġija tar-riżorsi umani
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport abbinat mal-istrateġija tar-riżorsi umani vis-à-vis id-Dipartiment tal-Konservazzjoni ta’ Heritage Malta ġewwa Bighi? Jista’ jikkonferma li dan id-dipartiment għandu ammont ta’ xogħol pendenti minħabba nuqqas ta’ nies?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13594 rigward ir-riżorsi umani fid-Dipartiment tal-Konservazzjoni. Ninsab infurmat li ma jirriżultax li hemm xogħol pendenti minħabba nuqqas ta’ nies. Min-naħa l-oħra ix-xogħol fuq il-konservazzjoni tal-kollezzjoni nazzjonali min-natura tiegħu huwa xogħol kontinwu u ma jieqaf qatt.
Heritage Malta – Sezzjoni tal-Konservazzjoni — conservators
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu impjegati conservators mas-sezzoni tal-Konservazzjoni ta’ Heritage Malta? Jekk fl-affermattiv, kemm se jiġu ingaġġati u meta se toħroġ tali sejħa? Jista’ jgħid fiex wasal il-proċess tal-warrant relatata mal-professjoni ta’ conservator?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li bħalissa ma hemmx ħsieb li jiġu ngaġġati iżjed konservaturi. Il-proċess tal-warrant qed jiġi rivedut fil-qafas ta’ reviżjoni tal-Att tal-Wirt Kulturali tal-2002 li għaddej bħalissa mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Jista’ l-Ministru jispjega r-raġunijiet għaliex l-istores ta’ Heritage Malta huma under staffed? Jista’ jelenka r-raġunijiet għaliex dan id-dipartiment m’għandux mezz ta’ trasport esklussiv kif għandhom dipartimenti oħra ta’ Heritage Malta? Jista’ jgħid jekk hemmx ħsieb li jiġu ingaġġati aktar nies f’dan id-dipartiment? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-istores huwa ta’ tlieta, kif kienu għal dawn l-aħħar snin. Huwa ppjanat li dan in-numru jiżdied iżjed tard din is-sena. Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant li dan id-dipartiment għandu l-użu ta’ mezz ta’ transport irriservat għalih darbtejn f’gimgħa u/jew iżjed skont iċ-ċirkostanzi.