Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konferenza saret matul is-sena 2014 fis-sala l-ġdida fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu? Jista’ jgħid kemm ġie ġġenerat qligħ abbinat ma’ tali kirijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li fis-sala msemmija saret konferenza formali waħda, bejn is-17 u l-20 ta’ Settembru 2014. Din ġiet organizzata minn Heritage Malta flimkien mal-Kapitlu Metropolitan tal-Katidral u l-Università ta’ Malta u kienet sponsorjata mill-APS Bank. Madankollu, l-imsemmija sala ġiet użata għal diversi attivitajiet kulturali bħal programmi edukattivi, lectures, eċċ... dawn marbutin mal-operat tal-Mużew, kif ukoll inkriet għal attivitajiet privati.
Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel ma’ dawn it-tip ta’ inizzjattivi li jiġġeneraw dħul għal Heritage Malta, liema dħul imbagħad imur direttament fis-settur tal-patrimonju kulturali.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bqija tal-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm stampat kopji l-Heritage Malta tal-ktieb “L-Ewwel 35,000,000 Sena ta’ Ħajti”? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża abbinata mal-istampar ta’ dan il-ktieb (kemm fi printing kif ukoll f’labour hours)? Kemm inbiegħu minnhom u kemm ġew imqassma b’xejn? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni sabiex jiġu stampati dawn l-ammonti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li ġew stampati ħamest elef kopja mill-pubblikazzjoni msemmija, li ġew jiswew €3,743.20. S’issa nbiegħu 237 kopja filwaqt li 190 kopja tqassmu bla ħlas. Ninsab infurmat li d-deċiżjoni ttieħdet mis-senior management. Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm labour hours u dan peress li l-ktieb ġie riċerkat u miktub wara l-ħin formali tax-xogħol.
Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel ma’ dawn it-tip ta’ inizzjattivi li jkomplu jkabbru t-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-patrimonju tagħna u nieħu l-opportunita’ biex nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta’ Heritage Malta tax-xogħol kruċjali li wettqu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm stampat kopji l-Heritage Malta tal-ktieb “Malta, The Great Story of a Small Island-Nation Through 100 Objects”? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża abbinata mal-istampar ta’ dan il-ktieb (kemm fi printing kif ukoll f’labour hours)? Kemm inbiegħu minnhom u kemm ġew imqassma b’xejn? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni sabiex jiġu stampati dawn l-ammonti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li ġew stampati elf kopja mill-pubblikazzjoni msemmija, li ġew jiswew €4,850. S’issa nbiegħu 669 kopja filwaqt li 200 tqassmu bla ħlas. Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċizjoni ttieħdet mis-senior management. Ma kienx hemm labour hours peress li l-ktieb ġie riċerkat u miktub wara l-ħin formali tax-xogħol.
Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel ma’ dawn it-tip ta’ inizzjattivi li jkomplu jkabbru t-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-patrimonju tagħna u nieħu l-opportunita’ biex nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta’ Heritage Malta tax-xogħol kruċjali li wettqu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li Heritage Malta tingħaqad mar-Restoration Unit? Jekk fl-affermattiv, meta se ssir dan u jgħid ukoll jekk il-heads u l-managers hux se jibqgħu jżommu l-istess nomenklatura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ir-risposta hija fin-negattiv.
Naturalment hija x-xewqa tal-Gvern li dawn iż-żewg entitajiet jaħdmu qrib xulxin f’sinerġija sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi fil-kamp tal-wirt kulturali.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' professjonijisti li daħlu jaħdmu full-time, part-time, kuntrat jew fuq position of trust minn Settembru 2014 sal-lum fil-Malta Arts Council? Għal kull persuna ingaġġata, jista' jindika:
(a) il-mod ta' ingaġġ; u
(b) il-paga li kull persuna qed jingħata/tingħata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Arts Council Malta li minn Settembru 2014 sal-lum ġiet ingaġġata persuna waħda ta’ professjoni fuq bażi full-time fejn l-mod tal-ingaġġ sar permezz ta’ sejħa mill-ETC (Education and Training Corporation). Ninsab infurmat ukoll li l-paga bażika hi dik ta’ €26, 511,94.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14017 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta beda x-xogħol tat-tined il-ġodda tal-monti li se jkun fi Triq l-Ordinanza? Jista’ jgħid minn liema Ministeru u dipartiment saret l-ordni ta’ dawn it-tined?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkoncernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14015 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk ir-rilokazzjoni tal-monti minn Triq il-Merkanti fejn qiegħed illum għal Triq l-Ordinanza u jibqa’ ħiereġ fi Triq l-Ordinanza bejn it-Teatru u l-Parlament, ġietx diskussa fil-Kabinett matul din il-leġiżlatura? Jekk iva, meta u x’kienet il-konklużjoni ta’ tali deċiżjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Kif jaf ben tajjeb l-Interpellant bħala eks Ministru membru tal-Kabinett, id-diskussjonijiet li jsiru fil-Kabinett huma kunfidenzjali.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14063, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pożizzjonijiet tas-sitt persuni fl-Administration u għal kull persuna dan'din kienx impjegat mal-Orkestra Nazzjonali? Jekk le, x'kienet il-kariga mal-Orkestra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat li l-pożizzjonijiet tas-sitt persuni li qed jagħmel referenza għalihom l-Onor. Interpellant huma kif ġej:
Persuni Fl-Amministrazzjoni
Malta Philarmonic Orchestra Chairman
N/A
Company Doctor
On Contract for China Tour period 26/12/2014 – 8/01/2015
Logistics Coordinator
On Contract for China Tour period 26/12/2014 – 8/01/2015
Logistics Coordinator
On Contract for China Tour period 26/12/2014 – 8/01/2015
Camera Person
On Contract for China Tour period 26/12/2014 – 8/01/2015
Assistant Camera Person
On Contract for China Tour period 26/12/2014 – 8/01/2015
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monti minn Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ippreżentati lilu disinji tal-istalls il-ġodda qabel ma bdew jinħadmu?
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monti minn Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux marbut jew le, li jċaqlaq il-monti għal ħdejn il-Parlament il-Ġdid?
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monti minn Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir it-trasferiment tal-monti għal ħdejn il-Parlamentari il-ġdid?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data tar-rilokazzjoni għad trid tiġi deċiża.
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monnti min Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza, jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġu kkunsidrati siti alternattivi barra dak fi Triq l-Ordinanza?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 14023 u 14039.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet u l-pożizzjonijiet tal-persuni, kemm ta’ mu¿iċisti u kemm nies fl-amministrazzjoni, li għamlu parti mill-kontinġent tal-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta meta din marret f’tournee fiċ-Ċina bejn is-26 ta’ Diċembru u d-9 ta’ Jannar 2015? Jista’ jgħid kemm mill-mużiċisti, kienu mużiċisti li jaħdmu fuq bażi part-time?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella b’informazzjoni mitluba. Minħabba l-protezzjoni tad-data l-ismijiet mhux qed jiġu nklużi fit-tabella. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dawn il-mużiċisti l-ammont li jaħdmu fuq bażi part-time jammontaw għal tlettax-il persuna.
Orkestra Filarmonika ta’ Malta – Tournee fiċ-Ċina – kontribuzzjoni finanzjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-organizzaturi Ċiniżi u dik tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta għat-tournee li għamlet fiċ-Ċina bejn is 26 ta’ Diċembru 2014 u d-9 ta’ Jannar 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta li l-organizzaturi Ċiniżi ħallsu l-ammont ta’ €40,186 għas-servizzi tal-Orkestra. Min-naħa tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tħallsu t-titjiriet li jammontaw għal €60,905.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ir-rilokazzjoni tal-monti minn Triq il-Merkanti fejn qiegħed illum għal Triq l-Ordinanza u jibqa’ ħiereġ fi Triq l-Ordinanza bejn it-Teatru u l-Parlament, ġietx diskussa fil-Kabinett matul din il-leġiżlatura? Jekk iva, meta u x’kienet il-konklużjoni ta’ tali deċiżjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kienx involut fid-deċiżjoni tar-rilokazzjoni tal-monti minn Triq il-Merkanti fejn qiegħed illum għal Triq l-Ordinanza u jibqa’ ħiereġ fi Triq l-Ordinanza bejn it-Teatru u l-Parlament? Jekk iva, meta ttieħdet din id-deċiżjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol tat-tined il-ġodda tal-monti li se jkun fi Triq l-Ordinanza? Jista’ jgħid minn liema Ministeru u dipartiment saret l-ordni ta’ dawn it-tined?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment fi ħdan il-Ministeru tiegħi għamel xogħol fuq il-barkarelli tal-monti. Għal kull informazzjoni oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru konċernat.
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monti minn Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid min iddisinja d-disinn tal-istalls tal-Monti li dehru fil-ġurnali fl-aħħar jiem?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ħatar Kumitat għall-avvanz tas-Swieq f’Malta u Għawdex biex itejjeb is-swieq ta’ Malta kollha bil-għan li dawn ikunu ta’ benefiċċju għal bejjiegħa tal-monti, għal min qed imur jixtri mill-monti u għal dawk li l-monti mhux ta’ interess għalihom.
L-ewwel responsabbilta’ li ngħata l-Kumitat kien dak li jirriloka l-Monti tal-Belt fi Triq l-Ordinanza, kif kien imħabbar fil-Budget 2014.
Bħala brief il-kumitat kellu li l-bejjiegħa jkollhom barkarella li tkun tista:
1) tiżżarma u tintrama malajr minħabba li trid tintrama u tiżżarma kuljum;
2) Cost Effective;
3) li tkun taqdi l-funzjonijiet tal-bejjiegħa
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monti minn Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx ix-xogħol fuq l-istalls tal-Monti ġaladabra l-Prim Ministru nnifsu stqarr pubblikament li ma joġgħbuhx?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-barkarelli li nħadmu mill-ħaddiema fil-garaxx tal-Gvern se jkunu qed jintużaw għal skopijiet oħra.
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monti minn Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid jgħid kemm laħqu nħaddmu stalls sakemm il-Prim Ministru qal li ma joġgħbuhx?