Legislature:
Category:
Reset
Active:

Berġa ta’ Kastilja – studju dwar il-faċċata

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20012 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk sarx xi studju fuq kif il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja tiġi mdawwla? Jekk iva, jista’ jpoġġi dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb tal-proġett fil-bidu tad-disinn kien li l-pjazza tinxtegħel b’ żewġ arbli kbar, pero’ deher ċar li dan kien wieħed mill-elementi li ġie kkritikat ħafna meta d-disinn ħareg fil-publiku. Kien għalhekk li ġie deċiż li l-pjazza tinxtegħel b’mod professjonali li jirrifletti l-istorja tal-bini storiku tal-pjazza. Għal dan il-għan ġejna rriferuti għall-kumpanija stabbilita f’dan il-qasam, SPLD ibbażata ġewwa l- Isvizzera. Dawn ipproponew sistema ta’ dawl professjonali għall-pjazza fosthom l-faċċati ta’ Kastilja, l-Stock Exchange, l-Kavallieri ta’ San Gakbu, l-monumenti u partijiet mill-art.

Berġa ta’ Kastilja — proġett ta’ dwal mal-faċċata

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20013 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk kienx hemm sejħa sabiex jiġi pprovdut id-dawl li jdawwal il-faċċata ta’ Kastilja?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija li għamlet ix-xogħol fuq id-dwal tal-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja intgħażel wara sejħa għall-offerti.

Berġa ta’ Kastilja – proġett ta’ dwal mal-faċċata

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20014 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema kienet il-kumpanija li għamlet id-dawl li jdawwal il-faċċata ta’ Kastilja u kemm ġie jiswa dan il-proġett?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija li qed taħdem fuq id-dawl tal-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja hija RVC Ltd, li intgħazlet wara sejħa għall-offerti. L-ispiża għadha ma hiex konkluża għaliex ix-xogħol għadu għaddej.

Brain cancer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il brain cancer kien hawn f’Malta u Għawdex, lokalità b’lokalità bejn l-1979 u l-2014 maqsuma fi brackets ta’ età u ġeneru għal kull sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar wieħed u għoxrin sena (1995-2013), fir-Reġistru Nazzjoni tal-Kanċer, kien hemm irrappurtati 482 każi ta’ tumur primarju (primary malignant cancer) tal-moħħ (Brain cancer). Dawn kienu maqsumin 275 fl-irġiel u 207 fin-nisa.
Leg 12 PQ #20012 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja – studju dwar il-faċċata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi studju fuq kif il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja tiġi mdawwla? Jekk iva, jista’ jpoġġi dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #20013 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja — proġett ta’ dwal mal-faċċata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa sabiex jiġi pprovdut id-dawl li jdawwal il-faċċata ta’ Kastilja?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #20014 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja – proġett ta’ dwal mal-faċċata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienet il-kumpanija li għamlet id-dawl li jdawwal il-faċċata ta’ Kastilja u kemm ġie jiswa dan il-proġett?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru konċernat.

Heritage Malta – policy fuq copyright

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy ta’ Heritage Malta dwar copyright fir-rigward ta’ ħaddiema tagħha li jużaw riżorsi tal-istess Aġenzija (dokumentazzjoni interna, interns, ħaddiema li huma responsabbli tagħhom u xogħol tal-individwu li jsir waqt il-ħin normali tax-xogħol)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li għal dak li jirrigwarda pubblikazzjonijiet, il-copyright tinżamm minn Heritage Malta.

Heritage Malta — ħaddiema ingaġġati b’ċertifikat fil-First Aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ ħaddiema li ġew ingaġġati ma’ Heritage Malta sa Settembru 2015 u kemm minn dawn il-ħaddiema għandhom ċertifikat tal-First Aid validu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-perjodu minn meta qed jitlob l-informazzjoni rigward l-ingaġġ tal-ħaddiema. Nifhem li huwa m’huwiex qed jitlob li mmorru lura għad-data tal-ftuħ ta’ Heritage Malta.

Heritage Malta – siti/mużewijiet bla security officers

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16405 u sussegwentement 16732 jista’ l-Ministru jikkonferma li anke wara li Heritage Malta ltaqgħet mal-kuntratturi, xorta kien hemm drabi oħra li reġgħu ma ntbagħtux uffiċjali tas-sigurtà f'siti tagħha? Jikkonferma l-Ministru li kull darba li l-kuntrattur jonqos li jibgħat uffiċjali tas-sigurtà ta' matul il-lejl fil-ħin stipulat, dan ikun ifisser telf għal Heritage Malta peress li membri tal-istaff tagħha jridu jinżammu overtime sakemm jieħdu hand over l-uffiċjali tas-sigurtà? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk s'issa dawn il-kuntratturi weħlux xi penali u fil-każ jelenka minn kienet il-kumpanija, kemm u għal liema raġuni weħlu dawn il-penali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minn meta saru l-laqgħat mal-kuntratturi ma kienx hemm iżjed okkazjonijiet fejn uffiċjali tas-sigurta ma rrapurtawx għax-xoghol kif meħtieġ. Ma ġewx applikati penali, iżda Heritage Malta dejjem iżżomm id-dritt li tagħmel dan jekk ikun il-każ u skond kif ikun meħtieġ.
Leg 12 PQ #19174 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Auberge d’Italie — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-25 ta' Ġunju 2015, ix-xogħlijiet li kellhom isiru mal faċċata ta’Auburge d'Italie ma sarux wara li ingħalaq l-uffiċċju turistiku tal-informazzjoni li hemm fl-istess bini? Jista' wkoll jikkonferma li l-uffiċċju tal-informazzjoni ngħalaq għal iktar minn siegħa u li ma kien hemm l-ebda notifika minn qabel dwar dan? Jista' l-Ministru jikkonferma wkoll li l-ħaddiema li ħadmu x-xogħlijiet mal-faċċata ta’ Auberge d’Italie, ma kellhomx ilbies protettiv bħal helmets, ingwanti u safety shoes? Jekk fl-affermattiv, jista jgħid għaliex tħalla li jsir dan ix-xogħol? Jista’ l-Ministru jgħid fejn ser ikun riallokat l-uffiċċju turistiku, ladarba Heritage Malta tieħu f’idejha l-binja ta’ Auburge d’Italie?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħolijiet mal-faċċata ta’ Auberge d’Italie saru minn Heritage Malta u l-ħaddiema li għamlu x-xogħol kienu mqabbda wkoll minn Heritage Malta. Ma hemm l-ebda indikazzjoni illi l-Uffiċċju Turistiku tal-Informazzjoni fl-istess bini ngħalaq għall-siegħa. Bħala prekawzjoni biex ma jweġġa’ ħadd, ma kienx hemm aċċess għall-uffiċċju tal-informazzjoni minn naħa ta’ Triq il-Merkanti u nfetaħ aċċess minn Triq Melita. Kif diġa’ mgħarraf fil-mistoqsija parlamentari numru 18035, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qiegħda tevalwa numru t’għażliet li għandha quddiemha sabiex issir l-għażla fejn ser jiġu rrilokati l-uffiċini l-ġodda tagħha. L-uffiċċju turistiku ser jibqa’ jipprovdi servizz minn Auberge d’Italie.

Proġett MUŻA – post ta’ project manager

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser joħroġ il-post ta’ project manager relatat mal-proġett MUŻA? Jista’ wkoll jassigura illi r-rekwiżiti tal-eleġibilità jinkludu għarfien tal-mużeoloġija kif ukoll fl-arti sabiex jiġi assigurat li ma jkunx hemm nuqqas ta’ ftehim kif ġara fi proġetti oħra tal-ERDF?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ma hemmx ħsieb li toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal post ta’ project manager għall-proġett MUŻA peress li dan ix-xogħol se jsir internament minn impjegati ta’ Heritage Malta. Nassigura lill-Onor Interpellant illi kieku jiena tajt ordni biex jinħareg post ta’ project manager l-Oppozizzjoni kienet tkun l-ewwel waħda li tqum u tgħid li qed jinħolqu l-jobs mal-Aġenziji tal-Gvern għal xejn b’xejn. Biss żgur li m’aħniex se nikkreaw posts li l-mansjoni tagħhom tista’ ssir internament diġa’ mill-impjegati bravi ta’ Heritage Malta. Nitlob lill-Oppozizzjoni tkun ftit konsistenti fil-kritika tagħha.

Trasferiment tat-Tempji ta’ Kordin III

Question

Jista’ l-Ministru jgħidilna fiex wasal it-trasferiment tat-Tempji ta’ Kordin III mill-Fondazzjoni Wirt Artna għal Heritage Malta? Jista’ wkoll jgħid kemm ser tkun iż-żieda fil-budget ta’ Heritage Malta minħabba din iż-żieda ta’ proprjetajiet li Heritage Malta tieħu ħsieb?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-proċess sabiex it-Tempji ta’ Kordin III jgħaddu għand Heritage Malta wasal qrib it-tmiem. Iż-żieda fil-vot rikurrenti ta’ Heritage Malta għall-2016 hija biżżejjed sabiex l-aġenżija tibda tieħu ħsieb il-preservazzjoni ta’ dan is-sit u tistabbilixxi xi ħtiġijiet jista’ jkollu.

Heritage Malta – green areas – żieda ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta Heritage Malta ser iżżid in-nies biex jaħdmu fil-qasam tal-manteniment u l-kura tal-green areas li hemm fis-siti tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema ta’ Heritage Malta iddedikati għall-kura ta’ green areas qed ilaħħqu max-xogħol preżenti u għalhekk ma hemmx ħsieb li jiżdiedu l-impjegati għal xogħol simili fil-futur qarib. Jien m’inix se noħloq vakanzi għalxejn b’xejn għal xogħol li m’għandniex bżonn a skapitu tat- taxpayer. Ma nistax ma nirrimarkax pero’ li kieku jiena tajt xi direzzjoni biex jiżdiedu l- maintenance persons li jidħlu jaħdmu ma’ Heritage Malta kienet tiġi l-Oppozizzjoni tilmenta li qed jinfetħu l-bibien biex nikkreaw jobs għal xejn b’xejn. Nistieden lill-Oppozizzjoni tkun ftit konsistenti fil-kritika tagħha.

Heritage Malta — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex xi ħaddiema li jaħdmu xogħol fuq barra ma’ Heritage Malta mhux qed jitħallew jirrapurtaw għax-xogħol ma’ tlugħ ix-xemx sabiex tiġi evitata s-sħana eċċessiva?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-ġebel ta’ Heritage Malta jirrapurtaw ghħax-xogħol fis-6.30am tul is-sena kollha, filwaqt li l-ġardinara jirrapurtaw għax-xoghol bejn il-5am u s-1pm fis-sajf, u bejn is-6am u t-3pm fix-xitwa.

Esebizzjoni dwar l-450 sena anniversarju mill-Assedju l-Kbir

Question

B’referenza għall-esebizzjoni eċċellenti li qed issir dwar l-450 sena Anniversarju mill-Assedju l-Kbir, jista’ l-Ministru jikkonferma illi xi artifatti ġew imċaqalqa u mqiegħda min-nies li m’għandhomx taħriġ fil-kuratorjat jew inkella fil-konservazzjoni? Jista’ wkoll jikkonferma li mhux dejjem ġew użati l-ingwanti fuq oġġetti li jinħtieġu l-użu ta' dan il-metodu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħol kollu rigward il-wirja tal-Assedju l-Kbir sar minn impjegati ta’ Heritage Malta li għandhom esperjenza kbira f’dan il-qasam, inkluż kuraturi u konservaturi, kif isir dejjem f’okkazjonijiet simili. Dan ix-xogħol sar għas-sodisfazzjon ta’ kullħadd, inkluż ir-rapprezentanti tal-istituzzjonijiet barranin li sellfu oġġetti sabiex ikunu parti mill-wirja.

Proġett MUŻA — tenders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tender se joħroġ fir-rigward tal-proġett MUŻA, x'inhi n-natura ta’ kull tender u meta dawn it-tenders ser joħorġu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li għall-proġett tal-MUZA fadal jiġu ppubblikati tliet tenders kif immarkat fit-tabella hawn taħt. Ref No. Contract Title Period of Publication 1 HM06.07.14 Service Contract for an Integrated Design Team for MU¯A – Muzew Nazzjonali Tal-Arti , Auberge d'Italie, Valletta Published 2 HM.23.03.15 Request for Proposals: Branding Identity & Guidelines Published 3 HM23.07.15 Request for Quotations for the Cost Benefit Analysis (CBA) of the MUZA Project to be Considered for ERDF Funding Published 4 CT3025/2015 Muza - The Restoration of the Facade of Auberge D'Italie in Merchant Street Valletta Published 5 Works Works tender for the setup of MUZA at the Auberge D'Italie in Merchant Street Valletta Last quarter 2015* 6 Employment Quantity Surveyor/Project Administrator Third quarter 2016* 7 Services/Supply Publicity 2017/18 *

Heritage Malta – sejħa għall-voluntiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-sejħa għall-voluntiera li Heritage Malta ħarġet, hijiex biss għall-individwi li jistgħu joffru xogħol ta’ minimu ta’ 4 siegħat darbtejn fil-ġimgħa? Ma jaħsibx il-Ministru li jkun aħjar jekk l-availability titħalla fil-libertà u d-diskrezzjoni tal-applikant?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-sejħa għall-voluntiera msemmija hawnhekk hija marbuta mal-wirja dwar l-Assedju l-Kbir fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta bejn l-4 ta’ Settembru u s-6 ta’ Diċembru – mifruxa fuq tlettax-il ġimgħa. Għaldaqstant, il-tul tal-ħin u l-frekwenza mitluba ġew imsejsa fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tal-operat tal-istess wirja.

Esebizzjoni dwar l-450 sena mill-Assedju l-Kbir – taħriġ lill-voluntiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’ser ikun it-training li ser jingħata lill-voluntiera kollha għal waqt l-esebizzjoni dwar l-450 sena mill-Assedju l-Kbir? Jista’ ukoll jgħid kemm hemm voluntiera f’din l-iskema?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta’ voluntiera li qed jieħdu sehem fil-wirja dwar l-Assedju l-Kbir huma ħamsa. Huma ngħataw spjega dettaljata tal-wirja u tal-operat tagħha mill-Kuraturi u mis-Site Executive rispettivament fil-bidu tas-servizz tagħhom. Nifhem li l-Onor Interpellant għandu fiduċja sħiħa fil-ħiliet tal-Kuraturi u s-Site Executive ta’ esperjenza li għandha Heritage Malta.

Esebizzjoni Road of Roman Emperors in Serbia

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il viżitatur żar l-esebizzjoni bit-titlu Road of Roman Emperors in Serbia? Jista' wkoll jgħid kemm-il biljett kumplimentari inħareġ għal din l-esebizzjoni, kif ukoll x’kienet il-kontribuzzjoni ta' Heritage Malta f'din l-esebizzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta’ viżitaturi li żaru l-mużew kemm damet miftuħa l-wirja bejn il-25 ta’ Lulju u t-30 ta’ Awwissu 2015 kien ta’ 6,384. F’dan l-istess żmien kien hemm 235 persuna li żaru l-mużew mingħajr ħlas, li 151 minnhom kienu tfal tal-iskola. Heritage Malta ma ħarġet ebda kontribuzzjoni finanzjarja imma offriet l-ispazju u l-koperazzjoni kollha meħtieġa. Nifhem li l-Onor Interpellant huwa sodisfatt b’din it-tip ta’ inizzjattiva li tagħti ġieħ lil ħidma bejn iż-żewġ pajjiżi.