Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-kont li ħallset il-Wasteserv lil min ipprepara l-Environment Impact Assessment fuq il-proġett ta' upgrading ta' Sant'Antnin f'Wied il-Għajn?
Min kien nominat għadu konsulent tal-Wasteserv fuq il-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13145.
Jista' il-Ministru jgħid meta l-applikanti għal fondi strutturali (Miżura 3.1 Investiment fi strutturi agrikoli) se jkunu informati u mogħtija l-ħlas relattiv?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet għal fondi strutturali (Miżura 3.1 Investimenti fi Strutturi Agrikoli) ġew evalwati u qed jiġu vverifikati minn bord indipendenti li mistenni jibgħat ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fi żmien qasir lill-Managing Authority għall-approvazzjoni finali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jassigura li d-dipartimenti tal-gvern ikunu l-ewwel li josservaw id-deċiżjonijiet tal-qrati?
Jista' għallinqas jassigura dan fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?
Jista' ma jħallix li d-dipartiment li jkun ikkundannat iħallas danni mill-qorti kostituzzjonali, minkejja diversi reminders, id-dipartiment jibqa' jgħid li qed jikkonsidra, jipproċessa u jipprepara, minkejja li jkunu għaddew kważi sentejn?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku u jiċċara l-Mistoqsija tiegħu biex inkun nista' nagħti risposta xierqa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti għal probation officers fi ħdan il-probation services?
Hemm xi ħsieb li toħroġ sejħa sabiex jiġu ngaġġati probation officers ġodda? Jekk fl-affermattiv għall-mistoqsija ta' qabel, jista' jgħid kemm beħsiebu jimpjega probation officers ġodda u meta se jsir dan?
Jekk se jiġu ngaġġati probation officers ġodda, dawn se jaħdmu fl-uffiċċju tal-probation li fil-preżent jinsab fi Triq San Pawl, il-Belt, jew se jiġu mħaddma f'xi postijiet oħra, ngħidu aħna bħall-faċilita' korrettiva ta' Kordin?