Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq id-Daħla — San Tumas - Xogħol ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli għax-xogħol ta' drenaġġ li kellu jsir fi Triq id-Daħla ta' San Tumas? Jista' l-Ministru jaghti spjega għaliex xoghol konness mad-drenaġġ li kien sar qabel ingħata t-tarmac reġa’ nqala’ proprju wara li sar it-tarmac bil-konsegwenza li saret hsara fuq wiċċ it-triq? Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-inkjesta kif mitluba mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun fl-istqarrija li qed tintbagħat separatament ma’ din il-mistoqsija ? Jekk saret jista' jgħid jekk hux se jittieħdu passi fuq min huwa responsabbli? Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tad-drenaġġ huwiex se jirrimedja l-ħsara li saret fuq it-tarmac ta' Triq San Tumas ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija parlamentari Nru. 790.

Funzjoni tal-koperattivi — Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi rapport mill-Ministeru dwar il-funzjoni tal- koperattivi li twaqqfu fi ħdan iċ-Ċivil qabel l-elezzjoni li għaddiet? Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta'dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra ?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi kien biss irrappreżentat f'kumitat imwaqqaf mill-Management and Personnel Office tal-Prim Ministru biex jirrapporta dwar il-koperattivi fi ħdan l-impieg governattiv. Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Onor Prim Ministru.
Leg 10 PQ #852 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: JOSEPH ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Immigranti illegali — Assalt fuq pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba tniżżlu fil-log book jew xi file ieħor inċidenti li kienu jinvolvu assalt fuq pulizija min-naħa ta' l-immigranti illegali mill-1 ta' Jannar 2003 sal-lum? X'kienu d-dati ta' meta nqalghu dawn is-sitwazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar 2003 sas-26 ta` Ġunju 2003, kien hemm sitt inċidenti fejn membri tal-Korp tal-Pulizija ġew assaltati minn immigranti illegali detenuti. Dawn kienu nhar is-26 u d-29 ta` Jannar, nhar it-23 u t-30 ta` April, nhar is-16 ta` Mejju u fis-17 ta` Ġunju.
Leg 10 PQ #853 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: JOSEPH ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Immigranti illegali — Assalt fuq suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba tniżżlu fil-log book jew xi file ieħor inċidenti li kienu jinvolvu assalt fuq suldati min-naħa ta' l-immigranti illegali mill-1 ta' Jannar 2003 sal-lum? X'kienu d-dati ta' meta nqalgħu dawn is-sitwazzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li mill-1 ta’ Jannar sal-25 ta’ Ġunju 2003 kien hemm erba’ inċidenti: fit-2 ta’ Jannar, fis-26 ta’ Frar, fid-29 t’April u fl-14 ta’ Ġunju.
Leg 10 PQ #720 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: JOSEPH ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Immigranti llegali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il darba tniżżel fil-logbook jew f’xi file ieħor inkwiet jew assalt fuq suldati min-naħa ta' l-immigranti llegali mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-lum? X’kienu d-dati ta' meta nqalgħu dawn is-sitwazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 10 PQ #721 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: JOSEPH ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Immigranti llegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx reġistrati fil-logbook jew f’xi file ieħor ħarbiet jew attentat ta' ħrib minn immigranti llegali detenuti mill-1 ta’ Jannar sal-lum? Jekk jirriżulta li kien hemm, kemm kien in-numru ta’ drabi, meta ġraw (data), u ta' liema nazzjonalita' kienu l-immigranti nvoluti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar 2003 sal-lum, kien hemm seba` okkażżjonijiet ta` ħrib ta` immigranti illegali detenuti. Dawn kienu fit-23, 26 u 28 ta` Mejju, u fit-2, 4, 11 u 16 ta` Ġunju. In-nazzjonalita` dikjarata ta` dawn l-immigranti hija Sudaniża, Palestinjana, mill-Eritrea, mill-Ethiopia, minn Sierra Leone, mis-Somalja u Pakistana.

Imigranti illegali

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-imigranti illegali li waslu f'pajjiżna mil 1 ta' Jannar 2002 sal-llum (a) bin nazzjonalita', (b) eta', (c) dati (sekwenza tal-gruppi kif waslu f'pajjiżna) jekk bil-baħar/gruppi li nqabdu fl-art?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Imigranti illegali

Question

Kemm waslu immigranti llegali f'pajjiżna mil 1 ta' Jannar 2002 sal-llum? Kemm minnhom inqabdu fuq l-art mill-puluzija? Kemm minnhom inġabru minn fuq il-baħar mill-armata? Kemm minnhom applikaw għall-status ta' refuġjat? Kemm minnhom ġew aċċettati bħala refuġjati? Kemm minnhom ingħataw status umanitarju?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel tlett partijiet tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi n-numru ta` immigranti llegali (nies li waslu Malta fuq laneċ) li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati rċieva l-applikazzjoni tagħhom għal rikonoxximent ta` status ta` refuġjat bejn l-1 ta` Jannar 2002 u l-4 ta` Ġunju 2003 kien 506 każ (703 persuna). Minn dawn, 40 każ (51 persuna) ġew rikonoxxuti bħala refuġjati; 197 każ (324 persuna) ingħataw status umanitarju; 215 każ (260 persuna) kellhom it-talba tagħhom miċħuda; 54 każ (68 persuna) għadhom qed jiġu eżaminati. Hemm 179 każ ieħor (233 persuna) fejn in-nies konċernati mlew Kwestjonarju Preliminari li permezz tiegħu rreġistraw ix-xewqa tagħhom li japplikaw biex jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati. L-applikazzjoni formali u l-intervisti ta` dawn il-persuni għad iridu jsiru. Dawn jinkludu 45 każ (104 persuna) li rreġistraw bħala Iraqini.

Imigranti illegali — Imigranti li jinsabu taħt detenzjoni

Question

Kemm huwa t-total ta' applikazzjonijiet għal-status ta' refuġjat li huwa pendenti f'dawn il-postijiet ta' detenzjoni b'mod separat? (a) Lister Barracks, (b) Safi Barracks, (c) kwartieri ġenerali tal-puluzija, (d) Ċentu ta' Imigrazzjoni f' Ħal Far, (e) Ta' Kandja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru totali ta` applikazzjonijiet għal status ta` refuġjati (każi mibdijin diġa` u oħrajn li għadhom qed jiġu eżaminati) li huma pendenti fiċ-ċentri ta` akkomodazzjoni li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant hu ta` 179 każ li jinvolvu 233 persuna. Dawn il-każi huma mqassma kif ġej:- Lyster Barracks - 47 każ li jinvolvu 91 persuna Safi Barracks - 72 każ li jinvolvu 82 persuna Police G.H.Q. - 34 każ li jinvolvu 34 persuna Ħal Far Immigration Centre - 26 każ li jinvolvu 26 persuna Ta' Kandja - xejn

Imigranti illegali — Imigranti li jinsabu taħt arrest

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa t-total ta' detenuti (Immigranti illegali) fil-postijiet ta' detenzjoni li se nsemmi: (a) Lister Barracks (Ħal Far), (b) Safi Barracks (Ħal Safi), (ċ) Kwartieri ġenerali tal-puluzija, (d) Ċentru ta' l-Imigranti illegali f' Ħal Far, (e) Ta' Kandja. Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nisa, irġiel u tfal (taħt l-14 il-sena) f' kull kamp ta' Detenzjoni - informazzjoni separata għall kull kamp ta' detenzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Irġiel Nisa Tfal (taħt 16-il sena) Total Lyster Barracks 65 71 69 205 Safi Barracks 130 30 62 222 Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 147 - - 147 Ċentru ta` l-Immigrazzjoni Ħal Far - - - - Ta` Kandja - - - -

Impigranti illegali — Ripatrijazzjoni

Question

Kemm kien it-total ta' persuni li ġew ripatrijati lejn pajjiżhom wara li nstab li daħlu Malta illegalment mill-1 ta' Jannar 2002 sal-lum? Lejn liema pajjiżi ġew ripatrijati? Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' kif saru dawn l-operazzjonijiet ta' ripatrijazzjoni mil 1 ta' Jannar 2002 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 728 persuna minn dawk li daħlu Malta illegalment mill-1 ta` Jannar 2002 l`hawn li ġew ripatrijati lejn pajjiżhom. It-tagħrif l-ieħor mitlub hu kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żejtun — Triq President Anton Buttigieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ f'parti minn Triq President Anton Buttigieg, fiż-Żejtun proprju dik li tagħti għal Triq Xrob l-Għaġin? Jista' il-Ministru jgħid min ingħata l-kuntratt u kemm se jiswa dan ix-xogħol? Jista' jgħid meta huwa stipulat li dan ix-xogħol jitlesta skond il-kuntratt maħruġ biex dawn il-familji li joqogħdu f'din in-naħa ma jbatux aktar inkonvenjent?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fl-inħawi ndikati għandu jibda għal nofs Ġunju. Il-kuntratt ingħata lil Vella Group u ser jiswa Lm11,800. Ix-xogħol mistenni jkun lest għal nofs Awwissu.