Legislature:
Category:
Reset
Active:

Public Service Commission

Question

Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jagħti ħjiel meta se jiġu implimentati mill-public service commission is-sentenzi maqtugħa mit-Tribunal ta’ l-Inġustizzji għar-rigward ta’ l-impjegati tal-qrati tal-ġustizzja li ngħataw rimedji għall-inġustizzji li sofrew fuq il-post tax-xogħol ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’seduta oħra.

Dipartiment tas-saħħa — Infermiera li ħarġu bis-sick leave

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija mill-ministru għall-mistoqsija parlamentari 5056, jista' jagħti informazzjoni dwar sick leave ta' nurses li jsofru minn back pain (uġiegħ fid-dahar), minħabba nuqqas ta' statistika f'dan ir-rigward u minħabba l-fatt li bosta nurses jieħdu sick leave minħabba uġiegħ f'daharhom konsegwenza ta' nuqqas ta' faċilitajiet għat-tqandil tal-pazjenti fis-swali? Peress li nħoss li huwa xieraq li l-Parlament ikun informat bl-ispiża konnessa ma' tali sick leave konsegwenza ta' nuqqas ta' faċilitajiet fis-swali, għal darb'oħra nitlob lill-Ministru jagtħi rendikont ta' kemm jammontaw il-ġranet ta' sick leave li ttieħdu mill-infermiera minħabba uġiegħ f'daharhom bejn Jannar u Diċembru 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li kif qed igħid l-Onorevoli Interpellant fl-istess mistoqsija hemm nuqqas ta' statistika, ma għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 5056.

Dipartiment tas-saħħa — Occupational therapists

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li għandhom il-grad ta' principal? Jista' jgħid x'inhuma r-responsabbiltajiet ta' dawn l-occupational therapists li għandhom dan il-grad? Jista' jgħid fejn qegħdin jaħdmu fil-preżent dawn il-principal occupational therapists? Jista' jgħid min huwa obbligat li jassumi r-responsabbilta' ta' tmexxija f'każ li xi ħadd minn dawn il-principal occupational therapists ikunu fuq leave fit-tul per eżempju maternity leave? Jista' jgħid jekk hemmx xi kumpens għal min jassumi tali responsabbilta' (principal occupational therapist) mingħajr ma jkollu l-grad?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellent.

Sptar San Luqa — Fixed height beds

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hemm sodod fixed height sala b'sala (swali kollha) fl-isptar San Luqa? Kemm hemm hydraulic beds (jiġifieri li jistgħu jitilgħu u jinżlu) sala b'sala (swali kollha) fl-isptar San Luqa? Kemm hemm lifters (manual hoists u electronic hoists) sala b'sala (swali kollha) fl-isptar San Luqa? Kemm hemm hydraulic beds li għandhom bżonn tiswija sala b'sala (swali kollha) fl-isptar San Luqa? Kemm hemm lifters (manual lifters u electronic lifters) bil-ħsara sala b'sala (swali kollha) fl-isptar San Luqa? Min hu responsabbli mill-manutenzjoni u mit-tiswija tal-hydraulic beds u lifters fl-isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni ghadha qed tingabar. Risposta tinghata aktar tard.

Sptar San Luqa — Taħriġ fuq tqandil għall-infermiera u paramediċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa organizzawx xi forma ta' taħriġ fuq tqandil (lifting and handling) ta' pazjenti għall-infermiera u paramediċi ta' l-isptar San Luqa bejn Jannar 2003 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab informat li d-dipartiment tal-post registration studies fi ħdan l-istitut għall-kura tas-saħħa (IHC) joffri l-kors ta’ lifting and handling (Moving and Handling) bħala wieħed mill-korsijiet, liema kors ma ġiex offrut għall-perjodu sena 2003/04 minħabba konkorrenza baxxa. Hemm il-ħsieb li tali kors jiġi offrut għas-sena 2004/05.

Dipartiment tas-saħħa — Infermiera li ħarġu bis-sick leave

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' kemm jammontaw il-ġranet ta' sick leave li ttieħdu mill-infermiera minħabba wġiegħ f'darhom bejn Jannar u Diċembru ta' l-2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ammont kbir ta' siegħat ta' xogħol minn numru ta' impjegati tad-Diviżjoni u dan iwassal għal nefqa żejda mill-fondi pubbliċi, l-Onor. Interpellant huwa mitlub li jindika l-utilita' tal-Mistoqsija.

Teatru Manoel/St. James Cavalier — Rendikont finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rendikonti finanzjarji tat-Teatru Manoel u St. James Cavalier? Jista' jagħti breakdown tal-produzzjonijiet li ttellgħu fit-Teatru Manoel u f'St. James Cavalier? Kemm inbiegħu biljetti f'kull produzzjoni? Kemm sar qliegħ jew telf minn fuq kull produzzjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar, u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Xogħol ta' restawr

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus għal xogħlijiet ta' restawr u konservazzjoni u xogħol ieħor relatat minn Jannar 2002 sal-lum? Min għamel dan ix-xogħol? Kemm minn dan ix-xogħol sar b'offerta ta' tender u lil min ġie mogħti? Kemm minn dawn ix-xogħlijiet saru b'direct order u lil min ġew mogħtija? Xi kriterji ntużaw sabiex ġew magħżula dawk li ngħataw direct order?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Bord tal-Koperattivi — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm sar safar mill-membri tal-Bord tal-Koperattivi matul is-sena 2003? Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' fejn sar is-safar u kif ukoll jagħti rendikont ta' kemm swiet kull safra? Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' kemm swiet l-akkomodazzjoni għal kull safra u kif ukoll jagħti rendikont ta' x'tip ta lukandi ntużaw jiġifieri jekk intużawx lukandi ta 5 stilel, 4 stilel jew 3 stilel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul l-2003 kien hemm żewġ safriet uffiċjali mill-membri tal-Bord tal-Koperattivi, waħda għal Berlin li qamet b’kollox Lm376.06, u l-oħra għal Brussels li qamet b’kollox Lm395.30. Fiż-żewġ okkażjonijiet id-delegazzjonijiet kienu akkomodati f’lukanda four star.

Bord tal-Koperattivi — Chairman - Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm il-darba siefer iċ-chairman il-ġdid tal-bord tal-koperattivi minn kemm ilu li nħatar? Jista' ukoll jagħti rendikont ta' x'tip ta' lukandi ntużaw (jiġifieri jekk hux lukandi ta' 5 stilel, 4 stilel jew 3 stilel) u kif ukoll kemm swiet l-akkomodazzjoni għal kull safra li għamel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Aġent Chairperson tal-Bord tal-Koperattivi siefer darba biss minn kemm ilu f’din il-kariga. Infurmat ukoll li l-lukanda li qagħad fiha hi l-istess waħda li tintuża regolarment mid-delegazzjonijiet uffiċjali li jattendu laqgħat f’Brussels. L-ispejjeż għall-akkomodazzjoni għal din is-safra kienu Lm146.
Leg 10 PQ #4347 Sitting 103 2004-02-17 Oral · Final From: JOSEPH ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħal Far — Immigranti fl-open centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm immigranti fl-open centre ta' Ħal Far? Jista' jagħti breakdown ta' kemm hemm irġiel nisa u tfal u x'nazzjonalita' huma? Jista' jgħid jekk ġietx mogħtija għajnuna lil għaqdiet volontarji li jaħdmu mar-refuġjati mill-ministeru ta' l-intern matul is-sena 2003? Jista' jsemmi min huma dawn l-għaqdiet u x'tip ta' għajnuna ngħataw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi preżentement in-numru ta` immigranti fl-open centre ta` Ħal Far hu ta` 117, li minnhom 73 huma irġiel, 17 nisa u 27 tfal. Dawn ġejjin mill-pajjiżi kif ġej:- Congo 35, Ethiopia 3, Eritrea 39, Guinea 1, Iraq 4, Ivory Coast 6, Liberia 1, Mali 1, Palestina 2, Somalia 18 u Sudan 7. Infurmat ukoll illi matul l-2003 dan il-Ministeru għen lill-Kummissjoni Emigranti billi ħareġ xi spejjeż in konnessjoni ma` sistemazzjoni ta` l-istess refuġjati. Dwar għajnuniet finanzjarji oħra nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Chairman ta' l-awtorita' tat-trasport pubbliku — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm il-darba siefer iċ-chariman ta' l-Awtorita' tat-trasport pubbliku matul is-sena 2003? Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' x'tip ta' lukandi ntużaw (jiġifieri jekk hux lukandi ta' 5 stilel, 4 stilel jew 3 stilel) u kif ukoll jagħti rendikont ta' kemm swiet l-akkomodazzjoni għal kull safra matul is-sena 2003?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Bord tal-koperattivi — Membri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tal-koperattivi? X'kompetenzi għandhom f'dan il-qasam u x'remunerazzjoni qed jieħdu? Min huma l-membri tal-fond ċentrali tal-koperattivi u x'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Proġett scoops

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta ġie mwaqqaf il-proġett scoops? Jista' jgħid min hu responsabbli mit-tħaddim ta' dan il-proġett? Jista' jgħid kemm titħallas il-koperattiva outlook sabiex tmexxi dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proġett Scoops ġie mwaqqaf fis-sena skolastika 1995/96. Il-project leader responsabbli minn dan il-proġett hu s-Sur Vincent Fabri. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.

Proġett scoops

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' involviment għandu l-bord tal-koperattivi fit-tħaddim tal-proġett scoops? Jista' jgħid jekk sarux studji dwar l-effettivita' ta' dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Bord tal-Koperattivi hu l-organiżżatur tal-proġett Scoops filwaqt li l-Koperattiva Outlook hi responsabbli għall-implimentazzjoni. Ninsab infurmat li fis-sena 2000 il-Bord tal-Koperattivi kien ħareġ sejħa għall offerti biex jiġi kkommissjonat tracer study fuq ex-membri li pparteċipaw fil-proġett. Dan barra Evaluation Report li jsir kull sena mill-implimentatur.

Żejtun — Triq tal-Barrani

Question

Jista' il-Ministru jinfurmana għaliex sal-lum għadha ma ħarġitx is-sejħa għall-offerti sabiex isiru traffic lights fi triq tal-Barrani kantuniera ma' Vjal 25 ta' Novembru Żejtun? Jista' il-Ministru jgħidilma d-data ta' meta se toħroġ l-offerta?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 3170.