Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm trading licences għall-uffiċċji maħruġa mill-pulizija fis-sena 1991?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm trading licences għall-uffiċċji maħruġa mill-pulizija fis-sena 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
04.10.99
Jista'l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal bdil ta' użu minn abitazzjoni għall-uffiċċju kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sat-30 ta' Ġunju, 1999?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm permessi maħruġa għal bdil ta' użu minn abitazzjoni għal uffiċċju kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita' ta'l-Ippjanar sat-30 ta' Ġunju, 1999?
Jista'l-Ministru jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti għal bdil ta' użu minn abitazzjoni għal uffiċċju taħt il-PAPB li ntirtu għall-ipproċessar mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, 1992?
Jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li s-siġar li hemm f'Marina Street, Pieta' waslu biex jinżabru? Jaf il-Ministru li dan ilu ma jsir żmien u li dawn is-siġar qed jgħattu l-veduta tar-residenti tal-lokal u jħassru l-estetika ta' l-akwati?
Response (ZAMMIT, NINU)
M'hiex proċedura li għax siġra titwal, jew tgħatti veduta għal xi ħadd, tinżabar. Hemm programm ta' żabra mfassal għal siġar li jinsabu qrib il-bini f'toroq ċentrali jaqgħu taħt ir-responsabilita tad-Dipartiment, biss iż-żabra ssir biss skond il-manteniment li jiġi neċessitat hekk skond kif tikber is-siġra. Dan ix-xogħol hu limitat fi frekwenza għaliex mhux tajjeb li siġar jinżabru spiss u dan japplika wkoll għas-siġar li hemm f'Marina Street, Pieta.
Jaf il-Ministru li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hija l-unika waħda li tirrisjedi fil-blokk indikat fil-Belt? Jaħseb il-Ministru li jkun opportun li din tiġi allokata fond alternattiv sabiex ikun jista' jitwaqqa' l-blokk kollu u l-area tiġi żviluppata sabiex takkomoda numru kbir ta' residenti li qed jistennew li jiġu allokati fond?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dan il-Ministeru qiegħed jikkunsidra proġetti oħra tat-twaqqiegħ f'diversi lokalitajiet inkluż il-Belt Valletta. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Membru lli jien infurmat illi l-persuna indikata m'għandha l-ebda applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
19.7.99
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kemm persuni ġew imressqa l-qorti akkużati li mpurtaw u konsegwentement ittraffikaw fid-droga dawn l-aħħar erba' snin? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn kienu ta' nazzjonalita' Maltija u kemm ta' nazzjonalita' barranija? Kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta` persuni mressqa l-Qorti akkuzati b`importazzjoni u traffikar tad-drogi tul dawn l-aħħar erba` snin huma dawn:
Sena Akkuzati Maltin Akkuzati Barranin
1995 24 8
1996 35 10
1997 37 7
1998 36 11
1999 (sal-lum) 15 NIL
Il-kumplament ta` l-informazzjoni mitluba tirrikjedi li kull kaz jigi vverifikat individwalment. Dan l-ezercizzju jieħu ċertu tul ta` zmien ghalhekk l-informazzjoni ma tistax tinghata f`dan l-istadju.
Peress li r-residenti tal-Pieta' jsibu problemi kbar biex jipparkjaw, b'mod partikolari fil-ħinijiet tad-dħul ta' l-isptar u matul in-nofs ta' nhar ta' filgħodu, ma jaħsibx il-Ministru li r-residenti ta' Pieta' għandu jkollhom parkeġġ allokat għalihom?
Jista' l-Ministru jara wkoll li l-istaff ta' l-isptar ikollhom parkeġġ allokat għalihom peress li l-parkeġġ ta' l-isptar huwa riservat għal konsulenti biss? Jaf il-Ministru li dawn l-istaff jokkupaw il-ftit parkeġġ li jistgħu jsibu r-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-problema tar-`residents` parking` fil-Pieta` kif ukoll f`żoni oħra qed tiġi diskussa fuq skala nazzjonali biex tinħoloq `policy` f`dan ir-rigward. Bl-introduzzjoni tal-`Local Wardens` it-twettieq ta` `policy` ta` `residents` parking` għandu jkun aktar possibli.
Għal dak li huwa parkeġġ ta` l-istaff ta` l-isptar, hija r-responsabilita` ta` l-awtoritajiet ta` l-istess sptar biex jalloka l-ispazju li għandu għad-disposizzjoni tiegħu bl-aħjar mod possibli.
Ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li jkun hemm għassa tal-Pulizija fil-Pieta' meta jikkonsidra li minbarra n-numru konsiderevoli ta' residenti ta' din il-lokalita' hemm ukoll l-isptar?
Response (BORG, TONIO)
Diġa` saru laqgħat u rapresentazzjonijiet mill-Kunsill Lokali tal-Pieta` dwar dan is-suġġett. Qed tiġi kkunsidrata l-possibilita` li din l-għassa tkun fil-viċin ta' l-isptar, sabiex il-pulizija li preżentement jagħmlu għassa l-isptar ikunu jistgħu ukoll jaqdu l-bżonnijiet tar-residenti tal-lokal.
31.05.99(a.m.)
Peress li r-residenti tal-Pieta' jsibu problemi kbar biex jipparkjaw, b'mod partikolari fil-ħinijiet tad-dħul ta' l-isptar u matul in-nofs ta' nhar ta' filgħodu, ma jaħsibx il-Ministru li r-residenti ta' Pieta' għandu jkollhom parking allokat għalihom?
Jista' l-Ministru jara wkoll li l-istaff ta' l-isptar ikollhom parking allokat għalihom peress li l-parking ta' l-isptar huwa riservat għal konsulenti biss? Jaf il-Ministru li dawn l-istaff jokkupaw il-ftit parking li jistgħu jsibu r-residenti?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.
Jista' l-Ministru jissuġġerixxi lill-banek lokali li jikkonsidraw il-ftuħ ta' fergħa tal-bank tagħhom fil-Pieta'? Jaf il-Ministru li biex ir-residenti ta' din il-lokalita' jinqdew iridu jmorru l-Imsida jew il-Ħamrun?
Response (DALLI, JOHN)
Skond Artiklu 11 (1) ta` Att ta` l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju, id-deċiżjoni li bank jiftaħ fergħa ġdida jew uffiċċju ġdid f`Malta hi totalment fid-diskrezzjoni tal-bank konċernat (basta li dan ikun kiteb minn qabel ma jagħmel hekk lill-Awtorita` Kompetenti taħt dan l-Att) u m`hiex deċiżjoni li tittieħed la mill-Awtorita` Kompetenti ul-anqas mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-gvern kontra l-Freeport Terminal li għax sfidat id-drittijiet tal-ħaddiema weħlet $7.5 miljun Amerikan bejn l-1 u t-2 ta' Frar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma nistax nifhem kif tilwima industrijali bejn min iħaddem u l-ħaddiema tista` tiġi interpretata bħala sfida għad-drittijiet tal-ħaddiema.
Fil-każ partikulari tajjeb jingħad li l-kwistjoni kienet ġiet solvuta dakinhar stess għas-sodisfazzjon tal-partijiet kollha.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara u x'ħareġ mir-riżultat ta' l-inkjesta li saret fuq crane TA RTG fit-13 ta' Mejju, 1997 ġewwa l-Freeport Terminal?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li konsulent indipendenti għamel l-investigazzjonijiet tiegħu, u wasal għall-fehma li l-ħsara li ġrat fid-data msemmija lill-crane ta` RTG kienet waħda aċċidentali u ma kienx hemm l-ebda nuqqas minn xi parti.
Jista' l-Ministru jispjega kif il-fond/garage 58, St Joseph Street, Valletta, ingħata b'mod dirett b'kera lil ċertu persuna li għadha ġejja Malta biss riċentement?
Jista' l-Ministru jispjega kif il-fond/garage indikat separatament ingħata b'mod dirett b'kera lil persuna li ġiet Malta biss riċentement u li dan nonostante li l-persuna ndikata separatament diġa' kellha l-pussess ta' l-istess garage u kien talab li tinħareġ tender u jiġi kkonsidrat jekk għandux jingħata dritt ta' l-ewwel rifjut tenendo kont li huwa kien ingħata permess jużah minħabba li proprjeta' ta' nannuh kienet ġiet demolita?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna li ġiet mikrija l-garaxx Nru. 58, St. Joseph Str., Valletta, bħala alternattiva għall-fondi oħra li ġew demoliti in konnessjoni mas-Slum Clearance fl-1988/89, ma ġietx Malta riċentament imma hi ċittadina Maltija li minn żmien għal żmien tkun barra minn Malta.
Ninsab infurmat ukoll li l-garaxx in kwistjoni kien qed jiġi okkupat illegalment, mill-persuna indikata separatament, u d-Dipartiment ta` l-Artijiet ħa l-passi biex jerġa` jieħu l-pussess ta` l-istess garaxx. Meta f`Jannar ta` din is-sena id-Dipartiment kien ser jesegwixxi l-eviction, il-persuna li kienet qed tokkupa l-garaxx illegalment irritornat iċ-ċavetta.
31.05.99(a.m.)
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma u liema kienu l-maġistrati u mħallfin li ngħataw xogħol ta' reviżjoni ta' atti notarili bejn l-1992 u l-1998? Jista' jgħid kemm-il att notarili ġie riferut lil kull ġudikant individwali? Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas fuq kull att?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
B'referenza għall-ewwel parti tal-Mistoqsija qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji ta' Avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern li fihom jidhru l-ismijiet ta' Imħallfin u Magistrati li ġew nominati bħala Viżitaturi tal-Qorti ta' Reviżjoni ta' l-Attijiet Nutarili għas-snin 1992-1998.
Iżda, ma nistax ngħid kemm-il att nutarili ġie riferut lil kull ġudikant individwali billi skond il-liġi huwa l-ġudikant reviżur li jitlob lin-nutar li tiegħu jkun viżitatur biex jipproduċi l-atti u dawk id-dokumenti l-oħra li huma soġġetti għall-viżta.
Il-ħlas huwa ta' 75 ċentenzmu għal kull att u Lm2 għal kull volum.
Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar għaxar snin, liema imħallfin u maġistrati siefru fuq xogħol ġudizzjarju u f'delegazzjonijiet uffiċjali? Jista' jagħti tagħrif u dettalji ta' kull safra?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ma teżistix statistika fil-Qorti għas-snin 1993-1995.
Jaf il-Ministru li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament qatt ma kellha fejn tirrisjedi u llum għadha tgħix ma' missierha flimkien mar-raġel u t-tifel tagħha? Jaf il-Ministru li għalkemm ilha tapplika ħames snin u indikat diversi indirizzi xorta baqgħat ma ngħatatx akkomodazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ indikat qed jiġi kkuunsidrat fid-dawl tan-numru ta' applikazzjonijiet simili li għandu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. L-allokazzjoni ta' postijiet m'hix bażata fuq kemm wieħed jindika postijiet iżda fuq il-bżonnijiet reali tal-applikanti.
28.4.99
Jaf il-Ministru li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament qatt ma kellha fejn tirrisjedi u llum għadha tgħix ma' missierha flimkien mar-raġel u t-tifel tagħha? Jaf il-Ministru li għalkemm ilha tapplika ħames snin u indikat diversi indirizzi xorta baqgħat ma ngħatatx akkomodazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
22.3.99
Jaf il-Ministru li hemm il-katusi ħdejn ir-residenza tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bil-ħsara u li minħabba f'dan qed ifur id-drenaġġ għal ġewwa l-kantina ta' din il-persuna?
Peress li l-persuna kkonċernata ilha tikkorrispondi mad-dipartiment konċernat 22 sena u għalkemm kienet ħarġet anke tender xorta ma sar xejn, jistgħu jittieħdu passi biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Jista' l-Ministru jindika u jagħti tagħrif dettaljat ta' kemm-il proċess intilef minn quddiem l-Imħallef Noel Arrigo, minn mindu beda jassumi l-kawżi tal-master? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa sabiex dawn jiġu rintraċċjati?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem l-imħallef/imħallfin master? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kawżi ġew assenjati lill-periti legali jew assistenti ġudizzjarji? Jista' jgħid kemm inqatgħu kawżi minn din il-qorti fl-1995, 1996, 1997 u 1998? Kemm minn dawn maqtugħa kienu: a) assenjati lil periti; b) kontumaċi u c) deserti?