Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20918 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

Kumpaniji Offshore

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji offshore bidlu l-istatus tagħhom għal onshore matul l-aħħar sena? Kemm baqa' kumpaniji offshore u sa meta huwa garantit l-istatus tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' offshore companies li bidlu l-istatus tagħhom għal wieħed onshore din is-sena kien 31, sal-31 ta' Ottubru 2000. F'dik id-data kien fadal 636 offshore companies fuq ir-registru. L-istatus tagħhom huwa garantit kif provdut fil-liġi li tirregola l-offshore companies, cioe' Kap 330 tal-Liġijiet ta' Malta, li fost ħwejjeġ oħra tipprovdi li l-kumpanniji offshore jispiċċaw definitivament sat-23 ta' Settembru 2004.
Leg 9 PQ #20919 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

ITC — IHC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffurmati ITCs u IHCs matul l-aħħar sena? Kemm tħallsu fees minn kumpaniji offshore ITCs u IHCs? Kemm ingħataw rebates fuq dividends mħallsa lil persuni mhux residenti mill-ITCs u IHCs?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2000, sa issa, cioe' l-aħħar ta' Ottubru, ġew iffurmati 342 ITC's u 117 IHC's. Billi ma jiżistux ebda ITCs u IHCs offshore allura ma setgħux jitħallsu fees. Ir-rebates li ngħataw huma kif tipprovdi l-liġi.
Leg 9 PQ #20920 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellha impjegati l-MFSC matul l-aħħar sena, kemm tħallsu salarji, u kemm benefiċċji kienu nkorporati f'dan is-salarju?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ta' Settembru 2000, l-MFSC kellu 65 impjegat. B' kollox tħallsu Lm371,675 f’salarji matul is-sena korrenti. Ma hemm ebda benefiċċji inkorporati f'dawn is-salarji.
Leg 9 PQ #20921 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

ITC — IHC - Nominee Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ITCs u IHCs ma użawx nominee services? X'garanziji hemm li l-beneficial owner huma dawk li jidhru fuq il-Memorandum & Articles?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari ma tinġabarx għax ma isservi ebda skop prattiku. It-tieni parti tad-domanda hija waħda purament spekulattiva u ipotetika.

Djar — Lifts

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar meta ser jiġu mwaħħla lifts fil-bini magħruf bħala "Kamerata" ġewwa Merchant Street, Valletta? Jista' jikkonferma wkoll hux beħsiebu jimplimenta proċess ta' twaħħil ta' lifts fil-housing estates tal-Pieta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-ġranet li ġejjin l-Awtorita' tad-Djar ser tissottometti l-applikazzjoni meħtieġa lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-istallazzjoni ta' lift fil-bini ndikat fl-ewwel parti tal-Mistoqsija. Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita' tad-Djar waslet biex tassenja t-tender għal żewġ lifts f'żewġ blokki fil-Pieta' fejn jgħixu persuni b'diżabilita' li jsofru minn nuqqas ta' mobilita'.
Leg 9 PQ #20879 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni beħsiebu jieħu l-gvern dwar dawk il-proprjetajiet attenuti permezz ta' "possession and use"?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20304.

Reġistrar ta' Vapuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vapuri ġodda matul l-aħħar sena? Kemm għandhom tunnellaġġ bejniethom dawn il-vapuri? Kemm ikkontribwew f'liċenzji dawn il-vapuri li ġew reġistrati ġodda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser tkun inkluża fir-rapport annwali ta` l-Awtorita` Marittima ta` Malta li dalwaqt ser jiġi mpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Vapuri — Liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm vapuri naqsu li jħallsu l-liċenzja jew għażlu bandiera oħra flok dik Maltija? Kemm kienu jħallsu f'liċenzji dawn il-vapuri li naqsu li jħallsu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20912.

Vapuri — Standards Internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vapuri reġistrati Malta kienu projbiti milli joħorġu minn portijiet barranin għax ma kellhomx standards internazzjonali ta' sigurta'? Kemm vapuri reġistrati Malta kienu nvoluti f'inċidenti fuq il-baħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar.

Maritime Authority — Impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħlet impjegati ġodda l-Maritime Authority matul l-aħħar sena? F'liema grad ġew impjegati u x'inhu s-salarju tagħhom? X'benefiċċji tħallsu dawn il-ħaddiema?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita` Marittima daħħlet total ta` 12-il impjegat ġdid mill-1 ta` Novembru 1999 sal-31 t`Ottubru 2000 li huma dawn: Data ta l- Impieg Replacement/ Salarju impieg New Post 03.04.00 Information Systems Support Exec. N.P 6165 24.07.00 Draughtsman\Site Supervisor N.P 5883 01.09.00 Cleaner Rep. 4175 01.09.00 Merchant Shipping Executive Rep. 6165 11.09.00 Assistant Accountant Rep. 5918 19.09.00 Clerk Rep. 4550 19.09.00 Clerk N.P. 4550 22.09.00 Clerk Rep. 4550 27.09.00 Clerk N.P 4550 28.09.00 Clerk Rep. 4550 29.09.00 Clerk Rep. 4550 02.10.00 Clerk N.P. 4550 Il-ħaddiema kollha ta` l-Awtorita` Marittima jibbenefikaw minn skema ta` Health & Accident Insurance.
Leg 9 PQ #20463 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Old Wells Street - Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Old Wells Street, Valletta? Jaf il-Ministru li din it-triq hija bla bankina, kollha ħofor u bid-drenaġġ miftuħ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ għadhom kemm iċekkjaw is-sewer main fi Old Wells street, Valletta u ma instab li hemm xejn ħażin li jirrigwardja id-drenaġġ. Li nstab kien illi kien hemm 'manhole' tat-telephone maqlugħa u mhux tad-drenaġġ. Rigward l-ilmenti l-ohra, nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsil Lokali koncernat.
Leg 9 PQ #20465 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Ambjent

Liġi tal-Kaċċa — Kaċċaturi

Question

Peress li skond emendi riċenti fil-liġi tal-kaċċa, meta kaċċatur ikun fi triq sekondarja, m'hemmx għalfejn iżomm distanza minima ta' 50 metru, jista' l-Ministru jiddefinixxi x'jifhem eżatt bi triq sekondarja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-interpretazzjoni tal-Pulizija hi kif ġej: 'Triq sekondarja hi triq li rarament hi użata mit-traffiku'.

Employer's Liability Compulsory Insurance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jippubblika fil-gazzetta tal-Gvern, data ta' meta għandha tidħol in vigore l-"Employer's Liability (Compulsory Insurance) Act chapter 24 ta' l-1974"? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond pariri tekniċi l-liġi indikata trid tiġi emendata biex tkun aġġornata għaż-żminijiet tal-lum. Għalhekk qabel ma tinġieb fis-seħħ hemm il-ħsieb li jsiru l-konsultazzjonijiet neċessarji mal-partijiet interessati.

Qrati Ċivili Superjuri — Avukati bħala periti legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm avukati li ġew nominati bħala periti legali quddiem il-qrati Ċivili Superjuri għas-snin 1998 u 1999? Jista' jgħid kemm fil-fatt kien hemm perizji pendenti quddiem dawn il-qrati għas-snin 1998 u 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

In-nomina ta' Avukati bhala periti legali quddiem il-Qrati Civili Superjuri hija fid-diskrezzjoni tal-Gudikanti. Ma tezistix statistika dwar dawn in-nomini. Fl-1998 kien hemm 2290 perizji pendenti fil-Qrati Superjuri u 155 fil-Qrati Inferjuri. Fl-1999 kien hemm 2342 perizji pendenti fil-Qrati Superjuri u 148 fil-Qrati Inferjuri. Ta' min jghid pero' li l-istat ta' numru sostanzjali minn dawn il-kawzi sallum inbidel billi uhud minnhom gew decizi, ceduti, dezerti u/jew qeghdin fi stadju ta' kontinwazzjoni u/jew ghas-sentenza.
Leg 9 PQ #20475 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati kawżi lill-(avukati) kuraturi deputati li hemm fuq il-lista fil-kuraturi u dan għas-snin 1998 u 1999? Jista' jagħti dettalji tal-kawżi hekk assenjati? Jista' jgħid min huma l-avukati appuntati bħala kuraturi fuq il-lista llum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #16984 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Impediment

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jidher separatament, hija projbita milli tidħol Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija suġġett ta` Ordni ta` Tneħħija maħruġ mill-Qorti wara li kienet ġiet misjuba ħatja ta` reat. Ninsab infurmat ukoll li l-Onor. Interpellant kien ġie nfurmat b`dan mill-Pulizija.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega kif l-Istat mhux f'pożizzjoni li jipprovdi kenn għat-tifla minuri, li isimha qiegħed jidher separatament, li tinsab abbandunata minn missierha u m'għandhiex fejn toqgħod essendo li ommha mejta? Jaf il-Viċi Prim Ministru li minħabba dan li qed jingħad, din qed tinżamm fl-Isptar Monte Carmeli? Jaħseb il-Viċi Prim Ministru li dan huwa każ li għandu jiġi trattat bl-akbar urġenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ngħid li każijiet bħal dan huma kumplessi ħafna u ma naħsibx li huwa fl-aħjar interess tal-persuni konċernati li jsiru u jiġu mwieġba mistoqsijiet parlamentari ta' dan it-tip, apparti li f'pajjiż żgħir bħal tagħna huwa faċli li wieħed jinduna dwar min qed issir il-mistoqsija. Iżjed minn hekk mhux ġust li wieħed jassumi li dak kollu li qed jingħad lilu kontra xi ħadd huwa veru, per eżempju huwa assolutament falz li din it-tifla hija abbundunata minn missierha. L-Onor. Membru jista' jitkellem miegħi b'mod kunfidenzjali biex nispjegalu d-diffikultajiet rejali marbuta mal-każ ta' din it-tfajla u biex inserraħlu moħħu li qed isir dak kollu possibbli biex ikun imħares l-aħjar interess ta' din it-tfajla. Inħeġġeġ lill-membri kollha ta' din il-kamra biex jużaw diskrezzjoni u prudenza kbira meta jkunu qed jaħsbu biex jagħmlu mistoqsijiet parlamentari ta' din in-natura.
Leg 9 PQ #16546 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Ambjent

Public Works — Sezzjoni tas-Swar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni ngħata transfer lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament mis-Sezzjoni tas-Swar għall-Ewwel Distrett tal-Public Works?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-raġuni għaliex dan l-impjegat ġie assenjat xogħol mill-ġdid fl-Ewwel Distrett (CDO) kienet minħabba l-esiġenza tax-xogħol.
Leg 9 PQ #16325 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Deportament ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jispjega r-raġuni għaliex il-persuna - isimha qed jintbagħat separtament -li hija miżżewġa Malti, ġiet deportata minn Malta u mhux qed tingħata visa, meta din għandha tifla hawn Malta li hija wkoll miżżewġa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħal ma jaf sewwa l-Onorevoli Interpellant, il-persuna li qiegħed jirreferi għaliha, kienet għamlet kuntratt ta` separazzjoni fl-10 ta` Novembru 1998 minn ma` żewġha u kien għalhekk li tilfet freedom of movement / exempt persons status. Hija kienet ingħatat extension of stay sabiex tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex tħalli Malta. Fil-fatt hija kienet telqet minn Malta fil-31 ta` Jannar 1999. Immedjatament wara, ċioe` fit-2 ta` Frar 1999, hija kienet għamlet talba għal visa għal perijodu indefinit, liema talba ma ġietx milqugħa. Minn dak iż-żmien ma jidhirx li din il-persuna reġgħet għamlet xi talba oħra għal visa. Pero` jien infurmat ukoll li reċentement l-Onorevoli Interpellant kien kiteb lill-pulizija fuq inkarigu ta` din il-persuna, liema korrispondenza għadha qed tkun proċessata.
Leg 9 PQ #15934 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Furjana — Dawl

Question

Jista' l-Onorevoli Ministru jara li ż-żewġ brazzi ta' quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Floriana jinxtegħlu mill-Enemalta peress li m'hemmx dawl biżżejjed quddiem din il-knisja? Jaf il-Ministru li bosta huma l-knejjes li għandhom dawl adegwat pero' ma jħallsux l-ispiża huma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-politika ta` l-Enemalta f`dan ir-rigward hija li jinxteghel globu wiehed biss minn kull arblu minn fuq is-`circuits` tal-Korporazzjoni. Kull meta tinhass il-htiega li jinxteghlu l-bqija tal-globi, dan isir minn fuq is-`circuit` tal-knisja.