Legislature:
Category:
Reset
Active:

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta ser isiru x-xogħolijiet ta' riparazzjoni tant urġenti u neċessarji fil-fond li d-dettalji tiegħu qed jingħataw taħt separate cover? Jafx il-Ministru wkoll li d-dipartiment konċernat b'ittra datata 16 ta' Frar wiegħed li ser jagħmel dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li x-xogħol meħtieġ ser isir fil-futur immedjat hekk kif id-Dipartiment jingħata kwotazzjoni għax-xogħol mill-kuntrattur. Din l-istess informazzjoni ngħatat permezz ta' ittra lill-Onor. Interpellant il-ġimgħa l-oħra stess. Hu ppjanat għalhekk li dawn ix-xogħolijiet isiru f'April li ġej.
Leg 9 PQ #24398 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tas-Saħħa

S.V.P.R

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif Ħas-Serħ kien hemm finanzi bizzejjed sabiex jinxtara arloġġ għas-somma ta' madwar elf u ħames mitt lira meta ma kienx hemm madwar elf lira biex jinxtara air conditioner tant bzonnjuż fis-sala Rużar Briffa? X'inhi r-raġuni għal din il-malamministrazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #24315 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Work Permits

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif in dettal ta' kemm ingħataw work permits lil barranin, matul is-sena 2000 u 2001? Jista' jgħid kemm tresqu nies akkużati li ħadmu illegalmentu? Kemm minnhom weħlu?

Response (BORG, JOE)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24315, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-suġġett tal-mistoqsija ma jikkonċernax lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Leg 9 PQ #24316 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzja kontra l-kap kmandant tal-forzi armati? Jista' jagħti d-dettalji?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li minn meta beda jaħdem it-Tribunal għall-Investigazzjonijiet ta’ Inġustizzji sas-7 ta’ Marzu 2001, kien hemm tlieta u ħamsin (53) każ deċiż li jinvolvu l-Forzi Armati li minnhom 23 inqatgħu favur ir-rikorrent. Ma jidhirliex li għandi nagħti aktar dettalji.
Leg 9 PQ #24317 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Privati — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jispjega u jagħti dettalji dwar dak imwiegħed fil-budget fejn l-iskejjel privati ngħataw għajnuna ta' Lm 5,000 kif din l-għajnuna ser taffettwa l-miżati esorbitanti li jħalsu l-ġenituri tat-tfal li jattendu dawn l-iskejjel? Jista' jgħid hux ser jikkonsidra favorevolment il-petizzjoni li għamlu l-imsemmija ġenituri?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Gvern fil-Budget għal din is-sena ivvota nofs miljun lira bħala għajnuna lill-ġenituri li jibgħatu l-uliedhom fi skejjel privati bi ħlas ta' miżati. Qed jiġu konsidrati l-kriterji biex tittieħed id-deċiżjoni dwar it-tqassim ta' din l-għajnuna. Malli l-kriterji jiġu approvati isir il-ħlas rispettiv.
Leg 9 PQ #24318 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Żwiġiet ma' Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet ma' barranin matul is-snin 1999, 2000 u 2001? Jista' jagħti statistika ġenerali ta' kemm rġiel iżżewġu nisa barranin u nisa iżżewġu rġiel barranin matul l-istess perjodu? Kemm minn dawn iż-żwiġijiet spiċċaw fi proċedura għas-separazzjoni personali?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:- Sena Total ta` żwiġijiet ma` barranin Irġiel Maltin ma` nisa barranin Nisa Maltin ma` rġiel barranin 1999 343 146 197 2000 323 132 191 2001* 40 11 29 * sat-28 ta` Frar. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar it-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.

Djar — Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet applikazzjoni ta' persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, peress li l-applikant huwa anzjan bi problemi ta' saħħa u għalhekk jixtieq ibiddel il-fond tiegħu ma' post ieħor, liema fond huwa ferm akbar minn dak li jixtieq jieħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni tal-persuna ndikata qiegħda tkun ikkunsidrata ma' oħrajn simili.
Leg 9 PQ #23666 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex ser jimplimenta, u meta, id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li issa għaddew aktar minn sentejn u allura dewmien aktar mhuwiex ġustifikabbli? Jaħseb il-Prim Ministru li meta l-gvern jonqos li jonora deċiżjonijiet ta' dan it-Tribunal ma jkunx qed jimxi skond ir-rule of law u kwindi b'mod mhux demoratiku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-każ dwar l-individwu kien ġie deċiż mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji li rrakomanda dan li ġej: 'li hu jingħata rimdeju kompensattiv billi jingħata x-xogħol ta' kok skond il-kwalifiki u esperjenza li għandu, u fin-nuqqas li dan jsir fi żmien tliet xhur jingħata kumpens fis-somma ta' elfejn lira' Il-Forzi Armati mplimentaw l-ewwel rakkommandazzjoni fis-27 ta' Marzu 1998 jiġifieri tliet ġimgħat biss wara li t-Tribunal ta' r-rakkomandazzjoni tiegħu. Jidher għalhekk li l-forzi armati mxew mar-rakkomandazzjoni mat-tribunal mingħajr ebda telf ta' żmien.

Transfer tan-Numru

Question

Jista' l-Ministru jispjega d-dewmien fl-ipproċessar ta' applikazzjoni għal transfer tan-numru indikat taħt separate cover? Jaf li m'hemmx kontijiet pendenti fuq dan in-numru iżda minkejja dan it-transfer xorta baqgħet ma saritx?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat
Leg 9 PQ #23326 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Inġustizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ser jimplimenta, u meta, id-deċiżjoni mogħtija mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji li d-dettalji tagħha qed jingħataw taħt separate cover u li issa għaddew aktar min sentejn u naħseb li dewmien aktar mhuwiex ġustifikabbli? Jaħsibx il-Ministru li meta l-gvern jonqos li jonora deċiżjonijiet ta' dan it-tribunal ma jkunx qed jimxi skond ir-rule of law u quindi b'mod mhux demokratiku?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Qrati — Esperti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas globalment għax-xogħol ta' l-esperti fl-inkjesti tal-qrati; u għax-xogħol ta' interpreters u dan għas-snin 1998 u 1999? Jista' jgħid kemm hemm avukati li jiġu nominati f'dan ix-xogħol, ossia fis-sena 1998 u fis-sena 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #20477 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Esperti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas globalment għax-xogħol ta' l-esperti fl-inkjesti tal-qrati; u għax-xogħol ta' interpreters u dan għas-snin 1998 u 1999? Jista' jgħid kemm hemm avukati li jiġu nominati f'dan ix-xogħol, ossia fis-sena 1998 u fis-sena 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #22763 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dar il-Mediterran tal-Konferenzi

Question

B'riferenza għal petition no. PL 2186 u l-mistoqsijiet parlamentari nru. 19347 u 21784, peress li l-inkonvenjent għar-residenti għadu hemm tant li fid-29 ta' Diċembru 2000 u fl-10 ta' Jannar 2001 reġgħu saru attivitajiet, il-ħatt ta' l-apparat tal-catering reġa' sar mill-istess bieb fi Triq l-Ibjar, it-triq reġgħet kienet ingombrata sakemm dawn ħattew u żarmaw u wara pparkjaw fejn mhux suppost, il-mużika baqgħet sejra sas-1.00 am u wara reġa' kien hemm l-istorbju sakemm iżżarma kollox u dan baqa' sejjer sat-3.15a.m., jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi riżolta mill-aktar fis? Kemm ser idum jistenna r-reazzjoni tal-Bord tal-Mediterranean Conference Centre qabel jieħu l-azzjoni meħtieġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sitwazzjoni għal kwestjoni ta' l-inkonvenjent qegħda tiġi indirizzata billi kif diġa` irrispondejt fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 19347 qed isiru l-arranġamenti għal tibdiliet strutturali. Fl-immedjat inħarġu sturzzjonijiet sabiex kemm jista' jkun, wara nofs il-lejl, il-bieb fuq Old Wells Street ma' jintużax. Ninsab informat ukoll li fit-18 ta' Jannar kien hemm funzjoni li għalkemmm ħadet fit-tul ma kienx hemm inkonvenjent għall-ġirien.
Leg 9 PQ #22655 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-kummissarju tal-Pulizija ser iħallas is-somma ta' Lm 4,500 lill-persuna li isimha qed jiġi ndikat separatament stante li hu ġie kkundannat iħallas fil-proċeduri li wkoll qed jiġu ndikati separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi qed tittieħed proċedura amministrattiva sabiex dan il-każ ikun finalizzat.

Qrati — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ċitazzjonijiet quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili mill-1-10-99 sa l-1-11-99 u mill-1-10-2000 sa l-1-11-2000?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant gew prezentati 308 fl-1999 u 164 fl-2000. B`danakollu fix-xahar ta` qabel gew prezentati 207 fl-1999 - 472 fl-2000. Peress illi t-tariffi tal-kawzi gholew mill-1 ta` Ottubru 2000 hu ovvju li hafna nies ipprezentaw il-kawzi taghhom qabel din iz-zieda tant li jekk tghodd flimkien ix-xahrejn issib li fl-1999 gew prezentati 515 citazzjoni u fl-2000 gew prezentati 636 - aktar mis-sena ta` qabel.

Qrati — Avviżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati avviżi quddiem il-Qrati tal-Maġistrati mill 1-10-1999 sa l-1-11-1999 u mill-1-10-2000 sa l- 1-11-2000?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-perjodu imsemmi mill-Onor. Interpellant gew prezentati 168 fl-1999 u 67 fl-2000. B`dana kollu fix-xahar ta` qabel gew prezentati 117 fl-1999 u 307 fl-2000. Peress illi t-tariffi tal-kawzi gholew mill-1 ta` Ottubru 2000 hu ovju li hafna nies ipprezentaw il-kawzi taghhohm qabel din iz-zieda tant li jekk tghodd flimkien ix-xahrejn issib li fl-1999 gew prezentati 285 avviz u fl-2000 gew prezentati 374 - aktar mis-sena ta` qabel.

Djar — Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' l-indirizzi ta' postijiet vojta li d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali għandu għad-dispożizzjoni tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-postijiet vojta li jkollu f'idejh id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jiġu allokati kemm jista' jkun malajr u għalhekk il-lista ta' dawn il-postijiet tinbidel kontinwament. Barra minnhekk, għal raġunijiet ovvji, ma jidhirlix li jkun għaqli li jiġu ppubblikati l-indirizzi ta' postijiet vojta.
Leg 9 PQ #22484 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permess għal parker

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament dwar permess għal parker? Jista' jispjega d-dewmien għal ħruġ ta' dan il-permess?

Response (BORG, TONIO)

Ma ghandi xejn x'inzid mat-taghrif li jien tajt fit-Twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21725.
Leg 9 PQ #22144 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Furjana / Valletta — Nies Illiterati

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar studju li sar riċentement li jgħid kemm huwa l-perċentaġġ ta' nies illiterati ġewwa l-Furjana u ġewwa l-Belt? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew beħsiebu jieħu in segwitu ta' dan ir-rapport?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istudju "Literacy in Malta" ġie publikat iżda it-tagħrif dwar skola skola baqa' konfidenzjali fuq il-parir ta' edukaturi esperti bl-iskop li f'dan l-istadju ebda skola ma tikseb xi fama ta' natura ġeneralizzata. L-inizjattivi f'dan il-qasam qed jittieħdu fil-kwadru tat-twettieq tal-Kurrikulu Nazzjonali u jinkludu l-proġett tal-Literacy Unit bejn l-Universita` u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, il-proġett "Let me Learn" u l-Institute taċ-Child and Parent Learning Support li ser jibda s-sena d-dieħla. Barra dawn l-inizjattivi partikolari isir xogħol kontinwu fl-iskejjel kollha kif ukoll xogħol speċjalizzat minn taqsimiet partikolari.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid f'liema stadju ta' l-ipproċessar waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid x'possibbiltajiet għandha l-persuna indikata li tirnexxi fl-applikazzjoni tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-persuna ndikata ma għandhiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.