Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trabi kollha li jitwieldu fl-Isptar Karen Grech jiġux eżaminati minn Pediatrician?
Jekk le, meta ser tiġi addottata din il-proċedura, li barra minn Malta hija rutina?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant għal mistoqsija numru 28868.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu work permits għall-barranin li qegħdin jaħdmu fuq il-ġbid tal-film Julius Ceasar? Jista' jgħid għall-liema xogħol ingħataw dawn il-permessi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 45 persuna barranija li għandhom liċenzja ta` impjieg biex jaħdmu fuq il-ġbid tat-television series: Julius Caesar.
Il-liċenzji ngħataw għal diversi tipi ta` xogħol bħalma huma Production Manager, Production Co-ordinator, Unit Manager, Set Decorator, Assistant to Set Director, Costume Dyer, Film Set Builder, Art Director kif ukoll għal xogħol ieħor li wieħed isib f`film crews bħal Seamstress, Cutter/Tailor, Dyer, Carpenter, Welder u oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-maġistrati li kienu qed jikkonduċu inkjesti fis-snin 2000 u 2001? Kemm għamlu għassa kull maġistrat f'dan il-perjodu, bid-dettalji? kemm daħlu inkjesti għal kull maġistrat f'dan il-perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex ċerti riċerki testamentarji qiegħdin idumu aktar minn erba' ġimgħat? Jista' jispjega għaliex meta ma kienux isiru bil-computer kienu jdumu inqas?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjonijiet għar-riċerki testamentarji li qed idumu madwar erba` ġimgħat biex joħorġu huma proprju dawk ir-riċerki li kienu jsiru manwali u li għad baqa` xi ftit minnhom biex joħorġu. Qed isir dak kollu possibli, u hemm ippjanat illi dan il-back log jinqata` fi żmien ġimgħatejn oħra.
Dwar ir-riċerki li qed isiru bil-computer, naħseb li l-Onor. Interpellant jaf tajjeb li skond provvedimenti tal-Legal Notice 261/00 id-Dipartiment huwa marbut li dawn ir-riċerki testamentari joħorġu fi żmien ta` sebat ijiem ta` xogħol. Din ir-rabta qatt ma kienet teżisti qabel. Il-pubbliku żgur li qed igawdi mis-sistemi ta` kompjuterizazzjoni li r-Reġistru Pubbliku qed jagħmel użu minnhom illum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu work permits għall-barranin li qegħdin jaħdmu fuq il-ġbid tal-film Julius Ceasar? Jista' jgħid għall-liema xogħol ingħataw dawn il-permessi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġitx il-permess biex jinbena s-sett tal-film Julius Ceasar fil-fortizza Rikazoli? Jekk iva, meta ħareġ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel dan il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kumpaniji (ITC) bejn il-perjodu l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Settembru 2001?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn il-perjodu 1 ta' Jannar sa 1 ta' Settembru 2001 ġew reġistrati 282 kumpanniji (ITC). Dawn ġew reġistrati hekk :
Jannar 31
Frar 35
Marzu 29
April 33
Mejju 39
Ġunju 47
Lulju 40
Awissu 28
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati vapuri taħt il-Bandiera Maltija, bejn l-1-2001 sal- 1-9-2001? Jista' jagħti l-piż fil-vapuri reġistrati f' dan il-perjodu? Jista' jagħti persentaġġ ta' żieda jew tnaqqis meta imqabbel ma' l-istess perjodu sas-sena 2000?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tinbena Yacht Marina f'Għawdex? Jista' jagħti dettalji jekk apparti l-proġetti tal-yacht marina's indikati hemmx il-ħsieb li jiġu indikati siti ulterjuri biex tintlaħaq id-domanda dejjem tikber?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f`dawn l-aħħar snin ma kien hemm l-ebda ħsieb li tinbena Yacht Marina f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x' kien l-introjtu tal-gvern mir-reġistrazzjoni ta' bastimenti bejn 1 ta' Jannar u l-1 ta' Settembru 2001? Jista' jagħti persentaġġ ta' żieda jew tnaqqis meta imqabbel ma' l-istess perjodu tas-sena 2000?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 28188.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm kien hemm bastimenti b' Bandiera Maltija, li kienu involuti f'inċidenti f' ibħra internazzjonali u barranin matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Settembru 2001?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 28188.
Jista' l-Ministru jgħid kemm min hemm available postijiet ta' l-Irmiġġ għall-yachts? Kemm kienet id-domanda? Jista' din l-informazzjoni jagħtiha għall-perjodu bejn Jannar u Settembru 2001?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru totali ta' irmiġġi li jeżistu fil-"Yachting Centres" huwa ta' 1030 u dawn huma kollha allokati. Jekk l-Onor. Interpellant bil-kelma "available" irid ifisser "vojta" allura r-risposta hija li ma hemm xejn "available". Id-domanda eżistenti (waiting list) hija ta' 397.
Jista' l-Ministru jgħid kif ma ttieħdu l-ebda passi kontra min qed irabbi sriedaq, tiġieġ, żwiemel u ħmara fi Triq il-Lanċa, Marsamxett? Ma jaħsibx il-Ministru li t-trobbija ta' dawn l-annimali hi ta' inkonvenjent għall-ġirien, minbarra li qed jinħolqu problemi sanitarji?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jien infurmat li saru diversi spezzjonijiet fi Triq il-Lanċa Fil-Belt, Valletta minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment anke' fil-preżenza tal-Pulizija tad-Distrett. Għaldaqstant irriżulta li l-persuna kkonċernata kkonformat ruħha mal-Liġi wara li ġiet imwissija kemm mill-Pulizija kif ukoll mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. L-aħħar spezzjoni saret fis-16 ta' Lulju fejn ġie kkonfermat li n-numru ta' annimali kien skond il-Liġi u miżmuma fi stat tajjeb ta' ndafa.
Kif jaf il-Ministru li c-CEO il-ġdid tal-MITTS telaq għax ma qabilx mad-deċiżjoni li titkeċċa l-financial controller li kien hemm? jista' l-Ministru jgħid jekk din tkeċċitx peress li ppruvat tikkontrolla n-nefqa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-ipotesi li ċ-“Chief Executive Officer” il-ġdid tal-MITTS telaq għax ma qabilx mad-deċiżjoni li titkeċċa l-“Financial Controller” li kien hemm hija nkorretta għal żewġ raġunijiet:
1. Iċ-CEO il-ġdid tal-MITTS ilu f’din il-pożizzjoni għal dawn l-aħħar tlettax il-xahar, eżattament mill-24 ta’ Mejju 2000 u effettivament ma telaqx mill-MITTS.
2. Il-“Financial Controller” li kien hemm ma tkeċċitx iżda offriet ir-riżenja tagħha f’April 2000.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta telaq is-CEO (Vella) tal-Mitts ma' ntgħażilx xi kandidat ieħor minn dawk suġġeriti mill-aġenzija barranija imma minflok intgħażel xi ħaddieħor b'konnessjonijiet ma' nies fil-Gvern? Jekk din il-persuna kienet daqshekk fdata għaliex ma ntgħażlitx hi mill-ewwel?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-għażla taċ-“Chief Executive Officer” tal-MITTS kienet tal-“Board” tad-Diretturi.
Peress li wara l-elezzjoni ġiet appuntata aġenzija barranija biex tagħżel is-CEO il-ġdid tal-MITTS u sitta min nies kienu qed jissemmew għal din il-kariga, jista' l-Ministru jgħid għaliex intgħażlet il-persuna li fil-fatt ġiet appuntata?
Jista' jgħid il-Ministru jekk il-persuna in kwistjoni kinitx il-persuna irrakmandata mill-agenzija msemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li impjegat tal-MITTS waqt li kien qed jaħdem fuq xi files il-Qorti, daħal f'xi files li mhux suppost? Kemm sewa l-MITTS l-upgrade li kellha tagħmel fuq il-computers kollha tal-Qorti minħabba f'dan?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-ipotesi li xi mpjegat tal-MITTS daħal f’xi files tal-Qorti meta dan ma kienx suppost hija inkorretta. Madankollu nikkonferma li l-MITTS ġiet mitluba tassisti f’inkjesta Maġisterjali li nbdiet f’Diċembru tas-sena l-oħra u għada għaddejja.
Għaldaqstant mhux prudenti li tingħata aktar informazzjoni qabel din l-inkjesta Maġisterjali tiġi konkluża.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-inkjesta li saret f'Diċembru fil-qorti tal-gustizzja għalhiex saret, jekk instabx tarf il-problema u kemm laħqet l-ispiża kollha fuq din l-inkjesta li kienet tirrigwarda wkoll l-operat tal-MITTS?
Response (GATT, AUSTIN)
"Billi l-Inkjesta in kwistjoni għadha m'hijiex magħluqa, m'hiniex f'pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba".
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex meta l-MITTS iċċelebrat l-għaxar anniversarju tagħha b'Exhibition, il-Prim Ministru biss ġie mistieden? Jista' jispjega għaliex MITTS nefqet Lm 4,000 biex bajjdet Gattard House min barra meta din qiegħda għandha b'kera?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li meta l-MITTS iċċelebrat l-għaxar anniversarju tagħha b’ “Exhibition”, ġejt mistieden niftaħ l-“Exhibition” minħabba li l-MITTS taqa’ taħt il-“Portfolio” tal-Uffiċċju tiegħi. Il-ministri l-oħra wkoll ġew mistiedna.
Ninsab infurmat li l-MITTS ma għamlet l-ebda spejjeż u ma nefqet xejn fuq tibjid fuq in-naħa ta’ barra tal-bini. Dan ix-xogħol sar kollu a spejjeż ta’ sid il-kera kif inhu stipulat fil-kuntratt tal-kera bejn il-partijiet.