Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29628 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar entijiet li jirċievu kontribuzzjoni mill-Gvern skond l-Estimi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29612 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Ambjent

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28512 (Seduta 612). Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #29614 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tat-Turiżmu

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29616 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet fi ħdan id-dekasteru li għalih jiena responsabbli huwa ta' tlieta u sebgħin. Dawn huma ffurmati minn 433 persuna apparti l-konsulenti legali. Kif jista' jara l-Onorevoli Interpellant, sabiex jingħataw id-dettalji kollha li qed tintalab fit-tieni parti tal-mistoqsija, ikun meħtieġ ammont ta' żmien u riżorsi umani li jistgħu jiġu utilizzati aħjar. Għaldaqstant sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata, ma nħossx li għandi nordna li din tinġabar.
Leg 9 PQ #29617 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29618 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.

Kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-perjodu ta' dawn l-aħħar tlett snin, kemm il-darba wara li ingħalqu l-provi f' kumpilazzjoni, l-Avukat Ġenerali iddeċieda li joħroġ in-nulle prosecui?

Response (GATT, AUSTIN)

Infurmat mill-Avukat Ġenerali li mill-1997 'l hawn hu ordna n-"nulle prosecui" f'seba' każijiet.

Avukat Ġenerali — Rakkomandazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba f'dawn l-aħħar tlett snin, wara li tkun ingħalqet inkjesta, din id-darba kondotta mill-maġistrat inkwerenti u jkun hemm rakkomandazzjonijiet li jittieħdu passi w tkun inkisret il-liġi, li xorta waħda l-Avukat Ġenerali iddeċieda li ma jittieħdux passi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninstab infurmat mill-Avukat Ġenerali li ma tinżammx statistika dwar meta l-Avukat Ġenerali jagħti parir biex ma jittieħdux proċeduri kriminali għalkemm il-maġistrat inkwirenti ikun sab li hemm indikazzjonijiet biex jittieħdu proċeduri kriminali: Fil-fatt, normalment, il-maġistrati huma ferm kawti u attenti qabel ma jindikaw li f'xi inkjesta li hemm indikazzjonijiet biżżejjed biex jittieħdu passi kontra xi persuna partikolari u ma jagħmlux hekk jekk il-provi li jkollhom ma jkunux suffiċintement stretti u jindikaw persuna partikolari b'mod mhux ekwivoku. Il-konklużjoni l-aktar komuni, fejn ikun hemm provi suffiċenti għal daqshekk, hi li għandhom jitkomplew l-indaġini fuq xi reat jew reati partikolari bla ma jindikaw il-persuna kontra min għandhom jittieħdu passi: Normalment, wkoll, għax il-maġistrati huma ferm rigorużi u ħafna riluttanti qabel ma jippronunzjaw ruħhom fuq possibili ħtija, fejn jagħmlu hekk il-provi ikunu tali li l-Avukat Ġenerali jaqbel magħhom: Peress illi, skond il-Kodiċi Kriminali, proċeduri kriminali jinbdew mill-Pulizija, il-parir ta' l-Avukat Ġenerali jingħata lill-Pulizija wara talba tagħhom jew verbalment, jew aktar komuni bil-miktub fil-file tal-Pulizija: Perss illi l-inkjesta li tat lok għal din l-mistoqsija kienet tirrigwarda lill-Kummissarju tal-Pulizija, u mbilli ma sarx rapport lill-pulizija u l-inkartament ta' l-inkjesta ntbgħat unikament lill-Avukat Ġenerali, dana ħadha fuq spallejh biex fl-anqas żmien possibbli (ħmistax-il ġurnata) ta l-parir tiegħu fuq il-każ wara li eżamina akkuratament il-proċess. Ir-raġunijiet li wassluh għall-konkużjonijiet tiegħu huma elenkati fil-parir li ta u ġew minn reżi pubbliċi: Skond l-artikolu 91 tal-Kostituzzjoni l-Avukat Ġenerali għandu responsabbiltajiet serji f'li jirrigwardja proċeduri kriminali u jeżerċita s-setgħat tiegħu bla ma jkun suġġett għad-direzzjoni jew kontroll ta ebda persuna jew awtorita oħra.
Leg 9 PQ #29382 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar — Security

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma meta s-segwenti persuni daħlu jaħdmu bħala security fl-Isptar: M.Camilleri - Punch Card No. 71 A. Bugeja - Punch Card No. 51 E.Schembri - Punch Card No. 200

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li s-Sur M. Camilleri (Security Guard Nru. 71) daħal jaħdem bħala Security fil-11 ta` Jannar 1993, is-Sur A. Bugeja (Security Guard Nru. 51) fl-20 ta` Mejju 1991 u s-Sur E. Schembri (Security Guard Nru. 200) fl-20 ta` Mejju 1991. Dan ta` l-aħħar irtira mis-Servizz bl-eta` fl-20 ta` Diċembru 2000.
Leg 9 PQ #29383 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tas-Saħħa

School Medical Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm school medical officers impjegati full time? Jista' jgħid u jispjega jekk hux sodisfatt bil-mod ta' kif qed jiffunzjona l-ischool medical services? Jaf il-Ministru li tfal li jibdew l-iskola għall-ewwel darba mhux qed ikunu eżaminati perjodikament, lanqas m'huma eżaminati medikament meta jaslu biexjidħlu f'junior school, bil-konsegwenza li difetti fi siegh, vizjoni, scolosis u undescended testicles qed jiġu skartati fi stadju kmieni? Il-Ministru biħsiebu jirrimedja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħal issa s-School Health Service timpjega sitt tobba full time, tabib ieħor part-time, disgħa infermiera u tabib li jmexxi dan is-servizz. Dawn jipprovdu servizz ta` tilqim fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern kollha u fl-iskejjel tal-Knisja, servizz ta` sorveljanza u promozzjoni tas-saħħa fl-iskejjel primarji kollha tal-Gvern u tal-knisja u servizz ta` tilqim u sorveljanza fl-iskejjel speċjali. L-iskeda ta` sorveljanza li tintuża hija dik irrakomandata mill-British Paediatric Association. F'din l-iskeda, it-tfal ta` bejn it-tlett u l-ħames snin isirilhom eżami mediku li jinkludi 'screening' tal-vista u s-smiegħ, ta` l-iżvilupp, u eżami ġenerali. Il-vista terġa` tiġi eżaminata fl-eta` ta` tmien snin u ta` tnax-il sena. Ir-rakomandazzjoni ta` 'screening' għall-iskoljożi mhix waħda li sempliċiment tinvolvi 'screening' mediku imma tinvolvi edukazzjoni tal-PE teachers u tal-ġenituri biex jindunaw b'dan id-difett kemm jista` jkun kmieni. It-teams mediċi ta` l-iskejjel jeżaminaw id-dar tat-tfal bħala parti minn eżami fiżiku ta` dawk it-tfal li jaraw bħala parti mir-rutina. Huwa fatt aċċettat li f'kull programm ta` 'screening' jkun hemm tfal li jew ma jattendux waqt it-testing jew it-test ma jkunx sensittiv biżżejjed li jaqbad lil dawk kollha li għandhom difett. Minbarra hekk it-teams jaraw dawk it-tfal fl-iskejjel Primarji li jiġu rreferuti minħabba problemi fit-tagħlim, fl-imġieba jew fl-iżvilupp. Fil-kas tat-tfal, il-proċess ta` eżami mediku ta` sikwit huwa kunċett antik u ħafna studji juru li proċess ta` sorveljanza huwa aktar effettiv meta jsir f'ċerti 'key ages'. Dan huwa proċess li jinvolvi mhux biss lit-tobba u l-infermiera imma wkoll l-għalliema u dawk kollha li jiġu f'kuntatt mat-tfal fl-iskola. Għalhekk id-dipartiment jorganizza 'inservice training' u kampanji għall-promozzjoni tas-saħħa fl-iskejjel.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' possibilita' hemm li l-persuna anzjana li isimha jidher taħt seperate cover tingħata akkomodazzjoni alternattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-persuna għadha kemm applikat dan ix-xahar stess u trid post fil-pjan terran fil-Belt. Din l-applikazzjoni qed tingħata l-attenzjoni kollha fid-dawl tal-bżonnijiet pendenti li għandu quddiemu d-dipartiment ikkonċernat.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li isimha jidher taħt separate cover ser isirulha t-tiswijiet tant neċessarji fil-fond tagħha peress li din il-persuna tgħix f' periklu kontinwu, għandha s-saqaf ser jaqa', jidħlilha l-ilma kull meta tagħmel ix-xita u għandha ħsarat oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jirriżultax li hemm talba pendenti għat-tiswijiet f'dan il-fond. Għalhekk għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija għall-azzjoni meħtieġa.

Kera

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jara għaliex il-kera tal-persuna indikata taħt separate cover għadha ma ġietx ri-stabbilita minħabba l-bdil fiċ-ċirkostanzi partikolari u dan nonostante li għaddew kważi seba' xhur? Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijet sabiex il-kwistjoni tiġi mħaffa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Direttur ġia ta direttivi biex f'Jannar li ġej jiġi rivedut is-sussidju tal-kera. Dan irid jinħadem fuq id-dħul matul is-sena ta' qabel u għalhekk jekk jinħadem issa ikun fuq id-dħul matul is-sena 2000 meta r-raġel kien għadu ħaj.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha jidher taħt separate cover m' hi qed tirċievi l-ebda pensjoni ħlief Lm10 fix-xahar meta din il-persuna tgħix f' kamra bla dawl, bla ilma, bla telefon u f' kundizzjonijiet sanitarji inumani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ.

Qrati Superjuri/ta' Appell

Question

Jista' l-Ministru jindika quddiem min u kemm hemm kawżi : 1) ta' natura ċivili 2) ta' natura kostituzzjonali 3) ta' natura ta' appelli kriminali pendendi quddiem il-qrati superjuri u ta' appell?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #28971 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Inkjesti Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji sa fejn jista' dwar kemm hemm inkjesti li ilhom sentejn (2) jew aktar pendenti u jagħti tagħrif quddiem liema maġistrati dawn jinsabu pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk hux possibli għalih li jakkwista mill-Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali informazzjoni dwar kemm hemm inkjesti pendenti u quddiem minn huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni relattiva tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #28856 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġitx il-permess biex jinbena s-sett tal-film Julius Ceasar fil-fortizza Rikasoli? Jekk iva, meta ħareġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm applikazzjoni pendenti (PA 3831/01) quddiem l-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jinbena s-sett tal-film fil-fortizza Rikasoli u biex jiġu sanzjonati strutturi li diġa` saru.
Leg 9 PQ #28868 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tas-Saħħa

Pediatrician

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex l-intenzjoni li trabi tat-twelid jiġu eżaminati minn Pediatrician meta jitwieldu u imbagħad mit-tabib tagħhom meta jkollhom sitt ġimgħat, sitt xhur u tmintax il-xahar? Jekk iva, it-tobba ġew avżati b' din il-proċedura? Jekk le, meta bi ħsiebu l-Ministeru jara li l-Pedjatrija f' Malta tinġieb up to date ma pajjiżi oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dan id-dipartiment jista` jaċċerta l-Onorevoli membru li dan id-dipartiment ilu aġġornat u 'up-to-date' għal dan l-aħħar sittax-il sena. Id-dipartiment tal-pedjatrija għandu 'policy' li s'issa ila rutina mit-2 ta` Mejju 1985, fejn kull tarbija li titwieled St.Luke's tiġi eżaminata minn speċjalista tat-tfal fis-sala qabel ma tmur id-dar. Dawk li twieldu normali jiġu eżaminati darbtejn filwaqt dawk li twieldu b'ċesarja jiġu eżaminati tliet darbiet. Dawk jinkludu 'check-up' fl-ewwel erbgħa u għoxrin siegħa u qabel id-'discharge' mill-isptar. Dawn it-trabi kollha jingħataw appuntamenti għal 'follow-up' wara sitt - tmien ġimgħat, tmien xhur u tmintax-il xahar, bħala rutina. Kull tabib fid-dipartiment hu familjari ma din il-proċedura, li hija 'standard'.