Legislature:
Category:
Reset
Active:

Land Arbitration Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-land arbitration board, il-bord tal-Kera u l-Bord tal-Qbiela?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-Land Arbitration Board, il-Bord tal-Kera u l-Bord tal-Qbiela kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex huwa kif ġej: Malta Għawdex Total Land Arbitration Board 216 - 216 Bord tal-Kera 334 25 359 Bord tal-Qbiela 136 21 157
Leg 9 PQ #29679 Sitting 641 2001-11-14 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-appell quddiem l-PA li d-dettalji tiegħu jidhru taħt separate cover konċernati ċentru sportiv ilu pendenti quddiem l-appell għas-sentenza għal aktar minn tmien xhur, bi preġudizzju kbir għall-lokal?

Response (BORG, TONIO)

In-numri li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant jitrattaw applikazzjoni u appell dwar "underground garages with overlying shopping floor and with football pitch at first floor". L-aħħar darba li ltaqa` dan il-Bord fil-preżenza ta` l-appellant kien fil-25 ta` April 2001 meta kien sar aċċess fuq is-sit. Deċiżjoni dwar dan il-każ ser tingħata fit-12 ta` Diċembru 2001. Nixtieq ngħid li l-appelli minn deċiżjonijiet ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma jistemgħux quddiem l-Awtorita` ta` l-Ippjanar stess iżda quddiem Bord ta` Appelli dwar l-Ippjanar li huwa separat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.

Qorti Inferjuri tal-Maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu mqassam ix-xogħol quddiem il-Qorti Inferjuri tal-Maġistrati, maġistrat b'maġistrat

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #29670 Sitting 640 2001-11-14 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustrizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie ordnar iħallas il-gvern jew l-aġenziji tiegħu f'kumpens f'kawżi li nqatgħu kontra tiegħu mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji?

Response (GATT, AUSTIN)

Minn meta beda jiffunzjona t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji, il-President ordna lill-Gvern jew l-aġenziji tiegħu li jħallsu f'kumpens is-somma ta' Lm 283,823.00

Kawżi Kostituzzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2001 kemm ġew preżentati kawżi ta' natura kostituzzjonali, kemm minnhom inqatgħu u kemm għadhom pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar sad-9 ta' Novembru 2001 ġew preżentati 34 Kawża ta' natura kostituzzjonali, li minnhom inqatgħu 5 u hemm pendenti 29.

Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm avukati jaħdmu fl-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali u jekk hu possibbli jispeċifika l-inkarigu ta' kull wieħed minnhom? Jista' jgħid jekk għandux ħsieb jingaġġa iktar avukati fi ħdan dan l-uffiċċju?

Response (GATT, AUSTIN)

Fl-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali hemm 15-il avukat apparti l-Avukat Ġenerali nnifsu. Wieħed mill-avukati għandu l-kariga ta' Deputat Avukat Ġenerali, 2 huma Assistenti Avukati Ġenerali, 3 Avukati tar-Repubblika Anzjani, 4 Avukati, 3 Uffiċċjali Legali, 1 Uffiċċjal Legali Junior. Taħt l-istess uffiċċju hemm ukoll Avukat ta' l-Għajnuna Legali u Assistent Avukat ta' l-Għajnuna Legali. Ir-risposta għat-tieni parti tad-domanda hi fl-affermattiv u dan maħsub isir wara li tiġi approvata r-riforma tal-Uffiċċju li hi diġa quddiem din il-Kamra.
Leg 9 PQ #29674 Sitting 640 2001-11-14 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ombudsman

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew intavolati ilmenti quddiem l-ombudsman fl-2000 u kemm minnhom ġew deċiżi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li bħala Uffiċjal tal-Parlament l-Ombudsman huwa indipendenti mill-Gvern eżekuttiv u għalhekk ma jaqax taħt ir-reponsabbilita’ diretta tiegħi. Skond il-proċedura stabbilita, informazzjoni dwar l-Uffiċċju ta’ l-Ombudsman tista’ tinkiseb jew direttament mingħand l-Ombudsman jew permezz ta’ l-iSpeaker. F’dan il-każ kopja tal-mistoqsija għaddejta lill-Ombudsman.

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29631 Sitting 639 2001-11-13 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li fiha hemm l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #29665 Sitting 639 2001-11-13 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Qtil ta' Karen Grech

Question

Jista' l-Ministru jgħid lil dan il-parlament fiex waslu l-investigazjonijiet dwar il-qtil ta' Karen Grech?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.
Leg 9 PQ #29666 Sitting 639 2001-11-13 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Assistenti Ġudizzjarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm assistenti ġudizzjarji full time u part time u ma min huma assenjati, imħallef imħallef?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Appelli Kriminali Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ta' appelli kriminali pendenti? Jista' jgħid ukoll kemm hemm appelli rigward eċċezzjonijiet preliminari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' kawżi ta' appelli Kriminali pendenti u appelli rigward eċċezzjonijiet preliminari huwa kif ġej: Qorti ta' l-Appell Kriminali (Superjuri) Pendenti wara deċiżjoni minn Ġuri : 31 Rigward eċċezzjonijiet preliminari : 8 Qorti ta' l-Appell Kriminali (Inferjuri) Pendenti wara deċiżjoni mill-Qorti tal-Maġistrati, Malta u Għawdex : 100 Rigward eċċezzjonijiet preliminari : xejn

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' xogħol ġie assenjat lill-Imħallef Depasquale?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi x-xogħol li ġie assenjat lill-Imħallef Anton Depasquale fil-Prim'Awla tal-Qorti Civili huwa: a. ix-xogħol kollu ta' l-atti, inkluż is-smiegħ u deċiżjoni ta' rikorsi għall-ħruġ ta' mandati ta' inibizzjoni; b. il-kunsiderazzjoni u deċiżjoni ta' kull rikors għar-revoka ta' mandati fit-termini ta' l-artikolu 836 tal-Kapitolu 12 fejn dan huwa applikabbli; u ċ. il-kunsiderazzjoni u deciżjoni ta' numru ta' rikorsi għal varjazzjoni ta' digrieti fil-Qorti tal-Familja, kif il-Prim Imħallef jiddetermina minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #29620 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għal Għawdex

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'hemmx awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet statutorji fi ħdan il­Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #29621 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tas-Saħħa

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li hemm dsatax (19) –il Bord, Kumitat, Kummissjoni, Entitajiet Governattivi eċċ. fi ħdan id- Dekasteru tas- Saħħa. Dawn huma: Board/Committee Chairperson/President/Chief Executive Diretturi Konsulent Legali Council of Health Dr. Louis Deguara N/A N/A Medical Council Judge Victor Caruana Colombo N/A N/A Nursing and Midwifery Board Dr. Dennis Soler N/A N/A Board for the Professions Supplementary to Medicine Dr. Mark Fenech N/A N/A Pharmacy Board Dr. Martin Fenech N/A N/A Hospital Management Committee – SLH Ms. Roseanne Camilleri N/A N/A General Services Board Dr. Raymond Busuttil N/A N/A Mental Health Review Tribunal Hon. Victor Caruana Colombo N/A N/A Burials Board Dr. Malcolm Micallef N/A N/A Clean Air Board Dr. Malcolm Micallef N/A N/A Ta’ Braxia Committee Dr. Malcolm Micallef N/A N/A Committee on Smoking and Health Dr. Malcolm Micallef N/A N/A Mt. Carmel Hospital Management Team Dr. Andrew Amato Gauci N/A N/A Sexually Transmitted Infections Preventive Committee Dr. Malcolm Micallef N/A N/A National Steering Committee on Diabetes Dr. Joseph Azzopardi N/A N/A Bioethics Consultative Committee Profs. Maurice M. N. Cauchi N/A N/A National Commission for Mental Health Profs. M. T. Camilleri Podesta N/A N/A Zammit Clapp Hospital Management Team Profs. Frederick Fenech Mr. Emanuel Attard Muscat Azzopardi & Associates Mr. Edwin Cauchi Dr. Anthony Fiorini Mr. Saviour Gambin Mr. Joseph Micallef Foundation for Medical Services Dr. Joseph Pace (President) Mr. Albert A. Attard Muscat Azzopardi & Associates Mr. Emanuel Attard ( Chief Executive) Dr. Ray Busuttil Dr. Ray Xerri Dr. Natasha Azzopardi Muscat Arch. Paul Camilleri Mr. Emanuel C. Micallef Mr. Saviour Sciberras

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #29624 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Hemm ukoll il-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Voice of the Mediterranean li huwa magħmul minn erba` kunsillieri, tnejn nominati mill-Gvern Malti u tnejn mill-Gvern Libjan, li jaġixxu ta` Chairman on a rotation basis. Il-Voice of the Mediterranean jittmexxa mis-Sur Richard Muscat li jokkupa l-kariga ta` Managing Director.
Leg 9 PQ #29626 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.