Legislature:
Category:
Reset
Active:

Monti di Pieta — Xogħolijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ammont ta' xogħol kien hemm fil-Monti di Pieta bejn l-1995 u l-2001, sena b'sena? Dan għal dak li jikkonċerna deheb li jiġi ttimbrat.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #31723 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress illi diversi mill-membri tal-korp tal-pulizija li qed iġibu l-lawrja fil-ġurisprudenza qed jiġu assenjati lill-Prosecution Unit, jista' l-Ministru jikkonsidra li dawn l-imsemmija membri ma jitilfux l-allowances li kienu diġa jgawdu, cioe l-allowances ta' Lm 45 u Lm 60, li jibbenefikaw minnhom membri oħra tal-Korp mill-grad ta' Spettur il-fuq mill-grad ta' Spettur l-isfel? Jista' l-Ministru jgħid japprezzax illi jekk ma jsirx hekk, wara li l-amministrazzjoni nvestiet tant flus sabiex ikollha rizorsi umani kwalifikati fil-ġurisprudenza u wara li dawn il-membri jkunu ħadu l-inizjattiva u għamlu s-sagrifiċċji neċessarji sabiex jieħdu l-lawreja u dan għall-ġid ta' l-istess Korp, se jkun hemm il-periklu li dawn l-istess membri jitilqu mill-Korp malli jiggradwaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Prosecutions Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija mhix meqjusa bħala Taqsima speċjalizzata skond il-ftehim tal-kundizzjonijiet li kienu ngħataw lill-Pulizija fl-1993. Pero' ninsab infurmat ukoll, illi skond dan l-istess ftehim, dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija taħt il-grad ta' Supretendent li jottjenu Dottorat, Degree jew Diploma huma intitolati ghall-allowance fis-sena. Dan japplika wkoll ghal dawk il-membri tal-Korp preżentament stazzjonati fil-Prosecutions Unit.

Drivers

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-drivers tal-gudikatura u minn liema Ministeru ttieħdu ? Xi skala kellhom dawn qabel ma saru drivers?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #31206 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħamrun — Latrina

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-latrija li saret fi Triq il-Ferrovija, Ħamrun baqgħet ma nfetħitx?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq din il-latrina tlesta. Qed nistennew li jiġi nstallat is-servizz ta' dawl u ilma, biex il-latrina tiġi finalizzata.
Leg 9 PQ #31221 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Dar il-Mediterran

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, li mhijiex attrezzata b'sistema sound proof, daqq jibqa' sejjer sa wara s-1:30am? Jista' l-Ministru jara li r-regolamenti li d-daqq jieqaf fil-11:00pm jiġu mħarsa jew inkella ssir sistema li tkun sound proof? Peress li dan l-istorbju qed joħloq inkonvenjent kbir għan-nies, speċjalment l-anzjani, li jgħixu fil-viċinanzi, jistgħu jittieħdu passi rimedjali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tieħu passi kull meta jkun hemm ilmenti. Dwar l-attrezzamenti f`dan iċ-ċentru, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #31222 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dar il-Mediterran

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex minkejja wegħdiet li saru kważi sena ilu li ser isir titjib fil-kostruzzjoni ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi biex minflok it-trakkijiet jagħmlu użu minn Triq l-Ibjar, dawn jibdew jagħmlu użu minn Triq il-Mediterran, baqa' ma sar xejn? Peress li n-nies li jogogħdu fil-viċinanzi qed ibatu periklu minn trakkijiet kbar, ħsarat fil-karozzi u l-proprjeta' u mhux qed ikollhom fejn jipparkjaw, jistgħu jittieħdu passi f' dan ir-rigward?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol neċessarju sabiex it-trakkijiet li preżentament jagħmlu użu minn Triq l-Ibjar hija primarjament l-istallazzjoni ta' Lift ġewwa Dar il-Mediterran. Hemm kollox lest għal dawk li huma pjanti u applikazzjonijiet, biss il-permess neċessarju għadu ma ħariġx. Mill-informazzjoni mogħtija lili jidher li l-istallazzjoni ta' lift fil-bini hi l-unika soluzzjoni li tippermetti sabiex il-merkanzija tinħatt minn Triq il-Mediterran.

Kera tad-Dar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni fil-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament liema persuna hija armla, għandha tlett itfal minuri u tgħix bl-għajnuna soċjali w issa tneħħa s-sussidju fuq il-kera tad-dar tagħha allovolja id-dipartiment jafu b'kollox?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-persuna ndikata għandha tmur id-Dipartiment u tipproduċi d-dħul tagħha matul is-sena li għaddiet biex tinħadmilha r-rata ġdida ta' sussidju wara li ġiet rikonoxxuta bħala inkwilina flok żewġha mejjet.
Leg 9 PQ #30902 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament u li bħalissa jinsab fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin mhux qed titħalla żżomm heater fiċ-ċella? Jaf il-Ministru li l-persuna indikata hija marida serjament, trid tagħmel by-pass surgery u ġie rakkomandat li jkollha kamra sħuna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ingħatat permess biex tagħmel użu minn hot-water bottle u electric blanket.

Floriana — Triq Vincenzo Dimmech

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra jagħmilx provvedimenti jew jagħtix direttivi sabiex itaffi xi ftit il-problema tal-parkeġġjar fl-inħawi u fi Triq Vincenzo Dimech, Floriana? Peress illi dan il-parkeġġjar eċċessiv qed jikkrea inkonvenjent insopportabbli lill-ġirien li jgħixu f'dik it-triq, tista' din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt lill-Malta Transport Authority biex tara x'jista' jsir.

Inkjesti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-maġistrati li kienu qed jikkonduċu inkjesti fis-snin 2000 u 2001? Kemm għamlu għassa kull maġistrat f'dan il-perjodu, bid-dettalji? kemm daħlu inkjesti għal kull maġistrat f'dan il-perjodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #30097 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Xiri ta' Propjeta

Question

Jaf l-Ministru li in effetti xi snin ilu kienu ġiet presentata petizzjoni ffirmata minn 52 persuna li jirrappreżentaw 52 familja b'ċirca 250 persuna fejn talbu li jkunu jistgħu jixtru l-proprjetajiet fejn jgħixu? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qed jikkonsidra favorevolment din il-petizzjoni tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji f'Malta u Għawdex li jgħixu fi proprjetajiet li jistgħu jiġi klassifikati bil-mod fuq deskritt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn riċerki li saru mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern kif ukoll mill-Uffiċċju Konġunt, ma jidhirx li saritilhom xi petizzjoni kif indikat fil-Mistoqsija. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant huwa mitlub li jagħti aktar informazzjoni sabiex inkun f`pożizzjoni li nagħti tweġiba xierqa.
Leg 9 PQ #30098 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Recognition Rent

Question

Japprezza l-Ministru li hemm numru ta' nies li jgħixu fi proprjetajiet li fihom joqgħodu biss b'possession and use u jħallsu biss recognition rent u fejn allura l-gvern m'għandux titlu ċar? X'beħsiebu jagħmel il-Gvern sabiex jirratifika din il-posizzjoni ekwivoka li teżisti?

Response (BORG, TONIO)

Ma jirriżultax li hemm numru ta` nies li jgħixu fi proprjetajiet li fihom joqgħodu biss b`possession and use u jħallsu biss recognition rent. In-nies li jgħixu fi proprjetajiet tal-Gvern li huma mibnija fuq art esproprijata b`titlu ta` possession and use, għandhom ftehim tal-kirja mall-Gvern u għalhekk għandhom titlu ċar daqs li kieku l-proprjeta` ġiet esproprijata b`titlu ta` xiri assolut. Pero` f`dawn il-każi, in-nies ma jkunux jistgħu jixtru darhom. Ir-recognition rent titħallas lis-sidien tal-proprjeta` li tkun ġiet akkwistata b`dan it-titlu ta` possession and use. Wara għaxar snin is-sidien ikunu jistgħu jaqilbu t-titlu tagħhom għal dak ta` public tenure. Immedjatament kif dan isir, is-sidien ikunu jistgħu jbiegħu il-kirja ta` public tenure (billi tiġi ikkapitilizzata bil-5%) lill-Gvern u b`hekk il-Gvern isir is-sid assolut. Il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jbaxxi il-persentaġġ ta` 5% sabiex iħajjar lis-sidien ibiegħu l-kera li jirċievu.
Leg 9 PQ #30099 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Proprejta b' Possession and Use

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jikkuntratta rapport sabiex jiġi lilu rakkomandat miżuri leġittimi li jista' jieħu l-gvern sabiex ikun jista' jakkwista il-propjeta kollha li tkun b'possession and use b'titolu ċert fil-liġi biex b'hekk ikun hu stess jista' jiddisponi minnha?

Response (BORG, TONIO)

Diġa` sar studju f`dan ir-rigward. Il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jbaxxi r-rata ta` 5% li biha tiġi ikkapitilizzata l-kera ta` "possession and use" sabiex is-sidien jitħajru aktar li jbiegħu l-kera u b`hekk il-gvern isir is-sid assolut.
Leg 9 PQ #30100 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Xiri ta' Djar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma għadhiex il-politika tal-gvern preżenti li n-nies jiġu nkoraġġiti jixtru d-dar fejn joqgħodu?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Inkjesti Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji sa fejn jista' dwar kemm hemm inkjesti li ilhom sentejn (2) jew aktar pendenti u jagħti tagħrif quddiem liema maġistrati dawn jinsabu pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li qiegħed impoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra ninnota li l-Maġistrati kollha taw l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Naħseb li dan jindika tibdil pozittiv fl-attitudini ta` ċerti Maġistrati dwar din l-informazzjoni u ta` dan nixtieq nirringrazzjhom.

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustrizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum hemm 601 applikazzjoni pendenti quddiem it-Tribunal ghall-Investigazzjoni ta` Inġustizzji.
Leg 9 PQ #29614 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tat-Turiżmu

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.

Assistenti Ġudizzjarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm assistenti ġudizzjarji full time u part time u ma min huma assenjati, imħallef imħallef?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #29675 Sitting 641 2001-11-14 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew intavolati appelli matul l-2000 quddiem il-bord tal-appell fi ħdan l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u kemm minnhom ġew deċiżi?

Response (BORG, TONIO)

Matul is-sena 2000, ġew sottomessi 495 appell quddiem il-Bord ta` l-Appell dwar l-Ippjanar. Minn dawn 53 ġew deċiżi. Ta` min isemmi illi fis-sena 2000 ġew deċiżi 630 appell ieħor li kienu jirreferu għas-snin ta` qabel. Ta` min ifakkar li l-Bord ta` l-Appell dwar l-Ippjanar huma bord awtonomu mill-Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.