Legislature:
Category:
Reset
Active:

MMA

Question

Jista' il-Ministru jispjega għaliex l-awtorita` marittima ma ntervjenitx u ma ħadet l-ebda passi fil-każ li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima ta' Malta hija konxja mill-problema u qiegħda tieħu l-passi kollha sabiex tiġi solvuta.

Qrati — Inkjesti Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti pendenti quddiem il-qrati tal-maġistrati? Jista' jagħti dettalji ta' min huma l-maġistrati li qed jikkmandaw dawn l-inkjesti? Kemm hemm inkjesti pendenti quddiem kull maġistrat partikolari, u kemm ġew aċċettati inkjesti matul dawn l-aħħar tlett snin lil kull maġistrat partikolari? Kemm hemm inkjesti li ilhom aktar minn tlett snin, u quddiem liema maġistrati partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

B'riferenża għall-Interim Reply li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 35618 f`seduta 793, qiegħed issa mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #35617 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tas-Saħħa

Kura tal-Kanċer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti Maltin li talbu li jingħataw il-Gleevic bħala kura kontra l-mard tal-kanċer? Jista' jgħid hemmx possibilta' li dawn in-nies jiġu akkomodati fil-viċin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li kien hemm erba' pazjenti li għalihom saret talba għall-mediċina imatinib (Glivec) skond il-protokoll li ġie stabbilit mid-Dipartiment tas-Saħħa. Dawn il-pazjenti kollha bdew jingħataw din il-mediċina.
Leg 9 PQ #34335 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Detox Centre — Post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jara li jinstab post aktar adattat għad-Detox centre peress li qiegħed f'post abitat ħafna u minbarra l-isptar viċin ħafna tad-Detox hemm saħansitra skola primarja?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Maria Bugeja Cash for Cancer Foundation

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern biex xtara l-bini li kien intenzjonat għal Maria Bugeja Cash for Cancer Foundation? Jista' jgħid kemm kien hemm dejn fuq dan il-bini? Jista' jispjega għal xiex se jiġi wżat dan il-bini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-prezz għax-xiri tal-post indikat mill-Onor. Interpellant kien ta' Lm350,000. Minn din is-somma, Lm88,146.39 tħallsu direttament lil kreditur bħala full and final settlement għax-xogħol li kien għamel fl-istess post. Mill-bilanċ, il-Maria Bugeja Cancer Support Foundation tat lura b'donazzjoni lill-Gvern is-somma ta' Lm150,000 bl-iskop li tintefaq fuq xiri ta' apparat jew tiffinanzja proġetti relatati ma' l-onkoloġija, kif miftiehem bejn l-imsemmija Fondazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Gvern dwar is-Saħħa. Kif diġa' ġie mħabbar pubblikament meta nxtara l-post, dan il-bini ser iservi biex jakkomoda l-Awtorita' tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol, li fil-futur qarib mistennija żżid in-numru ta' mpjegati biex iġġor b'mod effettiv ir-responsabbiltajiet legali li għandha u tiżgura prattiċi u livelli għolja ta' saħħa u sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol.

Tkeċċija ta' Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tkeċċija ta' barranin ġiet ordnata wara li dawn ikunu ġew dikjarati baħala illegal aliens għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Pensjoni ta' l-Invalidita` — Birżebbuga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament applikat għall-pensjoni ta' l-invalidita` iżda baqgħet ma rċeviet xejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Furjana — Stallazzjoni ta' lift - Ħlasijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkunsidra li n-nies li isimhom qed jintbagħat separatament ma jkollhomx iħallsu s-somma ta' Lm1,800 kull wieħed minħabba l-istallazzjoni tal-lift fil-flats fejn joqogħdu? Dawn qed jintalbu jħallsu dawn il-flus peress li kienu xtraw u akkwistaw l-appartamenti in kwestjoni. Peress li l-inkwilini ta' l-appartamenti l-oħra qed jintalbu jħallsu s-somma ta' Lm20 biss, jikkunsidra l-Viċi Prim Ministru li jbiddel din il-policy fis-sens li s-somma ta' Lm1,800 titħallas biss jekk l-appartamenti jinbiegħu lil terzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-blokk indikat mill-Onor Interpellant hemm 9 appartamenti li minnhom tlieta huma mikrija. Skond il-kundizzjonijiet ta' l-iskema ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar l-istallar ta' lifts, is-sidien ta' l-appartamenti li jridu jagħmlu użu mill-lifts huma dovuti jħallsu sehemhom mill-ispiża tal-lift, liema spiża hi sussidjata b'50% mill-Awtorita'. Infurmat li kull sid ta' appartament fil-blokk indikat intalab iħallas is-somma ta' Lm650, u mhux Lm1,800, jekk irid li jagħmel użu mill-lift.
Leg 9 PQ #33765 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Tkeċċija ta' Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tkeċċija ta' barranin ġiet ordnata wara li dawn ikunu ġew dikjarati bħala illegal aliens għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Tribunali Industrijali — Kawżi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew preżentati kawżi quddiem it-tribunal industrijali matul is-snin 2000, 2001 u 2002? Kemm minn dawn instemgħu quddiem tribunal kolleggament presedut u kemm quddiem iċ-chairman waħdu? Jista' jgħid f'kemm-il każ ġie ordnat reinstatement? Kemm ġie ordnat kumpens fil-kawżi li ġew deċiżi favur l-impjegat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #33806 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Cash for Cancer Foundation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern biex xtara l-bini li kien intenzjonat għal-Maria Bugeja cash for cancer foundation? Jista' jgħid kemm kien hemm dejn fuq dan il-bini? Jista' jispjega għal xiex ser jiġi wżat dan il-bini?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru għal Politika Soċjali.

Furjana — Triq V Dimech - Reserved Parking

Question

B'riferenza għall-petizzjoni ppreżentata minni f'isem numru ta' residenti ta' Triq V Dimech, Furjana, kopja tagħha qed tintbagħat separatament, jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta` hemm li l-area indikata f'tali petition tiġi riżervata għal dawn ir-residenti minħabba fil-problema kbira ta' parking li hemm fil-lokal?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-problema ppreżentata fil-petizzjoni tar-residenti ta' Triq V Dimech teżisti mhux biss fl-area msemmija iżda f'ħafna postijiet oħra, għaldaqstant mhux possibli li t-talba tiġi milqugħa mingħajr ma jinħoloq preċedent għal ħafna talbiet oħra ta' din ix-xorta. Jien infurmat ukoll li l-iSteering Committee maħtur mill-Kabinet biex joħoloq sistemi ta' parkeġġ li jagħtu prijorita' lir-residenti qed jagħmel ħidma speċjali biex dawn is-sistemi jiġu ntrodotti fl-iqsar żmien possibli f'dawk iż-żoni l-aktar milquta.
Leg 9 PQ #33851 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tas-Saħħa

Detox Centre

Question

Jaħseb il-Ministru li għandu jinstab post aktar adattat għad-detox centre peress li qiegħed f'post abitat ħafna? Jaf il-Ministru li minbarra l-isptar viċin ħafna tad-detox centre hemm saħansitra skola primarja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Pieta` — Housing Estate

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 32957, peress li x-shafts li qed issir riferenza għalihom huma dawk li hemm fin-nofs tal-blocks tal-housing estate li hemm fil-Pieta`, u peress li dawn huma perikolużi ħafna għaliex huma miftuħin, jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li dawn għandhom jingħalqu b'bibien tal-ħadid għal iktar sigurta`?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol ġie approvat u għandu jsir mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-futur immedjat.

Pieta` — Triq Mimosa/Triq San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa wara l-press release tat-22 ta' Marzu 2002 li ħareġ is-sindku tal-Pieta` fejn talab li Triq Mimosa u Triq San Luqa jidħlu fi programm ta' rikostruzzjoni ta' toroq li qed jagħmel il-gvern ċentrali? Peress li dawn it-toroq li jagħtu għall-Isptar San Luqa jintużaw minn kulħadd u jinsabu fi stat ħażin ħafna u peress li l-ispiża biex jiġu rranġati dawn iż-żewġ toroq teċċedi l-budget annwali li jirċievi l-kunsill mill-gvern, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jitranġaw dawn it-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Pieta' ddiskuta dawn il-bżonnijiet mad-Direttur għad-Direttorat għat-Toroq u ninsab infurmat ukoll li d-Direttorat qiegħed jara x-xogħol li hemm bżonn li jsir.
Leg 9 PQ #33634 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Inċineratur

Question

Jaqbel il-Ministru li wasal il-waqt li jingħalaq l-inċineratur li hemm fl-Isptar San Luqa? Meta ilu jiġi mwiegħed li dan l-inċineratur ser jingħalaq minħabba l-ħsara li qed ikollu fuq l-ambjent u fuq is-saħħa taċ-ċittadini ta' l-inħawi, ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li jsir studju serju fuq l-effetti li dan qed ikollu fuq is-saħħa tar-residenti tal-lokal, u li malli jsir dan l-istudju jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mhux biss il-Ministru jaqbel imma jixtieq jinforma lill-Onor Interpellant li l-aġġudikazjoni tat-tender għall-"non-burn technology" minflok l-inċineratur preżenti waslet fl-aħħar fażijiet.
Leg 9 PQ #33635 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tas-Saħħa

Cash for Cancer Foundation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern biex xtara l-bini li kien intenzjonat għall-Maria Buġeja cash for cancer foundation? Jista' jgħid kemm kien hemm dejn fuq dan il-bini? Jista' jispjega għal xiex ser jiġi wżat dan il-bini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #33636 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

St. Luke — Tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tender għal alternattiva iktar nadifa għall-incineratur ta' St. Luke's qed tiġi posposta kull darba?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kuntratti għadu jistenna mingħand id-Diviżjoni tas-Saħħa rakkomandazzjoni definittiva dwar liema offerent għandu jingħata il-kuntratt imsemmi minnhu.

Tkeċċija ta' Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-it tkeċċija ta' barranin ġiet ordnata wara li dawn ikunu ġew dikjarati bħala illegal aliens għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onorevoli Interpellant ghandu jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.