Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1345 Sitting 29 2003-09-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Malta Arbitration Centre — Xogħol ta' arbitraġġ u disputies - Internazzjonali

Question

Jista’ l-Onorevoli Ministru jagħti tagħrif u jispjega xi sforzi saru, jekk fil-fatt saru, mill-Malta Arbitration Centre sabiex jattira xogħol ta’ arbitraġġ u disputes ta’ natura internazzjonali? Jista’ il-Ministru jgħid jekk dawn l-isforzi kienux pożittivi u x’tip ta’ xogħol ġie ġenerat f’dan is-sens?

Response (BORG, TONIO)

S`issa ċ-Ċentru ikkonċentra fuq arbitraġġi domestiċi biex dawk kollha involuti fil-kondotta tal-proċess arbitrali jakkwistaw l-esperjenza meħtieġa ta` l-amministrazzjoni tal-proċess. Sal-lum għad ma ġie rreġistrat l-ebda każ ta` arbitraġġ internazzjonali iżda din is-sena saru l-ewwel tentattivi għall-pubbliċita` ta` dawn l-arbitraġġi.
Leg 10 PQ #1338 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Malta Arbitration Centre — Diretturi

Question

Jista’ l-Onorevoli Ministru jgħid min huma d-diretturi li jmexxu l-Malta Arbitration Centre u xi kwalifiki għandhom? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll meta ġew appuntati dawn id-diretturi, għal kemm ġew appuntati u x’renumerazzjoni għandhom? Jista’ l-Ministru jgħid, matul dawn l-aħħar tlett snin, kemm saru seduti tal-Bord u jagħti dettalji dwar l-attendenza?

Response (BORG, TONIO)

Il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Malti ta’ l-Arbitraġġ huwa magħmul hekk: Chairman : Dr. Max Ganado LL.D., LL.M. (Dal.) Deputy Chairman: Dr. Godwin Muscat Azzpoardi Ex-officio Member: Dr. A. Borg Barthet, Avukat Generali Membri: Mr. Carlo Cini Ms. Helga Ellul Mr. George Fenech Mr. Mario C. Grech Mr. J.G. Vassallo Dr. E. Woods Bl-eċċezzjoni ta’ Dr. Max Ganado il-membri kollha inħatru fit-23 ta’ Frar 1998 mill-Ministru ta’ dak iż-żmien, Dr. G. Gulia. Dr. M. Ganado ħa l-hatra tiegħu fl-1 ta’ Lulju tas-sena 2000. It-terminu tal-ħatra tal-membri kollha huwa ta’ sitt snin. Jistgħu jerġgħu jinħatru. Il-kwalifiki li għandhom huma dawk stipulati fl-Artiklu 4 tal-liġi jiġifieri "li kellhom esperjenza u jkunu wrew ħila fi ħwejjeġ li kellhom x’jaqsmu ma’ arbitraġġ internazzjonali jew domestiku, konċiljazzjoni u arranġament ta’ tilwim, kummerċ internazzjonali, negozju, industrija, investimenti w affarijiet marittimi, l-Avukat Ġenerali jkun membru ex-officio tal-Bord". Ic-Chairman u d-Deputy Chairman iridu jkunu persuni li pprattikaw bħala avukati għal mhux inqas minn 12 il-sena. Ir-remunerazzjoni preżenti tal-membri tal-Bord hija hekk: Chairman: Lm 3,000 p.a. Deputy Chairman: Lm 2,000 p.a. Avukat Generali: Lm 3,660 p.a. Membri l-oħra: Lm 1,000 p.a. Is-sur George Fenech kien irrinunzja għal kull remunerazzjoni u qatt ma rċieva ħlas. Matul is-2001 saru 8 seduti, fis-sena 2002 saru 7 seduti u sa Ġunju ta’ din is-sena saru 5 seduti, total ta’ 20 seduta. L-attendenza tal-membri għal dawn is-seduti kienet hekk: Chairman - 19 Deputy Chairman - 13 Avukat Generali - 9 Sur Carlo Cini - 18 Sinjura Helga Ellul - 9 Sur George Fenech - xejn Sur Mario C. Grech - 8 Sur J.G. Vassallo - 18 Dr. Edw. Woods - 19
Leg 10 PQ #1339 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Malta Arbitration Centre — Staff

Question

Jista’ l-Onorevoli Ministru jgħid kemm hemm staff full time li jaħdmu mal-Malta Arbitration Centre, min huma u x’karigi għandhom?

Response (BORG, TONIO)

Iċ-Ċentru Malti ta` l-Arbitraġġ għandu biss żewġ impjegati full-time. Dawn huma s-Sur Godfrey de Marco, Reġistratur, u s-sinjura Rita Zammit, Segretarja.
Leg 10 PQ #1340 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Malta Arbitration Centre — Telf ta' flus

Question

Jista’ l-Onorevoli Ministru jikkonferma li l-Malta Arbitration Centre qed imexxi b’deficit u kemm huwa dan id-defiċit? Jista’ il-Ministru jgħid ukoll kemm tilef flus, sena sena, matul l-aħħar ħames snin dan iċ-ċentru.

Response (BORG, TONIO)

Huwa minnu skond ma jien infurmat li f`din is-sena d-deficit jammonta għal sittin elf lira (Lm60,000).
Leg 10 PQ #1341 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Malta Arbitration Centre — Executive Officer

Question

Jista’ l-Onorevoli Ministru jgħid min huwa l-Executive Offficer / Reġistratur li jmexxi l-Malta Arbitration Centre u x’inhuma l-kundizzjonijet tax-xogħol tiegħu u meta ġie nominat?

Response (BORG, TONIO)

Ir-Reġistratur taċ-Ċentru Malti ta` l-Arbitraġġ huwa s-Sur Godfrey de Marco. Għandu salarju totali ta` Lm8,810 fis-sena u naturalment igawdi il-benefiċċju normali skond il-liġi ta` "vacation" u "sick leave". Huwa inħatar mill-Bord taċ-Ċentru fl-1 ta` Lulju 1999.
Leg 10 PQ #1342 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Malta Arbitration Centre — Każi riferuti

Question

Jista’ l-Onorevoli Ministru jagħti dettalji, sena b’sena, dwar kemm il-każ gie riferut lill-Malta Arbitration Centre? Min kienu l-arbitri li ddeċidew dawn il-kawżi u kemm fil-fatt ġew deċiżi każi ta’ arbitraġġ?

Response (BORG, TONIO)

Il-każi li ġew riferuti liċ-Ċentru Malti ta` l-Arbitraġġ sa l-14 ta` Lulju ta` din is-sena kienu hekk: 2000 - 2 każi 2001 - 5 każi 2002 - 17-il każ 2003 - 17-il każ Minn dawn s`issa ġew deċiżi 16-il każ u f`żewġ każi oħra ġew imwaqqfa l-proċessi mill-partijiet stante transazzjoni. Rigward it-tieni parti tad-domanda jidhirli li l-ismijiet tagħhom ma għandhomx jiġu imxandra.
Leg 10 PQ #1343 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Malta Arbitration Centre — Persuni speċjalizzati

Question

Jista’ l-Onorevoli Ministru jikkonferma li l-unika persuna speċjalizzata fl-arbitraġġ u medjazzjoni u li kienet taħdem bħala konsulent mal-Malta Arbitration Centre, isimha qed nibgħatu separatament, kellha l-impieg tagħha terminat? Jista’ l-Onorevoli Ministru jgħid meta l-impieg tagħha ġie terminat u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant kellha kuntratt definitiv mill-10 ta` Settembru 2001 sat-30 ta` April 2003. Għalhekk ai termini ta` l-istess kif għadda ż-żmien miftiehem hija ma baqgħetx impjegata.
Leg 10 PQ #927 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Logħob tan-nar — Inċidenti

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi adegwati u urġenti biex jiġu evitati nċdienti minħabba l-logħob tan-nar fil-festa tal-Kunċizzjoni fil-Ħamrun, peress li matul il-festa tas-sena l-oħra murtali waqgħu fi djar privati u kkaġunaw nirien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ilment li ressaq l-Onor. Interpellant għan-nom tar-residenti qed ikun mistħarreġ.

Traduzzjoni bil-lingwa Maltija — Kostituzzjoni Ewropea

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu dawk in-nies jew dik id-ditta li ħadet ħsieb li jiġi tradott bil-lingwa Maltija l-abbozz tal-kostituzzjoni Ewropea? Jista' jgħid x'pagamenti tħallsu għal din il-biċċa xogħol? Jista' jgħid ukoll minn fejn saru l-pagamenti, jekk hux minn mill-Unjoni Ewropea jew minn Malta?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kienet l-Unjoni Ewropea li ħadet ħsieb tikkuntratta sabiex issir traduzzjoni tal-Kostituzzjoni Ewropea. Dwar it-tieni domanda, il-Gvern m'għandux informazzjoni ta' kemm tħallsu flus sabiex saret din it-traduzzjoni. Li nista ngħid biss hu li l-Gvern Malti la ħareġ u lanqas ġie mitlub joħroġ xi flus għal din it-traduzzjoni.
Leg 10 PQ #767 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Maġistrati — Inkjesti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 428, jista' il-Ministru jgħid meta ġiet imwaqqfa l-ħatra, jekk ġiet ta' kull maġistrat msemmi fl-imsemmija tabella? Jista' il-Ministru jagħti dettalji u jgħid kemm ilhom pendenti l-inkjesti imsemmija, maġistrat b'maġistrat?

Response (BORG, TONIO)

B’referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 428, wieħed irid jgħid li d-data tal-ħatra msemmija hi d-data ta’ meta kull persuna msemmija saret Maġistrat. Minn żmien għal żmien id-dmirijiet tal-maġistrati jinbidlu u s-Sinjuri Maġistrati li preżentament jikkonduċu l-inkjesti huma: MALTA Maġistrat Antonio Mizzi Maġistrat Jacqueline Padovani Maġistrat Saviour Demicoli Maġistrat Abigail Lofaro Maġistrat Giovanni Grixti Maġistrat Consuelo Scerri Herrera Maġistrat Miriam Hayman Maġistrat Lawrence Quintano GHAWDEX Maġistrat Paul Coppini Maġistrat Antonio Micallef Trigona Minkejja dawn id-dmirjijiet preżenti, l-inkjesti mhux magħluqa tal-Maġistrati l-oħra jibqgħu jidhru għandhom sakemm jingħalqu u jintbagħtu fl-uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru n-numru ta` inkjesti pendenti, sena b`sena, ta` kull Maġistrat għal Malta u Għawdex sal-25 ta` Ġunju 2003.

Sigurta' Soċjali — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li l-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - tingħata akkomodazzjoni peress illi ilha tirreġistra għal akkomodazzjoni u tinsab homeless?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma applikazzjonijiet pendenti ohrajn li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali — Djar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti mad-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u kemm hemm proprejtajiet għad-disposizzjoni tad-Dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Dipartiment g[all-Akkomodazzjoni So/jali g[andu 3230 applikazzjoni pendenti. Il-Gvern g[andu madwar 9000 post li minnhom ji;u vakati madwar 200 fis-sena. Dawn jintu]aw mid-Dipartiment g[all-allokazzjonijiet.

Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imqassma djar mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jew mill-Awtorita' tad-Djar bejn l-1 t'April 2003 u l-11 t'April 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-perijodu ndikat ;ew allokati 52 post, li jinkludu allokazzjonijiet g[at-tieni darba mill-Awtorita' tad-Djar ta' postijiet li kienu ;ew ori;inarjament rifjutati kif ukoll bdil u rikonoxximenti mid-Dipartiment g[all-Akkomodazzjoni So/jali.

Pieta' — Triq is-Sorijiet ta' l-Ursolini - Katusi mkissrin

Question

Jista' il-Ministru jibgħat ħaddiema sabiex jagħmlu x-xogħol urġenti li hemm bżonn f'Ursuline Sisters Street, f'Tal-Pieta' fejn hemm xi katusi mkissrin u b'hekk id-drdenaġġ qed jispiċċa fil-basement ta' dar privata li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tad-Dranaġġ ser isewwi l-ħsara li hemm fi Triq l-Ursolini, Pieta' għall-aħħar ta' din il-ġimgħa.
Leg 10 PQ #428 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Maġistrati — Inkjesti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti pendenti quddiem kull Maġistrat li jikkonduċi l-inkjesti? Jista' il-Ministru jgħid ukoll minn meta bdew il-Maġistrati individwalment jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #362 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu fi żmien qasir, jagħti r-rimedji ta' dawk ir-rrakkmandazzjonijiet mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji li s'issa ġew injorati? Jista' il-Prim Ministru jgħid u jagħti tagħrif ukoll dwar x'inhuma d-diffikultajiet legali għaliex il-Gvern għadhu ma implimentax ir-rakkmandazzjoni ta' dan it-Tribunal?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mill-416 każ deċiżi favur ir-rikorrent, seba’ każi ma setgħux jiġu mplimentati. Dawn huma każi fejn it-Tribunal irrakomanda promozzjoni u l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku sabet li ma setgħetx timplimentahom. Barra dawn, hemm seba’ każi oħra fejn ir-rikomandazzjoniet tat-Tribunal qed jiġu kkontesti quddiem il-Qorti Ċivili.
Leg 10 PQ #363 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji — Kawżi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew preżentati kawżi quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u kemm baqa' pendenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji ġew ippreżentati 1337 każ. Minn dawn baqa’ 206 każ pendenti.
Leg 10 PQ #364 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Qorti — Inkjesti konklużi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew konklużi inkjesti matul dawn l-aħħar tnax-il xahar minn kull Maġistrat individwali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #365 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Qorti — Maġistrati - Inkjesti

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-Maġistrati li qed jikkonduċu l-inkjesti f' dan il-pajjiż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-maġistrati li qed jikkonduċu l-inkjesti f`dan il-pajjiż huma kif ġej:- MALTA Maġistrat Antonio Mizzi Maġistrat Jacqueline Padovani Maġistrat Saviour Demicoli Maġistrat Abigail Lofaro Maġistrat Giovanni Grixti Maġistrat Consuelo Scerri Herrera Maġistrat Miriam Hayman Maġistrat Lawrence Quintano GĦAWDEX Maġistrat Paul Coppini Maġistrat Antonio Micallef Trigona
Leg 10 PQ #366 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Sekond'Awla — Qorti Ċivili

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu li jiġi assenjat Imħallef speċifiku sabiex jippresidi s-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili u jekk hux beħsiebu wkoll jappunta Imħallef ieħor sabiex jgħin fix-xogħol tal-Qorti Kriminali?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Membru huwa infurmat, l-ewwel li l-assenjazzjoni tad-dmirijiet tal-ġudikanti qiegħed isir mill-Prim Imħallef u mhux mill-Ministru, it-tieni li reċentement ġie maħtur imħallef ieħor u għalhekk il-kumpliment huwa presentement wieħed sħiħ.