Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul l-2001, 2002 u 2003 ma ġew ikkontrattati l-ebda rapporti u studju dwar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Dwar rapporti li saru fis-snin qabel dawn imsemmija nirreferuk għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru 23477. (seduta 494 tal-leġislatura preċedenti).
Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru tal-Ġustizzja u Intern
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (BORG, TONIO)
Ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23467 fil-Leġislatura preċedenti.
Rapporti — Studji - Malta - EU - Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar is-snin 2000 u 2001 ingħatat fit-tweġiba parlamentari Nru. 17246 (28-6-2000) u Nru. 23466 (5-2-2002) rispettivament.
L-informazzjoni dwar is-snin 2002 u 2003 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru għal Għawdex
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq nirreferi lillOnorevoli Interpellant għarrisposta għallMistoqsija Parlamentari numru 23475.
Matul issena 2003 ilMinisteru għal Għawdex għamel kuntratt malABA Services Ltd għal servizzi konsultattivi rigward is'Single Programming Document'. F'dan ilkaż ilkonsulent kien isSur Andrew Blackadder.
Barra dan saru studji oħra speċifikament dwar Għawdex li ġew imħallsa millUnjoni Ewropea.
Rapporti — Studji - Malta - EU - Ministeru tas-Saħħa
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Nru. 23471 f' Seduta Nru.493. Ma ġie kkummissjonat l-ebda rapport mid-dekasteru tiegħi marbut mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja mit-12 ta' Frar sa llum.
Vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija — Inċidenti
Question
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif u jgħid fl-2001, fl-2002 u fl-2003 s'issa kemm kien hemm inċidenti li jikkonċernaw vapuri reġistrati taħt bandiera Maltija u jagħti dettalji?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn Ottubru 2002 'l hawn, ġew irraportati 93 inċident li jikkonċernaw vapuri reġistrati taħt il-Bandiera Maltija.
Dwar dawk li ġraw matul l-2001 u l-2002, dawn ġew publikati fir-Rapporti Annwali ta' l-Awtorita' Marittima li tqiegħdu wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rapporti u Studji — Malta - EU - Uffiċju tal-Prim Ministru
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar is-sena 2000 ingħatat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23461 fit-12 ta’ Frar 2001.
Wara s-sena 2000 ġie ikkummissjonat rapport ieħor mill-MITTS Ltd dwar “The Application to MITTS Ltd of the EU Public Procurement Rules”. Dan ir-rapport ġie ppreparat f’Jannar 2001 minn White and Case, ditta bbażata fi Brussell li tipprovdi xogħol ta’ konsulenza legali.
Rapporti — Studji - Malta - EU - Ministru għall-Politika Soċjali
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma ġie kontrattat ebda rapport relatat ma’ l-Unjoni Ewropeja minn dan il-Ministeru sussegwentement għal dak li għamilt referenza għalih fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23462 fil-Leġislatura preċedenti.
Rapporti — Studji - Malta - EU - Ministeru ta' l-Edukazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma irriżultalix li kien hemm xi rapporti ikkummissjonati.
Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru għat-Turiżmu
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infumat li matul is-sena 2001, fuq inizjattiva tal-Ministeru tat-Turiżmu, tħejja rapport mill-Consortium ECODES taħt ir-ras "Assessment of the Adoption of the Acquis Communautaire on the Tourism Sector in Malta" li sewa 13,000 Euros u li kien maqsum f'żewġ studji. Għandi l-pjaċir ngħid li n-nefqa tħallset kollha mill-Kummissjoni Ewropea.
Wieħed mill-istudji kien dwar il-guiding u tħejja mis-Sur Eduardo d'Amico u s-Sur Richard Skinner, filwaqt li l-ieħor kien dwar l-impatt fuq in-negozji ż-żgħar b'mod partikolari dwar il-lukandi u l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar u tħejja mis-Sur Antonio Scipioni, Ms Cerylle Boccaccia, is-Sur John Downes u Dott. Anton Micallef.
Immigranti llegali — Ripatrijazzjoni ta' imigranti llegali
Question
Jista' il-Ministru jgħid u jagħti dettalji dwar xi ftehim jeżisti, jekk jeżisti, mal-Libja, Tuneżija, Marokk u Eġittu dwar kwestjonijiet ta' ripatrijazzjoni ta' immigranti llegali?
Response (BORG, JOE)
Ma jeżisti l-ebda trattat ta' rimpatriju jew riammissjoni bejn Malta u l-Libja, it-Tuneżija, il-Marokk u l-Eġittu. Malta għamlet proposta lil dawn il-pajjiżi sabiex jiġi nnegozjat trattat simili iżda sa issa għadu ma ġie konkluż ebda wieħed.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mature students fl-Unisversita' jew istituzzjonijiet ta' edukazzjoni terzjarja u jagħti dettalji? Xi kriterju jintuża biex jiġu ammessi fl-Universita' tali studenti u f'liema korsijiet jistgħu jidhru dawn?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħfi dettalji dwar il-Kunsilli Lokali, kunsill, kunsill kemm daħħlu flus fl-2001, fl-2002 u fl-2003 s'issa mill-kawżi tal-Kummissarji li jsiru fil-lokal?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-informazzjoni li qiegħed jitlob l-Onor. Membru tiġi provduta mill-Kunsilli Lokali, nissuġġerixxi lill-Onor. Membru sabiex jirreferi din il-mistoqsija direttament lill-Kunsilli Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli li attwalment irreġistraw profitt mill-kawżi tat-tribunali tal-lokal u kemm irreġistraw telf u jagħti d-dettalji?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-informazzjoni li qiegħed jitlob l-Onor. Membru tiġi provduta mill-Kunsilli Lokali, nissuġġerixxi lill-Onor. Membru sabiex jirreferi din il-mistoqsija direttament lill-Kunsilli Lokali.
Jaħsibx il-Ministru, anke al finijiet ta' konvenjenza , u fejn l-akkużati jkunu jistgħu jużufrrwixxu ruħhom mis-servizz ta' avukat, u wara l-esperjenza ta' l-aħħar snin, li jkun aħjar jekk is-seduti tal-kawżi tat-Tribunal tal-Kunsilli Lokali jinżammu kollha fil-bini tal-Qorti, il-Belt?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill -Onor. Membru li l-Gvern matul l-aħħar snin beda process ta' decentralizazzjoni anke fil-qasam tal-Gustizzja. Hija l-politika tal-Gvern li jkompli bil-process ta' depenalizazzjoni u b'hekk il-Qorti fil-Belt tkun tista' tikkoncentra fuq kawzi oħra.
Jafx il-Ministru li l-ambjent u l-bini in ġenerali taċ-ċittadella ta' Sant Iermu, il-Belt jinsabu fi stat dilapidat ħafna? Jafx il-Ministru li hemm numru ta' squatters jokkupaw dan il-bini storiku u anki saħansitra jrabbi l-annimali hemm? X'beħsiebu jagħmel il-Ministru sabiex jirrimedja dan l-istat prekarju?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Huwa għajb għalina l-Maltin bħala Nazzjon, li niftaħru ħafna bis-siti storiċi li għandna u bil-wirt kulturali li ħallewna ta’ qabilna, mbagħad naraw fortizza hekk importanti bħal ma hija dik ta’ Sant’Iermu li ma tiġix użata kif suppost.
Bħ
alma ma jaf l-Onor. Interpellant Sant’Iermu huwa maqsum f’ż
ewġ
partijiet – dik li tissejjaħ
Upper St. Elmo
u dik li tissejjaħ
Lower St. Elmo.
Il-parti ta’ fuq għ
andha uż
u bħ
ala l-Akkademja tal-Pulizija u allura hemm organizzazzjoni li qiegħ
da tieħ
u ħ
sieb il-manutensjoni tagħ
ha filwat li dik ta’ isfel (
Lower St. Elmo)
ma hemm l-ebda uż
u speċ
ifiku tagħ
ha ħ
lief dik li hu magħ
ruf li tintuż
a biex jinbnew karrijiet tal-karnival. Barra minn hekk nafu, ukoll kif aċ
ċ
enna l-istess Onor. Inerpellant, li hemm numru ta’
squatters
li qed jokkupaw dan il-bini.
Diġ
a kellna diskussjonijiet ma’ Ministeri oħ
ra u Dipartimenti tal-Gvern biex naraw x’azzjoni immeddjata tista’ tittieħ
ed kif ukoll biex naraw x’uż
u jista’ jsir mill-post.
Nispera li xi forma ta’ azzjoni tkun tista’ tittieħ
ed fil-futur qarib.
Wieħ
ed japprezza l-intervent ta’ l-Onor. Interpellant favur li tittieħ
ed azzjoni u nispera li meta tittieħ
ed dinl-azzjoni ikun hemm konsensus minn kulħ
add u jingħ
ata l-appoġ
ġ
meħ
tieġ
biex dawn l-affarijiet ma jibqgħ
ux isiru.
Wara l-persistenza ta' atti vandali li qed isiru fuq is-siti storiċi tagħna u anki fuq il-mużewijiet tagħna, x'miżuri ta' sigurta' ulterjuri ħa l-Ministru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Heritage Malta hija mpenjata li ttejjeb b’mod professjonali u strateġiku is-sigurta` fis-siti u mużewijiet li hija responsabbli għalihom.
Numru ta’ miżuri ġew introdotti fuq is-siti arkejoloġici u l-mużewijiet. Dawn il-miżuri jinkludu t-tisħieħ ta’ boundary walls u fences kif ukoll l-introduzzjoni ta’ gwardjani. Meta kien hemm bżonn, Heritage Malta utilizzat is-servizzi tal-pulizija u l-armata biex jissorveljaw xi siti.
Ġiet installata substation u generator ħdejn it-tempji tal-Imnajdra u Haġar Qim biex ikunu jistgħu jiddawwlu dawn is-siti. Heritage Malta introduciet sistema ta’ gwardjani gwardjani f’siti oħrajn bħal ta’ Skorba, Borġ in-Nadur, Għajn Tuffieħa, Tas-Silġ u Ta’ Ħaġrat filwaqt li l-mużewijiet qegħdin jagħmlu użu minn servizzi ta’ sigurta` provduti minn kumpaniji privati.
Wara l-atti vandali li saru dan l-aħħar fuq l-arkivji tal-War Museums Association, Heritage Malta offriet l-għajnuna tagħha u bdew diskussjonijiet bejn iż-żewġ entitajiet biex jinstab mezz kif tista’ tissaħħaħ is-sistema ta’ sigurta` fil-Mużew tal-Gwerra.
Jista' il-Ministru jgħidilna minn mindu saret ir-riforma tal-liġi, kemm tressqu nies il-qorti akkużati b'reati li għandhom x'jaqsmu mal-vandaliżmu u jagħti dettalji?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn mindu daħlet ir-riforma tal-liġi kriminali, ma tressqet l-ebda persuna akkużata b`reat li għandhom x`jaqsmu mal-vandaliżmu bi ksur ta` l-Artikoli 161, 162 jew 325(2) tal-Kodiċi Kriminali Kap. 9 tal-Liġijiet ta` Malta.