Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Separazzjonijiet pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm separazzjonijiet pendenti quddiem il-qrati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sal-5 ta` Novembru 2003 kien hemm 535 kawża pendenti għal separazzjoni f`Malta u 28 f`Għawdex.

Reġistru Pubbliku — Maltin li żżewwġu persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm Maltin li matul dawn l-aħħar sentejn iżżewwġu barranin u x'nazzjonalita' kellhom dawn il-barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` żwiġijiet ta` Maltin ma` persuni ta` nazzjonalita` barranija fis-snin 2001 u 2002 kienu kif ġej:- Sena f`Malta ` f`Għawdex 2001 291 16 2002 337 20 Il-barranin kienu ġejjin mill-pajjiżi kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qrati — Każi ta' separazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru separazzjonijiet fl-aħħar sentejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar sentejn kien hemm 78 separazzjoni f`Malta u 66 separazzjoni f`Għawdex.

Qrati — Separazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru separazzjonijiet fl-aħħar sentejn sempliċement biex il-partijiet jieħdu l-assistenza soċjali?

Response (BORG, TONIO)

M`hemm l-ebda mod kif din l-informazzjoni tiġi miġbura mid-Dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru tiegħi.

Qrati — Separazzjonijiet bonarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru separazzjonijiet bonarji fl-aħħar sentejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar sentejn saru 962 separazzjoni bonarja f`Malta, u 34 separazzjoni bonarja f`Għawdex.

Qrati — Annullamenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru annullamenti, kemm ta' l-istat u kemm tal-Knisja fl-aħħar sentejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar sentejn kien hemm 140 annullament ta` l-Istat f`Malta u 4 f`Għawdex. Ninsab infurmat ukoll illi t-tagħrif dwar kemm kien hemm annullamenti tal-Knisja mhux disponibbli.

Reġistru Pubbliku — Twelid ta' trabi barra miż-żwieġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm twieldu tfal mhux fiż-żwieġ fl-aħħar sentejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant. Din l-informazzjoni toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi. Madankollu dawn infurmawni li fl-2001 u fl-2002 in-numru ta` twelid barra ż-żwieġ kien ta` 499 u 569 rispettivament.

Qrati — Persuni separati li jirċievu l-assistenza soċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies separati li qed jirċievu l-assistenza soċjali?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 10 PQ #1639 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mature Students — Edukazzjoni terzjarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mature students fl-Unisversita' jew istituzzjonijiet ta' edukazzjoni terzjarja u jagħti dettalji? Xi kriterju jintuża biex jiġu ammessi fl-Universita' tali studenti u f'liema korsijiet jistgħu jidhru dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikanti maturi jistgħu jkunu ikkunsidrati għal dħul f'kull kors l-Universita' jekk, għalkemm ma jkollhomx il-kwalifiki normalment meħtieġa (Ċertifikat tal-Matrikola), ikollhom 23 sena sal-bidu tal-kors u għandhom il-kapaċita' intellettwali neċessarja biex isegwu l-kors ta' studju kkonċernat bi profit. Informat ukoll li l-evalwazzjoni ta' applikanti bħal dawn issir permezz ta' intervista u/jew test bil-miktub mill-Fakulta' li toffri il-kors partikolari. Informat li kull sena l-Universita' ddaħħal madwar 400 student/a permezz ta' din ir-regola.

Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Minn mindu twaqqaf il-Ministeru tiegħi, ma ġew ikontrattati ebda trattati jew studju dwar id-dħul ta' Malta fl-U.E.

Uffiċċju Konġunt — Djar tal-gvern - xiri ta' djar mill-inkwilini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'għandhom jagħmlu dawk il-persuni li jgħixu f'fondi li kienu f'possession in use u li llum waqgħu f'idejn il-gvern biex ikunu jistgħu jixtru l-fond fejn joqogħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fondi li jinsabu mibnija fuq proprjeta` li ġiet akkwistata taħt it-titolu ta` 'pussess u użu', jistgħu jinbiegħu biss wara li d-Dipartiment tal-Artijiet ikun akkwista it-titolu tal-proprjeta` li oriġinarjament kienet ġiet dikjarata bħala bżonnjuża għal skop pubbliku, dan skond l-Att II ta` l-2000 li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi. Id-Dipartiment tal-Artijiet diġa` beda jagħmel dan f`ċerti każijiet u bi ħsiebu jkompli jagħmlu skond ir-riżorsi li jkollu. Sadanittant ir-residenti huma mitluba li jagħmlu applikazzjoni għax-xiri tal-fond fejn joqgħodu lill-Awtorita` tad-Djar.

Valletta — Xiri ta' djar mill-inkwilini

Question

Jaf il-Viċi Prim Ministru li residenti li joqogħdu f'City Gate, il-Belt Valletta ilhom is-snin jipprovaw biex jixtru l-fondi fejn jirrisjedu u li anke kienet saret petizzjoni lil din il-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mir-records ta’ l-Awtorita’ tad-Djar il-postijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant inbnew fuq art li qiegħda għand il-Gvern b’titolu ta’ possession and use. L-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda Skema għal bejgħ ta’ propjeta’ fuq art li tkun għand il-Gvern b’dan it-titolu.

Vapuri — Reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, matul dawn l-aħħar tnax-il xahar: Kemm ġew ikkanċellati minn reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija vapuri single bottom; u kemm ġew riġettati applikazzjonijiet biex jiġu reġistrati vapuri single bottom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s'issa ma ġie ikkanċellat l-ebda vapur u ma ġietx rifjutata l-ebda applikazzjoni ta' reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija minħabba li vapur kien single hull.

Studju — Rapporti - Malta - EU - Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub sa l-ewwel xhur tal-2001 diġa ngħata fit-tweġiba li tajt bħala Ministru tal-Finanzi għall-mistoqsija Nru 33693 f'seduta 768 tal-leġislatura l-oħra. L-informazzjoni għall-istess perjodu li tirrigwarda il-parti ta' l-operat ta’ l-ex Ministeru tas-Servizzi Ekonomici li llum jifforma parti fid-dekasteru tiegħi qiegħda kif ġej: Suġġett tar-Rapport/Studji Retention of the status quo regarding the exportation of Maltese stone. Study for the Ministry for Economic Services by Lino Bianco and Associates Follow up Report on Medicinal Products for Veterinary Use. Study for the Ministry for Economic Services by EuropAdvise Ltd., KPMG and MISCO Compliance with the relevant provisions of the Acquis with regards to registration, licensing, manufacturing, importation and retailing of medicinal products for Human and Animal Consumption. Study for the Ministry for Economic Services by EuropAdvise Ltd., KPMG and MISCO Food Hygiene in the Food Manufacturing and Processing Sector. Study for the Ministry for Economic Services by Dr. Joseph G. Mallia Food Hygiene in the Food Wholesale/Retail/Distribution and Catering Sectors. Study for the Ministry for Economic Services by Dr Joseph G Mallia Addendum to the studies conducted on Food Hygiene in the Food Manufacturing and Processing Sector and Food Hygiene in the Food Wholesale/Retail/Distribution and Catering Sectors. Study for the Ministry for Economic Services by Dr Joseph G Mallia Impact Assessment Study on the Adoption of the Acquis with regard to Freedom of Movement and Establishment for the Various Service Sectors. Study for the Ministry for Economic Services by EuroAccess Consultants Study to assess the compliance of Malta with the relevant provisions of the Acquis Communautaire with regards to Consumer and Health Protection. Study for the Ministry for Economic Services by Advocates Micallef Study on accession to the European Union Patent Convention (EPC) and the Patent Co-operation Treaty (PCT). Further Study on accession to the European Union Patent Convention (EPC) and the Patent Co-operation Treaty (PCT). Study for the Ministry for Economic Services by Access Euro Consulting Study on how Malta may comply with the Acquis on Supplementary Protection Certificates. Study for the Ministry for Economic Services by Access Euro Consulting (*) Esklużi rapporti/studji li saru min entitajiet u li huma ta’ natura kummerċjali. Għall-bqija tal-perjodu msemmi, ngħarrfu li fid-dekasteru tiegħi ġew ikkontrattati ir-rapporti/studji marbutin mad-dħul ta' Malta fl-UE, li ġejjin: Id-Dipartiment tal-Kuntratti qabbad kumpanija legali, AVMT, sabiex tfassal il-Public Contracts Regulations. Id-Dipartiment tal-VAT qabbad lil Dr Antoine Fiott LLD ta' PriceWaterhouse Coopers fuq tibdil meħtieġ fil-leġislazzjoni tal-VAT. Id-Diviżjoni għall-Politika Ekonomika qabbdet lil Mr Simon Armstrong u l-Economic and Social Research Institute sabiex jaħdmu fuq il-Pjan ta' Svilupp Nazzjonali għal Malta, u lil Dr Werner Friedrich biex jaħdem fuq Strateġija ta' Żvilupp għal European Social Fund ghas-snin 2004-2006. Id-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni qabbdet lil Dr Anthony Degaetano, Dr Eugene Buttigieg, Dr Bernadette Muscat, Dr David Fabri u lil Dr Paul Edgar Micallef fuq tibdil meħtieġ fil-leġislazzjoni ta' dan id-Diviżjoni Naturalment, saru rapporti oħra anki minn esperti barranin dwar titjib li għandu jsir skond il-Business Change Management Plan u materji marbuta ma' l-Unjoni Ewropeja.

Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?

Response (BORG, JOE)

Għas-sena 2000 u l-ewwel parti tas-sena 2001 nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt matul il-leġiżlatura l-oħra għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23478 waqt li għall-kumplament tal-2001, għas-sena 2002 u s-sena kurrenti il-Ministeru tiegħi ma kkummissjonax rapporti jew studji fuq aspetti legali, ekonomiċi, fiskali jew oħrajn dwar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea biex isiru minn individwi jew ditti privati.

Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1656, rigward is-sena 2000 u parti mis-sena 2001, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kienet ingħatat fit-12 ta’ Frar 2001 matul is-Seduta numru 492, għal Mistoqsija Parlamentari numru 23461, li kienet saret lill-Prim Ministru fil-Leġiżlazzjoni li għaddiet. Għar-rigward tas-snin l-oħrajn, kienu ġew ikkummissjunati erba’ (4) rapporti fis-sena 2001, u dawn saru minn : Dr Marion Zammit-Mangion. Integrated Skills Limited, U.K. Profs. A. E. Felice. AIS Environmental Ltd, Malta.

Studji — Arti - Malta - EU - Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Bħalma jaf l-Onor. Interpellant dan il-Ministeru ġie mwaqqaf wara li għadda r-Referendum, li Malta għandha ssir membru ta' l-Unjoni Ewropeja u jekk saru studji kif irrefera għalihom l-Onor. Interpellant dawn saru qabel dik id-data u għalhekk nitolbu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #1671 Sitting 39 2003-10-07 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Qrati — Proċess ċivili

Question

Jista' il-Ministru jispjega kif il-proċess ċivili fl-ismijiet Carmelo Magri vs Mixer Limited Citaz Nru 103/99 RCP intilef mir-Reġistru tal-Qorti? Jista' jgħid x'qed jagħmel sabiex dan il-proċess jiġi rintraċċjat? Ma jidhirlux li wara li sar protest ġudizzjarju dwar dan il-proċess, kellu jordna li ssir inkjesta, kif ġara f'każi oħra simili?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċess fl-ismijiet Carmelo Magri vs Mixer Limited, ċitazzjoni numru 103/99 RCP kien qiegħed fir-Reġistru tal-Qrati Superjuri fil-garżella tal-ġudikant li quddiemu qegħda tinstema` l-kawża. Il-proċess intbagħat għand l-Imħallef sedenti peress li l-kawża kienet appuntata għas-smiegħ għat-2 t`Ottubru, 2003. Ma jirriżultax illi kien hemm xi protest ġudizzjarju dwar l-għibien tal-proċess imsemmi almenu fl-ismijiet indikati fil-mistoqsija parlamentari.

Superyachts — Xiri ta' fuel

Question

Jikkonferma l-Ministru li waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex yachts, specjalment superyachts, partikolarment fiż-żmien tax-xitwa, jiġu berthed f’Malta hija sabiex jixtru d-diesel u dan peress illi s’issa dan kien bla dazju/VAT? Peress illi Malta, wara l-1 ta’ Mejju 2004, se tissieħeb fl-UE, il-gvern Malti ħa xi inizjattiva biex jitlob deroga fis-sens li ma jitħallasx dazju/VAT in konnessjoni max-xiri tad-diesel kif semmejt, għallinqas jekk ikun ċertifikat li l-yacht in kwistjoni se jivvjaġġa lil hinn mill-UE?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Yachts — Ħlas ta' VAT

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-fatt li s’issa ma jitħallasx VAT fuq yachts li jkollhom bandiera ta’ pajjiż mhux membru ta’ l-UE attira ħafna proprjetarji ta’ yachts sabiex jirreġistraw id-dgħajjes tagħhom f’Malta u li naturalment dawn il-vantaġġi se jintilfu wara Mejju 2004? Fid-dawl ta’ dan, jikkonsidra l-Ministru li għallinqas għandu jintroduċi pakkett ta’ inizjattivi ulterjuri sabiex ma jintilifx dan is-suq, bħal per eżempju, sistema ta’ valutazzjoni tal-yachts flessibbli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s'issa m'hemm xejn x'juri li hemm tnaqqis fir-reġistrazzjoni ta' pleasure yachts taħt il-bandiera maltija. L-istatistika li hemm fl-aħħar rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Awtorita` Marittima ta' Malta għas-sena Ottubru 2001 - Settembru 2002 li jien poġġejt fuq il-mejda ta' din il-Kamra, turi li kemm in-numru kif ukoll it-tunnellaġġ gross ta' pleasure yachts t'dawn l-aħħar tlett snin żdied. Iċ-ċifri, proviżorji għas-sena finanzjarja li tagħlaq fl-aħħar ta' Settembru 2003, li jiġu wkoll inklużi fir-rapport annwali ta' l-Awtorita' li npoġġi fuq il-mejda ta' din il-Kamra aktar tard din is-sena, wkoll juru żieda minkejja li qegħdin ftit xhur biss (seba' xhur biss) 'il bogħod minn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.