Peress illi xi żmien ilu l-Ministru kien ta ħjiel li kien beħsiebu jittrasferixxi ċ-ċentru tad-Detox band'oħra u peress illi għadda ħafna żmien minn dakinhar, jista' jgħid jekk il-gvern għadux deċiż li jagħmel dan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-valur tat-tender repair works fid-deep water quay fil-Port il-Kbir li ħareġ fil-bidu tas-sena 2000?
Jista' jgħid min kienu li tefgħu t-tenders għal dan il-proġett?
Jista' jispjega għaliex it-tender dik is-sena ma ngħatatx u reġa' inħareġ tender identiku f'April tas-sena 2001?
Jista' jispjega x'kienet il-proċedura tat-tenders f'dak iż-żmien, ossia, fis-sena 2000, liema kien il-kumitat li kien jipprepara t-tender u għaliex stranament it-tender in kwestjoni ġie preparat u maħruġ mill-projects committee?
Jista' jgħid min kienu l-membri li kienu jattendu f'dan il-kumitat ta' l-aħħar?
Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-projects committee rigward it-tender tad-deep water quay minn Settembru 1999 sa Jannar 2000, kif ukoll kopja tat-tenders riċevuti mill-awtorita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma ħarġet l-ebda tender mill-Awtorita' Marittima Maltija fil-bidu tas-sena 2000 kif indikat mill-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu nru. 6110.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ individwi, kemm ta’ natura fiżika kif ukoll ta’ natura ġuridika li bbenifikaw mill-iskema ta’ tnaqqis ta’ taxxa addizzjonali in konnessjoni ma’ VAT 95 u CET huwa kif íej:
VAT 95 - 3,330
CET - 4,046
Total - 7,376
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riżultat ta’ l-iskema ta’ tnaqqis ta’ taxxa addizzjonali in konnessjoni ma’ VAT 95 u CET l-ammont globali li nħafer mid-Dipartiment huwa kif ġej:
VAT 95 - Lm3,018,398
CET - Lm2,160,407
Total - Lm5,178,805
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju ta' proċessar waslet il-petizzjoni tal-persuna indikata separatament? Japprezza l-Ministru illi jekk l-eżitu tal-petizzjoni ma jsirx b'mod spedit tkun saret inutilment? Peress li l-petizzjonijiet kollha li saru konċernanti nies li kienu l-ħabs minħabba penali tal-VAT, kollha ġew milqugħa u l-persuna indikata hi l-unika persuna li baqgħet il-ħabs, ma jarax li dan jista’ jiġi interpretat bħala ġest diskriminatorju fil-konfront tal-persuna indikata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-petizzjoni indikata tinsab fi stadju avvanzat tal-investigazzjoni.
Kull każ huwa investigat individwalment u għalhekk ma jistax jingħad li għax deċiżjoni iddum aktar minn oħra, allura dan għandu jiġi interpretat bħala ġest diskriminatorju, bħalma wieħed ma għandux jaħseb li għax każ kien deċiż favorevolment, allura każ ieħor għandu ikollu l-istess eżitu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3044, liema mistoqsija ġiet risposta fis-seduta numru 62 u ċioe’ fl-24 ta' Novembru 2003, jista' l-Ministru jindika mill-liema regolamenti u/jew liġijiet jemerġu l-fatti indikati fir-risposta hawn fuq premessa.
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5788, nispjega li l-attività ta’ tisrif ta’ ċekkijiet tinsab inkluża fil-lista ta’ attivitajiet regolati mill-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji 1994, u aktar speċifikament fil-lista maħruġa skond l-Artikolu 2 ta’ l-imsemmi Att, taħt numri 5 u 7 (a)(b).
Ir-restrizzjonijiet imsemmija huma stabbiliti mill-Awtorità Kompetenti fir-rigward ta’ kull istituzzjoni finanzjarja minn żmien għal żmien fil-liċenzja jekk tkun saret talba mill-istituzzjoni nnifisha sabiex tkun permessa twettaq dan it-tip ta’ attività.
Għar-rigward tar-regoli dwar il-ħasil ta’ flus, l-istituzzjonijiet finanzjarji huma marbutin bl-Att ta’ l-1994 kontra Money Laundering u r-regolamenti maħruġin taħtha.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 33634 u 33636 tal-leġislatura l-oħra fejn ġejt informat li t-tendering process għall-inċineratur il-ġdid fl-isptar San Luqa kien fl-aħħar fażijiet, issa li għaddiet sena u għadu ma sar xejn konkret, jista' il-Ministru jinformani meta finalment se jsir ix-xogħol li għandu jsir dwar l-inċineratur ta' l-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nissuspetta li l-Onor. Interpellant huwa wieħed mill-ftit f'Malta li ma jafux x'ġara minn mindu irrispondejt għad-Domandi Parlamentari 33634 u 3461 dwar it-tender ta' l-inċineratur peress li dak li ġara ngħata publiċita fuq il-meżżi tax-xandir kollha.
Il-kumpanija Sanitec li kellha tforni l-Infectious Waste Processing and Decontamination Plant skond il-Letter of Acceptance maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti fit-13 ta' Mejju 2003 falliet u għaldaqstant ma setatx tonora l-obbligi li kienet daħlet għalihom il-kumpanija Maltija li ħadet it-tender.
Fl-20 ta' April 2004 inħarġet sejħa għall-Prequalification questionnaire for the supply, installation and commissioning of Clinical Waste Decontamination Plant li tagħlaq fil-15 ta' Ġunju 2004. Din is-sejħa ġiet ippublikata wkoll fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għalhekk, ma naqbilx ma' l-Onor. Interpellant li f'sena ma sar xejn konkret. Wieħed issa jrid jara x'offerti jidħlu wara l-15 ta' Ġunju 2004.
Jaf il-Ministru li f'Malta hawn problema serja ta' bullying u li xi snin ilu kien ġie kkuntrattat rapport/studju fuq dan is-suġġett u li kienu ngħataw lill-gvern ċertu rakkmandazzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Infatti kont waqqaft Kumitat Ministerjali jistħarreġ il-problema tal-bullyingu jfassal Policy "L-Imġieba Tajba fl-Iskejjel". Dan il-ktejjeb hu "l-Politika Nazzjonali u Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ibbuljar". Fih ukoll il-pjan ta' Azzjoni Kontra L-Ibbuljar u Favur l-imġieba tajba fl-Iskejjel u Linji Gwida u Proċeduri f'każi ta' Ibbuljar. Dan il-ktejjeb ġie mogħti lil kull għalliem u kull membru ta' amministrazzjoni fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u Privati. Sentejn wara reġgħu ntbagħtu kopji ta' l-istess Policy lil kull skola li talbet kopji aktar.
Ġew introdotti wkoll l-
Anti Bullying Services
bdiet taħdem ftit wara, u fis-sena skolastika 2002-2003 bdew jaħdmu żewġ persuni oħra f'din il-
Unit
. Il-programm jinkludi ħidma mal-Kap ta' l-Iskola u t-tfassil ta' programm għall-iskola jew għall-klassi partikolari, jew għall-ġenituri, etċ. kif diġa ġie spjegat fil-P.Q.
5101
. Billi "ir-responsabilta" ġenerali tal-ħidma kontra l-ibbuljar hija tal-Kap ta' l-Iskola (ara pg.3 ta' "L-Imġieba Tajba fl-iskejjel"), l-
Anti-Bullying Section
tagħmel il-programm individwali meta tissejjaħ mill-Kap ta' l-Iskola.
Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri jittieħdu f'każi severi ta' bullying mill-awtoritajiet tal-gvern fl-iskejjel tal-gvern, fl-iskejjel privati u fl-iskejjel tal-Knisja?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li f-każijiet severi ta' bullying jeħtieġu ħidmiet mal-vittmi kif ukoll mal-bulijiet u f'ċerti każi, mal-familji u l-klassijiet tagħhom.
Ninsab infurmat ukoll li dawn il-każijiet jgħaddu għand l-istruttura ċentrali tas-servizzi kontra l-Ibbuljar (Anti-Bullying Services) sabiex jintervjenu s-servizzi tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u, jekk ikun il-każ, anki ta' l-aġenziji speċjalizzati (bħal l-SWDP) sabiex tingħata terapija ħolistika. Jekk ikun hemm problemi psikologiċi jiddaħħal l-iSchool Psycholgist u, fejn ikun il-każ, anke aġenziji oħra bħaċ-Child Guidance Clinic tad-Diviżjoni tas-Saħħa.
Jaf il-Ministru li fir-rigward tal-persuna li d-dettalji tagħha u tal-ġenituri tagħha qed jintbagħtu separatament, hemm każ mill-iktar gravi ta' bullying li ilu jippersisti għal xhur sħaħ, liema każ ta' bullying kien mhux biss jikkonċerna vjolenza morali iżda anke fiżika?
Jaf li f'dan il-każ saru diversi rapporti lill-head master ta' l-iskola ndikata kif ukoll lid-direttur ta' l-edukazzjoni iżda ma ttieħdu l-ebda provedimenti effikaċi ta' xejn? Jidhirlu l-Ministru li għandu jintervjeni personalment minħabba li t-tifel indikat mhux biss għaddej minn trawma psikoloġika, imma għaddej minn periklu kbir?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li in-Non-State Section fi ħdan id-Dipartiment tal-Further Studies and Adult Education, qeda f'kuntatt mal-Head ta' l-iskola fuq dan l-istess kas. Il-laqgħa kellha issir illum it-Tnejn, 26 ta' April, 2004.
Għalhekk dan il-kas għadu ma ġiex maqtugħ.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistix xi trattat ma' l-Awstralja rigward kura u kustodja ta' minuri? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' dan it-Trattat fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Malta u l-Awstralja ma għandhomx trattat bilaterali bejniethom dwar il-kura u l-kustodja tal-minuri.
Iż-żewġ pajjiżi, iżda, kienu iffirmaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.
Persuni li ġew ikundaati ħabs fuq reati konnessi mal-VAT
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies li ġew ikkundannati ħabs fuq reati konċernati mal-VAT, bejn l-1 ta' Ottubru 2003 u d-29 ta' Marzu 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu indikat ħadd ma kien ikkundannat ħabs fuq reati konċernati mal-V.A.T. mill-Qorti. Kien hemm xi każijiet ta' multi imposti li wara żmien twil li ma tħallsux ġew konvertiti f'piena karċerarja.
Valletta — Bini tal-Camerata - stallazzjoni ta' lift
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta se jitwaħħal il-lift fil-bini magħruf bħala Camerata fi Triq Merkanti, il-Belt Valletta? Taf il-Ministru li dan il-lift suppost li kellu jitwaħħal sa Diċembru li għadda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Góalkemm il-lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant kien ippjanat li kellu jitwaóóal sa l-aóóar tas-sena li góaddiet, tant li fil-fatt tlestew ix-xogóolijiet strutturali kollha meótieía, nkluú il-bini tax-xaft, ninsab infurmata li l-lift góadu ma wasalx Malta kawúa ta’ problema li kien hemm bejn is-suppliers barranin u l-kuntrattur.
Ninsab infurmata wkoll li issa din il-problema íiet solvuta u l-lift góandu jasal Malta fi ftit íimgóat oóra u mistenni li jkun installat sa l-aóóar ta’ Mejju li íej.
Rikjesti għal estradizzjoni minn gvernijiet barranin
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm rikjesti għal estradizzjoni minn gvernijiet barranin lill-Gvern ta' Malta bejn it-12 ta' Jannar u t-8 ta' April 2004? Kemm minn dawn ir-rikjesti ġew riferiti lill-awtoritiajiet ġudizzjarji u min kienu l-persuni involuti?
Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rikjesti ġew milqugħa u min kienu l-persuni involuti? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rikjesti ma ġewx riferiti lill-awtoritajiet ġudizzjarji għax ġew miċħuda mill-ewwel fuq livell ta' ministeru u min kienu l-persuni nvoluti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li ma kienx hemm rikjesti għal estradizzjoni minn Gvernijiet barranin lill-Gvern ta' Malta bejn
it-12 ta' Jannar u t-8 ta' April 2004.
CCF — Persuni li qed jiskontaw piena minħabba nuqqas ta' ħlas ta' VAT
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm nies qed jiskontaw piena karċerarja minħabba nuqqas ta' ħlas ta' VAT? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm nies li ġew hekk ikkundannati ingħataw maħfra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fit-12 ta` April 2004, fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien hemm persuna waħda li qegħda tiskonta sentenza karċerarja minħabba nuqqas ta' ħlas ta' multi dwar reati konnessi mal-VAT imposti mill-Qorti li wara snin twal ta' nuqqas ta' adempjenza ġew konvertiti mill-istess Qorti f'piena karċerarja.
Kien hemm tliet każijiet fejn il-multa konnessa ma' penali ġiet ridotta bl-applikazzjoni tal-Art 93 tal-Kostituzzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid meta ngħatat il-maħfra presidenzjali lill-persuni li isimhom qed jingħata taħt separate cover?
Jista’ jgħid ukoll kemm kienu ilhom fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin dawn il-persuni jistennew li tiġi proċessata l-petizzjoni tagħhom? Jista' jgħid ukoll biex kienu akkużati dawn il-persuni, x'kienu kundannati u kemm inħafrilhom ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab informat illi l-persuni li isimhom ingħata taħt separate cover kienu akkużati b’serq aggravat u ingħataw maħfra presidenzjali wieħed fit-28 ta’ Marzu 2003 u l-ieħor fil-25 ta’ Jannar 2003 kif jidher hawn taħt:
Kundannna
Servew u kien fadal
Maħfra presidenzjali
5 snin+30 ġurnata
63 ġurnata taħt arrest u 974 ġurnata mis-sentenza. Kien fadal 210 ġurnata.
Kumplament tas-sentenza mibdula f’sentenza sospiża għal tlett snin
3 snin u 6 xhur+terz spejjeż tal-qorti
20 ġurnata taħt arrest u 115 ġurnata mis-sentenza. Kien fadal 405 ġurnata.
Kumplament tas-sentenza u spejjeż tal-qorti mibdula f’multa ta’ Lm500.
Dipartiment ta' l-artijiet — Każ dwar applikazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid għaliex fir-rigward ta' applikazzjoni quddiem il-Lands Department li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed iddum daqshekk biex toħroġ in-no objection?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab informat li l-proprjeta’ li qed jirriferi għaliha l-Onor. Interpellant, inkluż dik l-area fejn qed jintalab li jsiru x-xogħlijiet, mhix proprjeta’ tal-gvern iżda hija proprjeta’ ta’ l-awtorita’ tad-djar. Għalhekk it-taqsima proprjeta’ tal-gvern mhix l-awtorita’ kompetenti f’dan il-każ. L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministeru għall-Familja u għas-Solidarjeta’ Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex fir-rigward ta’ l-applikazzjoni quddiem il-housing department li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed iddum xhur biex toħroġ no objection?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha l-ebda applikazzjoni pendenti quddiemha għall-bini ta’ washroom mill-persuna ndikata.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ir-rikors li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għadu mhux degretat? Jaf li dan ir-rikors ilu ppreżentat erba' xhur?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-rikors imsemmi ġie ippreżentat fit-8 ta` Ottubru 2003. Il-Qorti, fl-20 ta` Ottubru 2003, ordnat komunika lill-Kummissarju tal-Pulizija li daħħal risposta fir-reġistru fil-5 ta` Novembru 2003. A tenur ta` l-Avviż Legali tas-sena 2002, il-Qorti ordnat komunika lid-Direttur Ġenerali tas-Saħħa nhar il-5 ta` Diċembru 2003. Il-Qorti għadha qed tistenna risposta għal komunika imsemmija.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ir-rikors li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għadu mhux degretat? Jaf li l-ewwel rikors ilu ppreżentat minn Lulju 2003?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt illi nikkonferma illi r-rikors li rrefera għalih l-Onor. Interpellant mhux dekretat, nixtieq ninfurmah illi ma tistax tingħata aktar informazzjoni peress li din hi Inkjesta Maġisterjali.