Legislature:
Category:
Reset
Active:

Avukati — Malta Maritime Authority

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-avukati tal-Malta Maritime Authority? Jista' il-Ministru jispjega x'arranġamenti hemm, fis-sens min huma l-in-house lawyersu min le? Jista' il-Ministru jgħid u jindika x'inhuma s-salarji ta' l-in-house lawyers u kemm tħallsu fis-snin 2003 u 2004 spejjeż legali b'mod legali?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Pilot Boat Maintenance Fund — Istabilisation Fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie kkrejat il-Pilot Boat Maintenance Fund u l-Istabilisation Fund fit-termini tal-Malta Maritime Authority Act 1991? Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat, li jkopri s-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004, ta' l-introjtu u l-ħruġ tal-flejjes minn dawn iż-żewġ fondi? Jista’ f'dan l-eżerċizzju l-Ministru jindika dettaljatament is-sors ta' l-income li jidħol f'dawn il-fondi?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Membri tal-Bord — Pilot Boat Maintenance Fund u l-Istabilisation Fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Bord tal-Pilot Boat Maintenance Fund u l-Istabilisation Fundfi ħdan l-Awtorita’ Marittima għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Jista’ l-Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni tad-deċiżjoni li ttieħdet fil-11 ta' Lulju 2003 sabiex somma ta' Lm53,049 tiġi trasferita fl-Istabilisation Fund mill-Pilot Boat Maintenace Fund? Jista’ l-Ministru jispjega jekk hux minnu li dawn il-flejjes tqassmu lill-bdoti u jekk fl-affermattiv jagħti r-raġuni għal dan? Jekk fl-affermattiv ukoll, jaqbel il-Ministru li din ir-raġuni bl-ebda mod m'hi konformi ma’ l-iskopijiet li għalihom kellu jintuża dan il-fond, liema skopijiet huma ben definiti fl-istess liġi? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bdoti u kemm, jekk hu l-każ, tħallsu kull wieħed minnhom mill-fond kif ukoll jagħti d-dettalji u l-ismijiet tal-bdoti in kwistjoni? Jista’ l-Ministru jispjega fuq liema kriterju, jekk hu l-każ, dawn il-bdoti ngħataw il-flejjes imsemmija?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Enemalta — Collective Agreement

Question

B’riferenza għall-collective agreement li kien sar ma' l-Enemalta rigwardanti l-pensjonijiet, fis-sens li dawn kellhom jogħlew awtomatikament skond l-għoli tal-ħajja, jistà l-Ministru jgħid jekk dan il-ftehim għadux viġenti u jekk fl-affermattiv hux qiegħed jigi onorat?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Ftehim Kollettiv tal-2002-2005 maqbul mal-General Workers' Union kien iffirmat fit-3 ta' April 2003. Minħabba li l-ħlas tal-pensjonijiet isiru mid-Dipartiment ta' Social Security, l-Enemalta tinforma lil imsemmi dipartiment sabiex taġġusta l-pensjonijiet skond il-Ftehim Kollettiv. Dan sar permezz ta' ittra mibgħuta mill-uffiċċju tar-Riżorsi Umani ta' Enemalta lid-Director General ta' Social Security fis-7 ta' Mejju 2003. Jekk l-aġġustament għadu ma sarx l-Enemalta m'għandha l-ebda kontroll fuqu.

Ħruġ ta' visas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu visas lil barranin biex ikunu jistgħu jidħlu f’Malta fis-snin 2003 u 2004? Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi forma ta' kontroll biex wieħed ikun jista’ jakkwista statistika biex naraw kemm min-nies li jkunu ngħataw visa ikunu injoraw il-perjodi stipulati u jkunu baqgħu hawn Malta? Jekk teżisti, jista’ jagħti dettalji għas-snin 2003 u 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2003 inħarġu 48,131 visa lil persuni ta' nazzjonalita' barranija sabiex ikunu jistgħu jidħlu Malta, filwaqt li matul din is-sena, s'issa nħarġu 29,690. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6620.

Għajnuna Soċjali — Persuni Barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nies ta' oriġini barranija li qed jipperċepixxu xi forma ta' għajnuna soċjali? Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux statistika dwar jekk dawn in-nies humiex separati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li hemm 66 persuna ta' nazzjonalita' barranija li qed tirċievi xi tip ta' għajnuna soċjali taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Minn dawn, 22 huma separati.

Pajjiżi tal-UE — Ċittadini reġistrati biex jaħdmu f'Malta

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ċittadini ta' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea bħalissa huma reġistrati li qed jaħdmu hawn Malta? Jista' jagħti d-dettalji b'mod li jindika pajjiż pajjiż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li inħarġitilhom liċenzja ta' impjieg u li għadha valida sal-lum hu kif jidher f'kolonna A fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Minn dawn il-liċenzji, in-numru li nġabar s'issa, hu kif jidher f'kolonna B fl-istess Tabella. Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Avviż Legali Nru. 110/93, meta persuna tibda taħdem jew itemm l-impjieg tagħha, min iħaddimha, irid jirreġistraha mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Għalhekk in-numru ta' ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea reġistrati li qed jaħdmu Malta jista' jinkiseb mill-Korporazzjoni msemmija hawn fuq.

Taxxi Interni — Ħlas ta' taxxa fuq reġistrazzjoni ta' konvenji

Question

Jista' il-Prim Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni li l-obbligazzjoni li jiġu reġistrati l-konvenji u titħallas 1% bħala taxxa provizjonarja giet proposta sa Ottubru 2004? Jista' jispjega għaliex sa l-aħħar minuta n-nutara ma ġewx informati bl-arranġament il-ġdid? Jista' jagħti dettalji nutar, nutar ta' kemm ġew reġistrati konvenji taħt dawn ir-regolamenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-estensjoni ngħatat fuq talba ta’ diversi avukati minħabba kawżi pendenti u proċeduri fil-Qrati u fuq talba tan-Notarjat in ġenerali. Id-deċiżjoni ttieħdet fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju u n-nutara interessati ġew avżati. In-numru ta’ konvenji ta’ bejgħ jew ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli sal-1 ta’ Lulju, 2004 li bihom kien avżat il-Kummissarju tat-Taxxi Interni għall-fini tar-regoli ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap. 364) kien ta’ ħamest elef, tlett mija u sitta u tletin (5,336) li minnhom erbat elef, tmien mija u tnejn u sittin (4,862) kellhom bħala xhud tal-firem tal-partijiet in-Nutara kif muri fil-lista annessa.

Sewege treatment plant

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn il-kuntratt għas-sewage treatment plant tat-Tramuntana ta' Malta ma ingħatax bit-tender meta dak l-istess servizz f'Għawdex ingħata b'tender? Jista' il-Ministru jgħid kemm jiswa' dan il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghat- twegibiet li ngħataw ghall-Mistoqsijiet Parlamentari 5401,5658,5976 u 6090. Il-procedura li ntużat fil-kaz tas-sewage treatment plant tat-tramuntana hi bhal dik li qed tintuża fil-kaz ta' kuntratti oħra li ser jithallsu mill-protocol Taljan. L-istima tal-proġett tas-sewage treatment plant tat-tramuntana ta' Malta tammonta ghal madwar 11.3 miljun Euro.

Sewege treatment plant

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn il-kuntratt għas-sewage treatment plant tat-Tramuntana ta' Malta ma ingħatax bit-tender meta dak l-istess servizz f'Għawdex ingħata b'tender? Jista' il-Ministru jgħid kemm jiswa' dan il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Ċittadini minn pajjiżi tal-UE — Impjieg f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ċittadini ta' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea bħalissa huma reġistrati li qed jaħdmu hawn Malta? Jista' jagħti dettalji b'mod li jindika pajjiż pajjiż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhix din l-informazzjoni peress li l-permessi ta' xogħol lil barranin joħorġu mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Barranin fil-Ministeru ta' l-Intern u l-Ġustizzja.

Persuni li mhumiex ċittadini tal-UE — Impjieg f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies barranin li mhux ċittadini ta' l-Unjoni Eropea li qed jaħdmu hawn Malta u anke jagħti dettalji pajjiż pajjiż?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija numru 6466.

Qrati — Kawżi ta' kollużjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fis-sena 2004 sa l-1 ta' Lulju kemm ġew ippreżentati kawżi ta' kollużjonijiet quddiem: 1) it-Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar; 2) il-Qrati ordinarji? Il-kawżi li qed issir referenza għalihom mhumiex dawk fejn ikun hemm danni personali.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għas-sena 2004, u eżattament sa l-1 ta' Lulju 2004 kien hemm: (a) 224 kawża ta' kolliżjonijiet quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar; (b) 29 kawża ta' kolliżjonijiet quddiem il-Qrati tal-Maġistrati, u (c) 3 kawżi ta' kolliżjonijiet quddiem il-Prim' Awla tal-Qrati Ċivili.

MEPA — Enforcement orders

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 kemm inħarġu enforcement orders fuq kostruzzjonijiet li kienu qed isiru fuq art tal-gvern? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kostruzzjonijiet attwalment ġew imwaqqa' jew demoliti mill-awtorita'?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Rikjesti għall-estradizzjoni minn Gvernijiet Barranin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm rikjesti għall-estradizzjoni minn Gvernijiet Barranin lill-Gvern ta' Malta bejn id-9 ta' Frar 2004 sat-30 ta' Gunju 2004? Kemm minn dawn ir-rikjesti ġew riferiti lill-awtoritajiet ġudizzjarji? Min kienu l-persuni nvoluti? Kemm minn dawn ir-rikjesti ġew milqugħa mill-awtoritajiet ġudizzjarji u min kienu l-persuni nvoluti? Kemm minn dawn ir-rikjesti ma ġewx riferiti lill-awtoritajiet ġudizzjarji għaliex ġew miċħuda mill-ewwel fuq livell ta' ministeru u min kienu l-persuni nvoluti?

Response (BORG, TONIO)

Il-Gvern Malti ma kellu ebda rikjesta għall-estradizzjoni minn Gvernijiet Barranin bejn id-9 ta' Frar 2004 sat-30 ta' Ġunju 2004.

Taxxi Interni — Ħlas ta' taxxa fuq reġistrazzjoni ta' konvenji

Question

Jista' il-Prim Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni li l-obbligazzjoni li jiġu reġistrati l-konvenji u titħallas 1% bħala taxxa provizjonarja giet proposta sa Ottubru 2004? Jista' jispjega għaliex sa l-aħħar minuta n-nutara ma ġewx informati bl-arranġament il-ġdid? Jista' jagħti dettalji nutar, nutar ta' kemm ġew reġistrati konvenji taħt dawn ir-regolamenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 05/07/2004PM) (Seduta Numru: 146)

Qrati — Taxxi fil-kawżi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex it-taxxi fil-kawżi l-Qorti mhumiex qed isiru jew qed idumu żmien inaċċettabbli? X'miżuri beħsiebu jieħu sabiex jimmitiga dawn il-problemi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-taxxi fil-Kawżi deċiżi fil-Qorti, u partikolarment dawk tal-Qrati Superjuri, qed isiru regolarment. Jekk kien hemm xi dewmien, dan kien kaġunat minħabba nuqqas ta' ftehim mad-Deputati Reġistraturi li qed jirrifjutaw li jesegwuhom kif inhuma tenuti bil-liġi u bil-kuntratt.

Ċentru Detox

Question

Peress illi xi żmien ilu kien hemm il-ħsieb li ċ-ċentru Detox jiġi ttrasferit band'oħra u peress illi għadda ħafna żmien minn dakinhar, tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern għadux deċiż li jagħmel dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma jirriżultalix li kien hemm il-ħsieb li ċ-Ċentu tad-Detox Out-Patients fi Gwardamangia jiġi trasferit għal band'oħra. Fil-fatt f'dawn l-aħħar sentejn sar x-xogħol konsiderevoli ta' bini u refurbishment fil-post. Iżda d-Detox In-patients ser jiġi trasferit għal band'oħra fil-futur qarib.

Vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija

Question

Jista' il-Ministru jispjega fid-dettall għaliex il-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija għadhom mhux konformi mal-ħtiġijiet ta' l-International Ship & Port Facility Security Code ta' l-organizzazzjoni MIO? Jista' jagħti assigurazzjoni li dak li għandu jsir isir sa l-1 ta' Lulju 2004, skond ma hu impost mill-istess ISPS? Jista' jgħid x'konsegwenzi jkun hemm għar-reġistru Malti jekk Malta ma taderixxiex ruħha ma' dak mitlub sa l-1 ta' Lulju 2004?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-provedimenti tal-konvenzjoni SOLAS dwar l-International Ship and Port Facility Security Code jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2004. Il-bastimenti kollha li joperaw fuq vjaġġi internazzjonial jridu jkunu konformi sa dik id-data. L-operaturi tal-bastimenti Maltin qegħdin jirsistu biex il-bastimenti tagħhom ikunu konformi kif meħtieġ. Numru sew minn dawn diġa ġew iċċertifikati waqt li numru sew ieħor qegħdin fil-fażi ta' ċertifikazzjoni. Mill-1 ta' Lulju 2004 dawk il-bastimenti li ma jkunux ċertifikati jistgħu jiġu miżmuma milli jbaħħru.

Belt Valletta — Appartamenti tal-Gvern - xiri mill-inkwlini

Question

Peress li n-nies li jgħixu fl-appartamenti tal-gvern ġewwa City Gate fil-Belt Valletta kellhom żewġ okkażjonijiet sabiex jintavolaw petizzjoni sabiex jiġi konċess lilhom id-dritt li jixtru u jakkwistaw l-appartamenti minnhom okkupati b'possession and useu peress li nifhem li kien hemm xi intoppi sabiex dan isir, pero' il-gvern kien wiegħed li se jieħu l-miżuri neċessarji sabiex dan iseħħ, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk il-gvern attwalment ħax dawn il-miżuri u jekk le, meta beħsiebu jeħodhom?

Response (BORG, TONIO)

L-amendi fil-Kapitolu 88 tal-Ordinanza dwar Akkwist ta' Proprjeta` għall-Skopijiet Pubbliċi saru u ġew fis-seħħ f'Marzu 2003. Il-Gvern issa jista' jixtri t-titolu ta' pussess u użu billi jikkapitalizza l-kera bil-1%. Id-Dipartiment tal-Artijiet jieħu l-passi neċessarji skond dawn l-amendi kemm għal din il-lokalita' kif ukoll għal ħafna lokalitajiet oħra, dejjem skond ir-riżorsi finanzjarji li għandu a dispożizzjoni tiegħu.