Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #105 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-istudenti li kienu ġew ingaġġati ma' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu għas-snin 2002, 2003 u 2004? Jista' jgħid min minn dawn l-istudenti kellu l-kuntratt ta' impjieg tiegħu itterminat u min le? Jista' jagħti dettalji dwar is-salarji ta' l-istudenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqieghed fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill Onor. Inerpellant.
Leg 10 PQ #106 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Chief executive

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu s-salarju taċ-chief executive ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? Jista' jgħid jekk dan għandux xi fringe benefits u jagħti dettalji ta' x'inhuma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Naħseb li mhux prudenti, jew etiku, li din l-informazzjoni ta' natura personali tingħata.
Leg 10 PQ #107 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Diretturi/chairman

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji tad-diretturi u ċ-chairman ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? Jista' jgħid jekk dawn humiex full time jew le?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ċ-Chairman ta' l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu huwa Non Executive u jithallas honorarium ta' Lm 7,000 fis-sena skond direttivi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, filwaqt li d-Diretturi tal-MTA board jitħallsu LM 520 fis-sena u Lm 40 għal kull laqgħa li jattendu.
Leg 10 PQ #108 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid wara li nbidel il-Ministru, jekk ġewx ingaġġati impjegati ġodda ma' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? Jista' jgħid min huma dawn l-impjegati ġodda u x'karigi ngħataw? Jista' jgħid ukoll x'salarji għandhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kemm ili jien Ministru għat-Turiżmu ġew ingaġġati dawn l-impjegati ġodda ma' l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu: Isem Kariga Salajru (Gross fis-Sena) Nadine Brincat Senior Executive - Corp. Comm & Bus. Dev Lm 6, 774 James Vella Senior Executive - Finance Lm 6, 774 Alexander Flores Senior Executive – Licensng Station Lm 6, 774 Daniela Magri Senior Executive - Enforcement Lm 6, 774 Valerie Visanich Senior Executive - Enforcement Lm 6, 774 Herbert Vella Senior Executive - Enforcement Lm 6, 774 Andre` Zammit Senior Executive - Enforcement Lm 6, 774 Jeffrey Cutajar Director – Marketing & Promotion Lm 11, 088 Daniela Mallia Senior Executive – Research EU Lm 6, 774
Leg 10 PQ #109 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati man-National Tourism Organisation of Malta/l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati ma l-Awtorita Maltija għat Turiżmu fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 huwa kif ġej: Sena Impjegati 2000 131 2001 143 2002 156 2003 157 2004 154
Leg 10 PQ #110 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — In-house lawyer

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx in-house lawyer impjegat ma' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? Jista' jgħid min hu u x'salarju għandu? Jista' jgħid jekk hemmx avukati oħra li jaħdmu bħala konsulenti legali ma' l-Awtorita' u li mhumiex in-house lawyers? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ġew imħallsa għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu ma għandha l-ebda in-house lawyer. Il-ħlas ta' l-Avukati li jaħdmu bħala konsulenti legali ma' l-Awtorita` u mhumiex in-house lawyers huwa kif ġej: Avukati 2000 2001 2002 2003 2004 Grech Vella Tortell and Hyzler Lm 5376.52 Lm 5694.50 Lm 3766.30 Lm 11,616.75 Lm 4,900.65 sal-lum (9/9/2004)
Leg 10 PQ #111 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Overseas offices

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha overseas offices l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? Jista' jindika l-pajjiżi konċernati? Jista' jindika wkoll kemm hemm impjegati nies f'kull uffiċċju u jagħti d-dettalji kollha relattivi, inkluż il-karigi rispettivi u x'salarji għandhom u jekk għandhomx fringe benefits?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba diġa ingħatat fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari nru. 6348 (Seduta 146), datata 30 ta' Ġunju 2004 u magħmula mill-Onor. Joseph Cuschieri. L-impjegati ta' dawn l-uffiċji għandhom fringe benefits relatati mal-grad tagħhom u l-pajjiż li jinsabu fiħ.
Leg 10 PQ #112 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Chief executives

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma ċ-chief executives ta' l-overseas offices kollha li għandha l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu u meta ġew maħtura, x'salarji għandhom u xi fringe benefits għandhom? Jista' jgħid kemm qed jiswa lill-Gvern Malti flus biex jiġġestixxi dawn l-uffiċini? Jista' jgħid u jagħti dettalji jekk dawn l-uffiċini ġewx mixtrija jew mikrija min-National Tourism Organisation of Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fl-uffiċji ta' barra minn Malta ma hemmx Chief Executives iżda Diretturi. Rigward il-pagi u il-fringe benefits tagħhom, dawn diġa ġew provduti fit-tweġiba għal Mistosija Parlamentari Nru. 6348. Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għal kumplament tal-Mistoqsija hi kif ġej: Diretturi f’ Uffiċji barra minn Malta Ħatra Micallef Dominic 13.07.91 Galea Joseph 19.07.93 Montague John 27.11.95 Zammit Robert 29.01.96 Micallef Carlo 25.08.97 Caruana Anthony 1.09.97 Spejjeż Operativi għall-Uffiċji barra minn Malta Olanda 116,003 Belġju 37,663 Svezja 62,610 Ġermanja 243,097 Svizzera 50,604 Awstrija 51,682 Franza 155,241 *USA 88,953 Italja 145,150 Renju Unit 254,901 Russja 85,916 Total 1,291,820 * L-uffiċju magħluq mill-aħħar ta’ Frar 2004 Dawn l-uffiċji huma kollha mikrija.
Leg 10 PQ #113 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid globalment kemm swiet flus lill-Gvern Malti l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ċ-ċifri globali għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 huma kif ġej: Sena Ammont 2000 Lm 7, 554, 559 2001 Lm 8, 669, 458 2002 Lm 9, 989, 465 2003 Lm 8, 734, 182 2004 Lm 7, 596, 652 ( sad-data 9/9/2004)
Leg 10 PQ #114 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kunċert ta' Elton John

Question

Jaf il-Ministru li skond il-Management Accounts, għall-kunċert ta' Elton John l-NNG Limited ġiet imħallsa bħala sponsor is-somma ta' Lm1,500? Jaf il-Ministru jekk attwalment din is-somma tħallsitx jew le?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-somma sponsorjata kienet ta' Lm 1,500, li tħallset fil-31 ta' Ottubru 2003.

Skola privata

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rekwiżiti kollha mitluba mill-Kap. 327 tal-Liġijiet ta' Malta ġewx sodisfatti mir-Russian Boarding Upbringing & Educational Centre? Jista' jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, għandhiex il-kwalifiki neċessarji sabiex tipprattika bħala kap ta' skola u jekk tali kwalifiki ġewx verifikati u minn liema awtorita' kienu ġew verifikati? Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li għandha din il-persuna sabiex ingħatat liċenzja ta' skola privata numru 237? Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi investigazzjonijiet konsegwenza ta' rapporti fil-Press Russa fir-rigward ta' l-istess skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rekwiżiti mitluba mill-Liġijiet Maltin ġew applikati sabiex inħarġet Liċenzja ta' Skola Kummerċjali (numru 237) lill-Russian Boarding Upbringing & Educational Centre LTD. Il-persuna li isimha jidher separatament applikat għal liċenzja ta' skola f'isem The Russian Upbringing and Educational Centre LTD u ngħatat il-liċenzja bil-kundizzjonijiet meħtieġa u bl-obbligu tal-permessi kollha meħtieġa mill-awtoritajiet konċernati oħrajn. Ir-rapporti fil-media Russa riferuti mill-Onor. Interpellant s'issa la ġew għall-għarfien tiegħi u lanqas jirriżulta li ġew għall-għarfien ta' l-awtoritajiet edukattivi. Napprezza kopja ta' dawn ir-rapporti jekk l-Onor. Membru jista' jgħaddihomli.

Maltapost p.l.c. — Tender bir-Ref Nru. T01MP/2001

Question

B'riferenza għat-tender Ref. No. T01MP/2001 dwar leasing of motorcycle fleet to be used in Malta and Gozo u dan rigwardanti l-Maltapost p.l.c., jista' il-Ministru jispjega għaliex ir-riżultat ta' dan it-tender dam dawn is-snin kollha biex ħareġ? Jikkonferma l-Ministru li għal kważi 30 sena sħaħ il-fornitur ta' dan is-servizz kien il-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jikkonferma l-Ministru li sabiex is-servizz offrut dejjem ikun ottimu, dan l-aħħar sar investiment qawwi sabiex jinxtraw muturi ġodda? Jikkonferma l-Ministru li l-persuna li rebħet it-tender din id-darba m'għandhiex fil-pussess tagħha daqstant muturi ġodda li jistgħu jikkompetu mal-fornitur ta' qabel? Jista' il-Ministru jindika min hi l-persuna li ġiet mogħtija t-tender u meta se jibda jaħdem il-kuntratt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Talbiet għal estradizzjoni lill-pajjiżi esteri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika jekk wara l-1 ta' Lulju 2004 sarux xi talbiet formali lill-Gvern Malti għall-estradizzjoni lil xi pajjiż esteru? Jekk fl-affermattiv, mingħajr ma jsemmi l-individwi indagati, jista' jgħid x'passi ttieħdu? Peress illi fil-media Taljana kien hemm rapportat li baqa' f'Malta xi uffiċjali tal-pulizija Taljana u dan sabiex isegwu l-passi ta' xi Maltin suspetti li kienu nvoluti fil-ġarr tal-klandestini, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid f'liema vesti dawn jinsabu f'Malta? Jista', per eżempju, jispjega jekk hemmx xi arranġament ma' l-awtoritajiet Taljani li jkopri l-preżenza ta' dawn l-uffiċjali? Jekk fin-negattiv, jista' jindaga u jispjega kif uffiċjali ta' pajjiż ieħor qed jagħmlu xogħol investigattiv f'pajjiżna?

Response (BORG, TONIO)

Kien hemm talba waħda mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. Proċeduri nbdew fl-20 ta' Settembru 2004. Każ għadu pendenti quddiem il-Qorti. Dwar id-domandi l-oħra dan l-uffiċċju kellu laqgħat ma' dawn l-awtoritajiet dwar kwistjonijiet legali u preċedurali rigward l-Att dwar l-estradizzjoni. Dan l-uffiċċju mhux f'pożizzjoni jirrispondi dwar x'arranġament kien hemm. Jingħad biss li tul il-laqgħat li saru f'dan l-uffiċċju kien hemm ukoll preżenza ta' pulizija Maltija.

Qrati — Każ differit

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta tressqet il-qorti l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem min tressqet, biex tinsab akkużata, quddiem min jinsab il-każ, għaliex hu differit il-każ u jekk għas-sentenza kemm ilu differit għal dan il-għan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma rriżulta ebda akkużat (fl-ambitu Kriminali) bl-isem mogħti separatament mill-Onor. Interpellant.

Reġistru Pubbliku — Volumi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti volumi li huma ntiżi għall-pubbliku in ġenerali u li jinsabu fir-Reġistru Pubbliku, mhumiex qegħdin jintwerew lill-pubbliku, liema volumi huma noti ta' referenza għall-ipoteki?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mhux minnu li noti ta’ referenza għall-ipoteki m'humiex qed jintwerew għall-pubbliku. Li ġara kien biss li nbidel il-metodu ta' aċċess - minflok il-hard copy tar-reġistri, il-pubbliku ingħata l-possibilita' li, wara x-xogħol kbir li sar fil-kompjuterizzazjoni tar-Reġistru Pubbliku, jara n-noti kollha mill-1995 sa llum fuq il-kompjuter fir-Reġistru ta' l-Artijiet, fi Triq il-Punent, fil-Belt Valletta u dan mingħajr l-ebda ħlas. Din il-bidla seħħet minħabba żewġ raġunijiet prinċipali. L-ewwel waħda għandha x’taqsam ma’ l-istat ħażin ta’ ċerti volumi, liema stat ser ikompli jiddeterjora jekk il-volumi ser jibqgħu jiġu mmaneġġjati. It-tieni raġuni hija sabiex il-possibilita’ ta’ abbuż tiġi meqruda darba għal dejjem.

Santa Venera — Bejgħ ta' art lill-kumpannija Coca Cola

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jippreċiża u jagħti informazzjoni dwar bejgħ ta' art lill-kumpannija tal-Coca Cola li saret riċenti ġewwa Santa Venera?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda kuntratt ta' bejgħ ta' art minn naħa tad-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-kumpannija tal-Coca Cola fi żminijiet riċenti.

Trasferiment tal-flus — Pilot Boat Management Fund għall-iStabilisation Fund

Question

Jaqbel il-Ministru li t-trasferiment tal-flus mill-Pilot Boat Management Fund għall-iStabilisation Fund se jippreġudika l-iskopijiet għaliex l-istess fond ġie kkrejat, u dan peress illi mhux se jkun hemm flus biżżejjed sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija? Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li bit-transazzjoni msemmija tat-trasferiment ta' fondi ġew ukoll ippreġudikati serjament l-irmiġġjaturi li wara kollox kienu fost il-kontributuri ewlenin biex ġew ġenerati dawn il-flus? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll f'liema Union huma msieħba: a) l-irmiġġjaturi; b) il-bdoti? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li preżentement hemm il-ħsieb li l-irmiġġjaturi jiġu organizzati f'entita’ ġuridika awtonoma, kif del resto diġa’ ġew organizzati l-bdoti illi llum iffurmaw koperattiva? Jista’ l-Ministru jgħid b'mod dettaljat x'għajnuna ngħatat lill-koperattiva tal-bdoti biex din tkun tista’ tiffunzjona kif imiss? Jista’ finalment il-Ministru jgħid kif il-Gvern beħsiebu jgħin sabiex il-koperattiva ta' l-irmiġġjaturi tkun anke hi stess tista’ tiffunzjona kif imiss?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Legal aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Gvern fl-legal aid fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa tal-Gvern f'Legal Aid fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 kienet kif ġej: Sena Ammont Lm 1999 43, 676 2000 13,892 2001 18,201 2002 17,484 2003 6,815 Niġbed l-attenzjoni tal-istess Onor. Interpellant illi fid-9 ta' Marzu 2000 kienet saret riviżjoni tat-tmexxija tas-sistema ta' l-istess Legal Aid mill-Ministru ta' dak iż-żmien.

Ċentru ta' Arbitraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riferiti kawżi liċ-ċentru ta' l-Arbitraġġ fis-snin 2003 u 2004? Jista’ jindika kemm mill-każi hekk riferiti kienu każi li jikkonċernaw il-liġi tal-condominia?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fis-sena 2003 ġew riferuti 31 każ liċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ u 10 każi kienu riferuti dis-sena. Minn dawn il-każi, 7 u 2 rispettivament kienu jikkonċernaw il-liġi tal-Condominia.