Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bastimenti — Bandiera Maltija

Question

Jista' il-Ministru jinnota li fil-preżent hemm preokkupazzjoni kbira mil-lat ambjentali fi sfond internazzjonali u Ewropew dwar il-kwestjoni ta' żmantellar ta' bastimenti li jġorru bandiera Maltija? Jaħseb il-Ministru li jista' ikun għall-benefiċċju tat-tarznari Maltin li jibdew joffru tali servizz u jiżufruwixxu ruħhom mill-bżonn li qed jinqala' li jkun hemm ċentru fejn jiġu żmantellati bastimenti b'mod regolat? Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx studju rigwardanti l-potenzjal li jibda jsir dan ix-xogħol f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

B'referneza għal Mistoqsija Parlamentari numru 7902, l-industrija tax-shipbreaking sa issa kienet ikkunsidrata bħala waħda li toħloq danni kbar għall-ambjent. Jidher li qed jikber l-interess minn regolaturi marittimi biex tarznari Ewropej jinvestu f'metodi ta' xogħol biex ix-shipbreaking isir anqas ta' dannu għall-ambjent. Madankollu, s'issa din l-industrija għadha ma qabditx art fl-Ewropa. It-Tarzna Maltija qed issegwi dak li qed jiżviluppa f'dan ir-rigward biex tara x'opportunitajiet jistgħu jinħolqu għal xogħol ġdid .

Qrati — Każ differit

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W118 u għar-risposta relattiva mogħtija fis-27 ta' Settembru 2004, jista' il-Viċi Prim Ministru jinnota li jista' ikun li għandu informazzjoni żbaljata peress li nista' nassigurah li jeżisti imputat - id-dettalji ta' dan l-imputat jiena qed ngħaddihom separatament - li kien tressaq il-qorti fis-6 ta' Frar, 1989 u li l-każ tiegħu jinsab pendenti quddiem il-maġistrat Joseph Apap Bologna? Jista' ġentilment iforni l-informazzjoni rikjesta?

Response (BORG, TONIO)

Wara li l-Onor. Interpellant għadda l-informazzjoni korretta dwar l-individwu, jirriżulta li din il-kawża tinsab għas-sentenza quddiem l-imsemmi Maġistrat.

Pieta' — Marina Street - ilma maħmuġ

Question

Jista' il-Ministru jieħu passi sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li hemm f'Marina Street, Pieta', fejn qed joħroġ ħafna ilma maħmuġ qalb ir-residenzi? Jista' jinnota li xi xhur ilu kienu saru xi ilmenti mir-residenti t'hemmhekk lid-dipartiment konċernat u kien ittieħed ukoll sample biex jiġi stabbilit jekk hux drenaġġ? Jista' jispjega għaliex għad li għadda żmien konsiderevoli għadhom ma ttieħdux il-passi neċessarji sabiex jissewwew il-ħsarat li x'aktarx hemm fis-sistema tad-drenaġġ pubbliku tad-dintorni?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ilma msemmi fil-mistoqsija mhux drenaġġ iżda ilma tax-xorb ħiereġ minn kanna privata.

Pieta' — Triq Marina - żbir ta' siġar

Question

Jista' il-Ministru jibgħat xi uffiċjali mid-dipartiment sabiex jinżabru s-siġar li hemm f'Marina Street, Pieta u dan peress li dawn is-siġar kibru ħafna u qed jarmu ħafna weraq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ż-żabra tas-siġar issir skond il-programm imħejji, u skond il-prioritajiet u l-bżonn. Iż-żabra tas-siġar fi Triq Marina, Pieta qegħda fil-programm. Minħabba li dan ix-xogħol jinsab fi triq prinċipali u traffikuża, iridu jsiru ċerti preparamenti biex jiġi evitat li t-traffiku jiġi mfixkel.

MMA — Membri tal-bord

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri l-ġodda li jiffurmaw il-bord ta' l-Awtorita' Marittima u jindika l-karigi rispettivi tagħhom? Jista' jgħid ukoll meta ġie ffurmat dan il-bord u min hu s-segretarju ta' l-istess?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord ta' l-Awtorita' Marittima huwa kompost minn dawn il-membri: Dr Marc Bonello Chairman Mr Edgar Gatt Vice-Chairman Mr Ray Demicoli Member Mr Frank Galea Member Dr Vincent Moran Member Mr Oscar Borg Ex-officio Mr Charles V. Schembri Ex-officio Mr Lino C. Vassallo Ex-officio Is-segretarju tal-bord huwa Dr Jeremy DeBono LL.D.

MMA — Professional indemnity fund

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema skop ġie kkreat professional indemnity fund fi ħdan l-Awtorita' Marittima sabiex jitħallsu xi insurances, liema fond ġie maħtur għall-ħabta tat-28 ta' Ġunju, 2004? Jista' jgħid kemm tħallsu flus mill-istess fond u min qiegħed jamministrah?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar informazzjoni dwar l-imsemmi Professional Indemnity Fund sabiex tkun tista' tingħata r-risposta mitluba.

Bastimenti — Reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati bastimenti/tunnellaġġ mar-Reġistru Malti għas-snin 2002, 2003 u 2004? Jista' jgħid kemm ġew ikkanċellati bastimenti/tunnellaġġ għall-istess snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fir-rapport annwali tal-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-snin 2002/3 li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar is-sena 2004 din l-informazzjoni (sa Settembru) qed tiġi konkluża biex tkun parti mir-rapport annwali għas-sena 2003/4.

Jottijiet/dgħajjes — Postijiet ta' irmiġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn fil-preżent postijiet għall-irmiġġ ta' yachts u jagħti d-dettalji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent hawn dawn il-postijiet għall-irmiġġi ta' yachts f'Malta u Għawdex: Grand Harbour Marina, Vittoriosa 274 Manoel Island Marina 400 Mġarr Marina, Għawdex 186 Msida Marina u Ta' Xbiex 810 Portomaso Marina 110 Total 1780

Djar — Applikazzjoni għal-lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ilha għal żmien twil tapplika għal-lift? Għaliex ir-raġuni li qed iġib il-gvern sabiex ma jsegwix dan ix-xogħol hu li m'hemmx spazju sabiex jiġi kkreat lift meta dan huwa kontradett mis-soċjeta' Euro Lifts Michael Vella Limited li tgħid li dan il-lift jista' isir? Tista' il-Ministru tieħu ħsieb u tinvestiga din il-kwestjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li skond l-inġinier ta' l-Awtorita' tad-Djar, biex jiġi stallat il-lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant ikun meħtieġ li t-taraġ jidjieq tant li ma jibqax konformi mal-qies minimu stabbilit bil-liġi. Ninsab infurmata wkoll li fil-fatt dan hu kkonfermat mid-ditta li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.

Maltapost — Tender - Motorcycles

Question

B'riferenza għal tender Ref. No T01MP/2001 dwar leasing of motorcycle fleet to be used in Malta and Gozo u rigwardanti l-Maltapost p.l.c., jista' il-Ministru jispjega għaliex ir-riżultat ta' dan it-tender dam dawn is-snin kollha biex ħareġ? Jista' il-Ministru jinnota li għal kważi 30 sena sħaħ il-fornitura ta' dan is-servizz kien il-persuna li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament? Jista' il-Ministru jinnota li sabiex is-servizz offrut dejjem ikun ottimu, dan l-aħħar sar investiment qawwi sabiex jinxtraw muturi ġodda? Jista' il-Ministru jinnota wkoll li l-persuna li rebħet it-tender din id-darba m'għandhiex fil-pussess tagħha daqstant muturi ġodda li jistgħu jikkompetu mal-fornitur ta' qabel? Jista' jgħid min hi l-persuna li ġiet mogħtija t-tender u meta l-kuntratt se jibda jaħdem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Applikazzjonijiet għal Educational Officers

Question

Filwaqt li nirreferi għas-sejħa ta' l-applikazzjonijiet għall-Education Officers (Franċiż) fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, l-Universita' (Ref. EDUC 495/2003), jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra min huma l-persuni li qed imexxu l-interviews u xi kwalifiki għandhom fil-Franċiż? Jista' jindaga u jiżvela xi kwalifiki għandha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatmaent, li ġabet il-marka ta' 86%, u l-persuna l-oħra hawn indikata li ġabet 67%?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm l-ebda sejħa ta' applikazzjoni għal Education Officer (Franċiż) mid-Dipatiment ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita' ta' Malta. Informat ukoll li fil-każ ta' sejħiet ta' applikazzjoni ta' Education Officers mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, dawn jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-Kummisjoni għas-Servizz Pubbliku. Il-ħatra tal-Bord ta' l-Għażla hija suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummisjoni għas-Servizz Pubbliku. Il-kriterji ta' l-għażla huma wkoll stabbilti minn qabel mill-PSC. Il-konsiderazzjoni tal-kwalifiki hija biss parti minn dawn il-kriteri.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Impjegati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-kriterju wżat mill-ministeru jew l-aġenziji tiegħu, jew fund apposta sabiex bniedem li jiġi aggredit waqt ix-xogħol tiegħu in konnessjoni ma' l-istess, jiġi debitament ikkumpensat?

Response (BORG, TONIO)

Ma jeżisti l-ebda fond apposta sabiex bniedem li jiġi aggredit waqt ix-xogħol tiegħu, in konnessjoni ma’ l-istess, jiġi debitament ikkompensat. Min jiġi aggredit għandu, apparti l-proċeduri kriminali, id-dritt li jfittex lill-aggressuri tiegħu quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili.

Awtorita' Marittima ta' Malta — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu studenti jaħdmu mal-Malta Maritime Authority f'dan is-sajf li għadda? Fid-dawl tad-diskors tal-Prim Ministru, fejn intalab li l-kumpanniji u l-entitajiet tal-Gvern inaqqsu l-ispejjeż tagħhom, il-Ministru jikkonsidra li dan in-numru seta' kien eċċessiv? Jista' jgħid kemm daħlu studenti mal-Malta Maritime Authority fis-sjuf tas-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima impjegat 25 student matul is-sajf li għadda. Dan ġara minħabba l-fatt li hemm proġetti speċifiċi marbuta ma' leġislazzjoni u xogħol ieħor relatat ma' l-acquis communitaire. In-numru ta' studenti li l-Awtorita' impjegat fis-sjuf li għaddew kien hekk: Sena Numru 2000 4 2001 5 2002 20 2003 17

Awtorita' Marittima ta' Malta — Impjegata part-time

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li ntalab permess mill-Employment & Training Centre sabiex l-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament, tinżamm part-timer mal-Malta Maritime Authority għas-sena li ġejja għax din fadlilha sena l-Universita'? Jista' il-Ministru jinnota li meta ġara hekk fil-passat, wara li l-awtorita' toħroġ applikazzjonijiet għall-full timers u jkun hemm rikjest l-esperjenza, jintgħażlu dawn il-part timers? Jikkonferma l-Ministru li kuntrarjament għall-prassi, il-persuna ndikata ġiet provduta bil-lap top tal-kumpannija, liema lap top tieħdu saħansitra d-dar? Jaqbel il-Ministru li dan huwa trattament preferenzjali u jista' jitqies abbużiv?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Malta Maritime Authority — Avukati

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-avukati tal-Malta Maritime Authority? Jista' jispjega x'arranġamenti hemm, fis-sens min huma l-in-house lawyersu min le? Jista' jgħid u jindika x'inhuma s-salarji ta' l-in-house lawyers u kemm tħallsu fis-snin 2003 u 2004 spejjeż legali b'mod legali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-avukati ta' l-Awtorita' Marittima huma Mamo TCV. Għalkemm l-Awtorita' Marittima għandha avukat impjegat magħha, din il-persuna ma taħdimx bħala in-house lawyer iżda tagħmel xogħol ta' Assistant Registrar fid-Direttorat tal-Bastimenti merkantili. Sena 2002/3 Spejjeż ta l-avukati Lm7845.09 Spejjeż anċillarji ta' l-ufficċju Lm 115 Spejjeż tal-qorti Lm2573.57 Sena 2003/4 Spejjeż ta' l-avukati Lm11923.11 Spejjeż anċillarji tal-uffiċju Lm 1161.52 Spejjeż tal-qorti Lm 1214.75

Malta Maritime Authority — Pilot Boat Maintenance Fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie kkrejat il-Pilot Boat Maintenance Fund u l-Istabilisation Fund fit-termini tal-Malta Maritime Authority Act 1991? Jista’ jagħti rendikont dettaljat, li jkopri s-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 ta' l-introjtu u l-ħruġ tal-flejjes minn dawn iż-żewġ fondi? Jista’ f'dan l-eżerċizzju l-Ministru jindika dettaljatament is-sors ta' l-income li jidħol f'dawn il-fondi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Pilot Launch Maintenance and Repair Fund u l-Fond ta' l-Stabbiliżżazzjoni twaqqfu bis-saħħa tar-regolamenti dwar il-Pilutaġġ u l-Irmiġġ 1975. Minn April 2003 il-quddiem, l-uniku dħul fil-Fond ta' l-Stabbiliżżazzjoni hu dak ta' għaxra fil-mija levy fuq is-servizz ta' l-irmiġġatturi, filwaqt li l-ħruġ mill-istess fond huwa għal benefiċċju ta' l-irmiġġaturi biss.
Leg 10 PQ #102 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti privati

Question

B'riferenza għall-Press Release tat-28 ta' Lulju 2004 fejn il-Malta Tourism Authority Organisation of Malta iddikjarat li kienet se tneħħi l-konsulenti privati magħha, sabiex b'hekk l-awtorita' kienet tiffranka Lm70,000, jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar jekk din il-policy ġietx fil-fatt attwata? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti d-dettalji tal-konsulenti li ġew imneħħija? Jekk baqa' konsulenti, jista' jispjega x'kienu ċ-ċirkostanzi għaliex il-Ministru ddeċieda li ma jitterminalhomx il-kuntratt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Konsulenti li ġew imneħħija kienu kif ġej: Grech Alexander Mallia Milanes Alfred Falzon Profs. J Abela Patrick (Platalea Ltd) Montanaro Godwin Portelli Darryn Tufigno Dr Antonio Il-Konsulenti li nżammu huma kif ġej: Ebejer John - responsabbli għal Strategic Project Initiatives kif ukoll il -Proġett tal-Bajja ta' San Ġorġ. Lanzon Joseph - responsabbli għat-Transitional Process tat-teħid ta' liċenzji minn entitajiet oħra. Abela Raymond - responsabbli għall-implimentazzjonijiet tas-sistema ġdida ta' Accounts (Access). Thake Dr. Claire- responsabilitajiet utli fost l-oħrajn fil-Public Relations mal-media. Grech Vella Tortell & Hyzler - konsulenti legali. Għar-rigward ta' dawn hawn fuq indikati inħasset il-ħtieġa li s-servizzi jibqgħu jingħataw.
Leg 10 PQ #103 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu s-salarji/ħlasijiet lill-konsulenti privati ma' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? Dawn il-konsulenti kienu impjegati full time jew le?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħlasijiet lill-konsulenti privati ma' L'Awtorita` Maltija għat-Turiżmu kienu kif ġej: Konsulent (Full Time) Ammont Jannar-Awissu 04 Terminat Ebejer John Lm 14,000 (fis-sena) Lm 9,333 N/A Lanzon Joseph Lm 8,646 (fis-sena) Lm 5,764 N/A Portelli Darryn Lm 806.33 (fix-xahar) Lm 6,451 31.08.04 Konsulent (Full Time) Ammont Jannar-Awissu 04 Terminat Grech Alexander Lm 9,600 (fis-sena) Lm 4,800 30.06.04 Mallia Milanes Alfred Lm 2,500 (fis-sena) Lm 1,667 16.08.04 Falzon Profs. J Lm 821 (fix-xahar) Lm 4,926 30.06.04 Abela Raymond Lm 472 (fix-xahar) Lm 3,776 N/A Abela Patrick (Platalea Ltd) Lm 413 (fix-xahar) Lm 2,478 30.06.04 Montanaro Godwin Lm 3,059 (għax xogħol li sar) 30.06.04 Thake Dr. Claire Lm 83.33 (fix-xahar) Lm 666 N/A Grech Vella Tortell & Hyzler Lm 442.50 (fix-xahar) Lm 3,540 N/A Tufigno Dr. Antonio Lm 413 (fix-xahar) Lm 2,478 30.06.04 Ninsab infurmat li tlieta mill-konsulenti kienu full time. Seduta Numru 164 27/09/2004
Leg 10 PQ #104 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ma' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu għas-snin 2002, 2003 u 2004?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-konsulenti ma' l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu għas-snin 2002, 2003 u 2004 kienu kif ġej: Isem Sena Grech Alexander 2002 - 2003 (Sa 30/6/04) Ebejer John 2002 – 2004 (Kuntratt definit sa 28/2/05) Mallia Milanes Alfred 2002 – 2004 (Sa 16/8/04) Lanzon Joseph 2002 -2004 Falzon Profs J. 2002 -2004 (Sa 30/6/04) Abela Raymond April 2003 – 2004 Abela Patrick (Platalea Ltd) Awissu 2002 sa 30/6/04 Montanaro Godwin Novembru 2003 sa 30/6/04 Portelli Darryn Settembru 2003 sa 31/8/04 Thake Dr. Claire 2002 – 2004 (Sa 15/12/04) Grech Vella Tortell & Hyzler 2002 – 2004 Tufigno Dr. Antonio 2003 sa 30/6/04