Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ċitazzjonijiet fil-Qorti tal-Familja fis-sena 2003 u sal-15 ta' Ottubru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ċitazzjonijiet preżentati fil-Qorti tal-Familja, Malta u Għawdex, hu kif indikat hawn taħt:
Sena 2003 480
Sena 2004 (sal-15.10.2004) 358
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ippubblikati kuntratti ta' separazzjoni konsenswali fis-sena 2003 u bejn l-1 ta' Jannar 2004 u l-15 ta' Ottubru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fir-Reġistru Pubbliku jiġu reġistrati Noti ta' Insinwazzjoni ta' kuntratti ta' Separazzjoni Personali Konsenswali u dawk li joħorġu biss wara sentenza tal-Qorti. Fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta fis-sena 2003 ġew reġistrati 484 nota u bejn Jannar u Ottubru tas-sena kurrenti 2004, ġew reġistrati 345 nota. Għalkemm ma tinżammx statistika separata għal dawk in-Noti li joħorġu biss minn kuntratti ta' Separazzjoni Personali u dawk li joħorġu biss minn sentenza, wieħed jista' jgħid li l-biċċa l-kbira ta' dawn in-noti huma ta' kuntratti ta' Separazzjoni Personali Konsenswali.
L-informazzjoni dwar Għawdex għadha qed tinġabar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi kriminali sommarji (ta' ġurisdizzjoni oriġinali, bħal tad-distrett u kolliżjonijiet) u jagħti tagħrif maġistrat maġistrat matul din is-sena sal-15 ta' Ottubru 2004?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew mogħtija sentenzi mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali f'kawżi ta' kumpilazzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2004 sal-15 ta' Ottubru 2004, u jagħti t-tagħrif maġistrat maġistrat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Ġudikatura Kriminali f'kawżi ta' kumpilazzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2004 sal-15 ta' Ottubru 2004.
Maġistrat
*Apap Bologna J
0
Maġistrat
Cassar J
36
Maġistrat
Quintano L
22
Maġistrat
Demicoli S
65
Maġistrat
Grixti G
38
Maġistrat
Hayman M
27
Maġistrat
Lofaro A
44
Maġistrat
*Mallia M
0
Maġistrat
*Meli S
0
Maġistrat
Micallef Trigona A
87
Maġistrat
Mizzi A
84
Maġistrat
*Montebello D
2
Maġistrat
Padovani Grima J
54
Maġistrat
**Peralta Carol
8
Maġistrat
Scerri Herrera C
108
Maġistrat
Vella A J
23
Total
598
* Maġistrati ma jieħdux kumpilazzjonijiet
** Maġistrat jinsab imsiefer
Informazzjoni mogħtija tkopri sal-31 ta’ Ottubru, 2004.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux studji dwar il-potenzjalita' għar-riklamar ta' l-art mill-baħar? Jekk fl-affermattiv, meta ġew ikkontrollati tali studji? Lil min ingħataw dawn il-kuntratti u x'kienu preċiżament it-terms of reference? Dawn l-istudji ġew konklużi, u jekk fl-affermattiv, jistgħu jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti relattivi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li kemm l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u l-kumpanija WasteServ Malta Limited impenjaw ruħhom sabiex jagħmlu stħarriġ dwar dan
is-suġġett b'assistenza teknika mill-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, matul il-periodu bejn l-10 u s-16 ta’ Novembru 2004, esperti mill-kumpanija CarlBro Ltd. tad-Danimarka kienu Malta għal diskussjonijiet ma' esperti Maltin, fosthom dawk mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), WASTESERV LTD, Malta Maritime Authority (MMA) u oħrajn, dwar il-potenzjal ta' reklamazzjoni ta' l-art mill-baħar. Dan l-istudju għadu għaddej u r-rapport ta' dawn id-diskussjonijiet huwa mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji, imħallef b'imħallef, dwar kemm inqatgħu sentenzi mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab f'Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. F'dan is-sit hemm kemm ġew deċiżi kawżi (kemm inqatgħu sentenzi), imħallef b'imħallef fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.
L-istatistika hija aġġornata sa l-aħħar t'Ottubru 2004. Kopja qiegħda tiġi hawn annessa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu sentenzi mill-Qorti tal-Familja u jgħid min hu l-imħallef li ppresjeda bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab f'Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. L-istatistika tinkludi kemm kien hemm kawżi deċiżi (kemm inqatgħu sentenzi) fil-Qorti tal-Familja. Kopja qiegħda tiġi hawn annessa.
L-imħallef Raymond C Pace huwa l-Imħallef li ppresjeda f'din il-Qorti bejn l-1 ta' Jannar u l-15 t'Ottubru 2004.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu appelli kriminali u min kien l-imħallef li ppresjeda bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba dwar Appelli Kriminali Inferjuri Konklużi hi kif ġej:-
L-Unur Tiegħu l-Prim Imħallef Vincent DeGaetano LL.D. - 30 appell
Onorevoli Joseph Galea Debono - 102 appell
Onorevoli David Scicluna - 44 appell
Onorevoli Geoffrey Valenzia - appell wieħed
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu jew b'xi mod ġew konklużi ġurijiet u min kien l-imħallef li ppresjeda bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba dwar ġurijiet konklużi hija din:-
Kien hemm Att ta' Akkuża wieħed deċiż mill-Unur Tiegħu l-Prim Imħallef Vincent DeGaetano.
Atti ta' Akkuża deċiżi kien hemm 18 quddiem l-Onorevoli Imħallef Joseph Galea Debono.
Kien hemm Att ta' Akkuża wieħed deċiż mill-Onorevoli Imħallef Gino Camilleri.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi mill-Qorti ta' l-Appelli Inferjuri (Sede Ċivili) u min kienu l-imħallfin li ppresjedew bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab f'Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. L-istatistika tinkludi kemm inqatgħu kawżi (deċiżi) mill-Qorti ta' l-Appell Inferjuri (Sede Ċivili) mill-1 ta' Jannar 2004 sa l-aħħar t'Ottubru 2004. Kopja qed tiġi hawn annessa.
L-imħallfin li ppresjedew din il-Qorti fil-perjodu fuq indikat kienu l-Onor. Imħallef Philip Sciberras u l-Onor. Imħallef Ray Pace. Kawżi li jastjenu minnhom dawn l-Imħallfin jinstemgħu mill-Onor. Imħallef Alberto Magri u l-Onor. Imħallef Anton Depasquale.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jitħallas is-service termination bonus lill-eredi tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li kienet taħdem mal-Malta Drydocks?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-'claim' biex jitħallas is-'service termination bonus' lill-eredi tal-persuna msemmija fid-domanda parlamentari nru. 7603, qed tiġi pproċessata u nittama li l-ħlas isir dalwaqt.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk fil-prezz finali miftiehem ma' SKANSKA, minbarra l-claims tal-kuntratt il-ġdid, hemmx ukoll inkluż il-ħlas tal-claims pendenti tal-kuntratt il-qadim?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-prezz miftiehem ma’ Skanska Malta JV jinkorpora l-ispiża kollha miftehma ma’ Skanska inkluż it-talbiet kollha pendenti ta’ claims.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7900, cioe' jekk huwiex qed jimplimenta r-regolament 259/93 ta' l-Unjoni Ewropea u jagħti d-dettalji?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li Malta qed timplimenta ir-regolament 259/93 dwar il-ġarr ta' skart bejn Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, u bejn Stati Membri u Stati oħra għal skopijiet ta' disposal jew rkupru.
Applikazzjoniiet għal ġarr ta' skart minn Malta jeħtieġ li jkunu approvati mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), li hi l-Awtorita' kompetenti f' dan il-qasam.
Formoli ta' l-applikazzjoni apposta jistgħu jiġu akkwistati mil-uffiċċji tal-MEPA fil-Floriana.
Jisa' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li għandha persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - sabiex ingħatat liċenzja ta' skola privata numru 237?
Jista' jgħid jekk sarux verifiki dwar il-veraċita' tal-kwalifiki li ġew ippreżentati mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li sussegwentement ingħatat liċenzja ta' skola privata numru 237? Jekk fl-affermattiv, ma' min saru tali verifiki u x'irriżulta minn dawn il-verifiki?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna li isimha jidher separatament għandha r-rekwiżiti sabiex skond Kap 327 tal-Liġijiet Maltin tinħarġilha Liċenzja ta' Skola Kummerċjali sakemm l-iskola tkun tikkonforma mal-kundizzjonijiet minimi nazzjonali.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7600?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ir-riżultat tat-tender għal-kiri ta' muturi minn Maltapost, (referenza TO1MP/2001) ġie deċiz mill-Bord tad-Diretturi fil-11 ta' Ottubru 2002. It-tender bdiet tiġi mplimentata f'Awissu tal-2004 minħabba li Maltapost kienu qed jirristrutturaw l-operat, li wassal fi tnaqqis fin-numru ta' muturi meħtieġa.
Tul l-aħħar 30 sena, l-amministrazzjonijiet postali użaw is-servizzi ta' diversi kumpaniji għall provista ta' muturi. Ta' min jinnota li għall-inqas f'dawn l-aħħar għaxar snin, il-muturi meħtieġa minn Maltapost ġew provduta minn żewġ kumpaniji f'Malta u waħda f' Għawdex - Peter's Scooter Shop u Albert Company Limited f'Malta, u On Two Wheels f'Għawdex.
Maltapost plc ma xtratx muturi ġodda.
Albert's Company Limited, li rebħu t-tender, qed jipprovdu l-ammont totali ta' muturi meħtieġa minn Maltapost.
It-tender ingħata lil Albert's Company Limited fl-4 t'Awissu ta' din is-sena, u l-kumpanija qegħda fil-proċess li timplimenta dan i t-tender permezz ta' muturi ġodda.
Jista' il-Ministru jgħid min hi l-persuna li ġiet promossa għal principal security officer mill-awtorta' marittima fid-19 ta' Settembru 2004?
Jista' jgħid xi kwalifiki kellha din il-persuna u jagħti wkoll il-kwalifiki li għandha l-persuna li qed tiġi indikata separatament, li applikat ukoll għal dan il-post?
Jista' il-Ministru jgħid min ġie appuntat temporary acting security officer? Jista' jgħid jekk kienx hemm call for applications u xi kwalifiki għandha din il-persuna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kandidati kollha ġew evalwati fuq dawn il-ħames kriterji:
1) Self-presentation
2) Aptitude
3) Education and training
4) Work experience
5) Skills
Il-kandidat li ġab l-ogħla grad fuq dawn il-kriterji kollha, mogħtija mill-Board tal-Interview, ġie magħżul.
Impjegat ieħor ġie appuntat Temporary Acting Security Officer. Ma kien hemm l-ebda call for applications għal din il-pożizzjoni temporanja. Ta' min isemmi li m'hemm l-ebda provediment fil-ftehim kollettiv rigward pożizzjonijiet ta' natura temporanja.
Peress illi l-Greenpeace qed issostni li Malta hija t-tieni pajjiż li qed tikkontribwixxi għal skart tossiku fid-dinja bħala riżultat ta' żmantellar u bastimenti, jista' il-Ministru jgħid jekk għamilx verifiki sabiex jinvestiga jekk dan huwiex minnu? Jekk fl-affermattiv, jista' jispjega jekk dan huwiex inkwetanti għalih u x'miżuri beħsiebu jieħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ġimgħa l-oħra fil-laqgħa tal-Marine Environment Protection Committee, ta' l-organizazzjoni Marittima Internazzjonali d-delegati, li fosthom kien hemm Malta, qablu li jiġi żviluppat taħt l-awtorita' ta' l-istess organizazzjoni, strument applikablli mad-dinja kollha li permezz tiegħu jkunu jistgħu jittieħdu miżuri effettivi u legali biex jiġi kkontollat ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.
Fil-fatt fl-istess laqgħa sar working group, li fiħ Malta wkoll kienet rappreżentata, li minnu ħarġu rakkomandazzjonijiet li fl-istrument legali, probabilment Konvenzjoni Internazzjonali, iridu jiġu kkunsidrati oqsma differenti li jinkludu fosthom l-kontroll fuq ħruġ ta' liċenzji għall-faċilitajiet ta' riċiklaġġ u obbligu fuq is-sidien tal-bastimenti li jużaw biss faċilitajiet liċenzjati, sistema ta' informazzjoni fuq bastimenti destinati għat-tqattiegħ u sistema ta' kuntratti għal dan it-tip ta' xogħol biex jiġi kkontrollat l-element ta' skart tossiku u materjal perikoluż ieħor.
Aħna beħsiebna naħdmu fuq din l-inizjattiva Marittima Internazzjonali, li għandha l-appoġġ ta' l-industrija u ta' movimenti ambjentali, għax nemmnu kif naħseb li jemmen l-Onor. Interpellant, li l-miżuri li jridu jittieħdu biex jiġi kkontrollat xogħol konness mal-bastimenti li jispiċċaw għat-tqattieħ iridu jittieħdu fuq bażi ta' kooprazzjoni internazzjonali jekk irridu naslu x'imkien.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex qed jimplimenta r-regolamenti 259/93 ta' l-Unjoni Ewropea u jagħti d-dettalji?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-regolament 259/93 ta' l-Unjoni Ewropeja jirreferi għas-superviżjoni u kontroll ta' ġarr ta' skart fl-Unjoni Ewropeja kif ukoll barra minnha. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jispjega u jgħid jekk l-awtoritajiet konċernati jinsistux li jkunu nformati u notifikati bil-post ta' destinazzjoni tal-bastimenti u dan sabiex isir kontroll aktar effettiv fuq fejn u kif qed jiġu żmantellati l-bastimenti?