Legislature:
Category:
Reset
Active:

Soċjeta' Grimaldi

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar in-negozjati u dwar x'qed toffri s-soċjeta' Grimaldi, ngħidu aħna jekk hemmx xi provvedimenti dwar bunkering jew xi xogħol relatat mal-Malta drydocks?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12885.

Sea Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha dejn is-soċjeta' Sea Malta, liema dejn huwa rikonoxxut mill-istess soċjeta'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-aħħar Audited Financial Statement, u cioe' għas-sena li għalqet fil-31 ta' Marzu 2003, in-"net current liability " tas-Sea Malta dak iż-żmien kien Lm3,003,415. Peress illi fis-sentejn ta' wara l-kumpanija reġistrat telf hu mistenni li l-pożizzjoni llum hi agħar minn hekk.

Qrati — Sea Malta

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-qrati Maltin u qrati ta' barra kontra s-Sea Malta? F'dan is-sens jista' jgħid kemm jammonta l-valur ta' dawn il-pretensjonijiet? F'dan is-sens ukoll jista' jagħti dettalji dwar xi kawżi li hemm pendenti kontra s-Sea Malta quddiem il-House of Lords?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Soċjeta' Grimaldi — Vapuri bil-bandiera Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija s-soċjeta' Grimaldi ta' Napli, jew kumpanniji li fihom għandha interess, u kemm huwa t-tunnellaġġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

Soċjeta' Grimaldi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fin-negozjati li qed isiru mas-soċjeta' Grimaldi l-Gvern huwiex qed jinsisti li s-soċjeta' Grimaldi tipproduċi garanziji bankarji sabiex jagħmlu tajjeb għad-dejn ta' din is-soċjeta' minflok il-garanziji tal-gvern biex b'hekk l-istess gvern jiġi eżonerat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Belt Valletta

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga kif f'St Joseph Street, f'Fountain Street u l-parti ta' North Street fil-Belt, li tgħaqqad iż-żewġ toroq imsemmija, hemm numru sostanzjali ta' vetturi li ilhom ipparkjati hemm għal xhur, jekk mhux snin, u li l-maġġorparti tagħhom la għandhom liċenzja u lanqas number plate? Peress li dawn qed jikkreaw inkonvenjent lir-residenti fl-intorni, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti ordnijiet speċifiċi biex jitneħħew għax minkejja li diġa' saru rapporti lill-awtoritajiet konċernati, fosthom l-għassa tal-Belt, l-ADL, il-kunsill lokali tal-Belt u l-kwartieri ġenerali tal-pulizija, is-sitwazzjoni baqgħet l-istess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex dawn il-vetturi jitneħħew fi żmien qasir.

Baħrija — Triq il-Qastan

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11635, jista' il-Ministru jgħid x'pendenzi għad hemm u ma' min?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pendenzi dwar din il-parti tat-triq huma rigward ownership ta’ l-istess art inkonnesjoni mas-sidien li għandhom il-faċċata tagħti fuq din it-triq.

Tal-Pieta' — Żbir ta' siġar

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11809 tat-18 ta' April, 2005 jista' il-Minsitru jispjega jekk ix-xogħol taż-żabra fuq is-siġar li hemm f'Marina Str, Pieta' hux se jsir ukoll minn quddiem il-knisja tad-Duluri, quddiem il-ġnien ta' Sa Maison u tul ix-xatt tal-Pieta' kollu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nikkonferma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol sar riċentement skond il-programm taż-żabra mill-Environmental Landscaping Consortium Ltd.

Bord ta' l-appell

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal l-appell fil-bord ta' l-appelli dwar liċenzjar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-każ tas-Sur Gatt li huwa xi ftit ikumplikat, ġie riferut għall-kunsiderazzjoni tal-Bord ta' l-Appell wara konsultazzjoni ma' l-uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali. Il-Bord ġie mitlub jittratta dan il-każ mill-aktar fis possibbli.

Qrati — Kummissarji tal-ġustizzja

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid minn meta bdew jiġu nominati avukati bħala kummissarji tal-ġustizzja? Jista' jgħid jekk din hijiex prassi jew toħroġx minn xi liġi? Jista' jgħid min kienu l-aħħar nies li ġew appuntati bħala tali, li ma kellhomx kwalifiki legali? Jista' jgħid kemm hemm kummissarji tal-ġustizzja u jindika min huma? Jista' jgħid kemm swew lill-gvern il-kummissarji tal-ġustizzja matul is-snin 2003 u 2004? Jista' jgħid ukoll minn meta bdew jiġu appuntati prosekuturi sabiex imexxu quddiem dawn il-kummissarji? Jista' jispjega jekk in-nomina tal-prosekuturi toħroġx minn prassi jew minn liġi? Jista' jsemmi min huma u kemm swew lill-gvern matul is-snin 2003 u 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentement hemm disa' Kummissarju għall-Ġustizzja li huma Dr Benny Delia, Dr Ramon Rossignaud, Dr Louis Vella, Dr Anton Farrugia Sacco, Dr Matthew Brincat, Dr Deborah Farrugia, Dr Robert Mangion, Dr Ian Spiteri Bailey u Dr Grazzjo Mercieca. Dwar il-Kummissarji bejniethom swew il-Gvern is-somma ta' Lm47,704 fis-sena 2003 u Lm77,725 fis-sena 2004. Il-prosekuturi ma jitħallsux mill-Ministeru tal-Ġustizzja iżda direttament mill-Kumitati li jmexxu t-Tribunali Lokali rispettivi. Rigward l-ewwel żewġ domandi, l-informazzjoni qiegħda tiġi miġbura u titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta oħra.

Qrati — Minorenni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu minorenni l-qorti akkużati b'reati kriminali fis-snin 1990, 1995, 2000, 2002 u 2004? Jista' jindika liema kienu l-aktar reati komuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-sena l-oħra kien hemm tmienja u sittin (68) persuna taħt it-tmintax-il sena li tressqu l-Qorti. L-informazzjoni dwar is-snin l-oħra qegħdha tinġabar u tingħata f'Seduta oħra.

Baħrija — Triq il-Qastan

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' tarmak li qed isir fi Triq il-Qastan, Baħrija ma tkompliex, allavolja t-tender tax-xogħol kien ingħata f'April tas-sena 2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ix-xogħol għadu ma tkompliex peress illi għad hemm xi kwistjonijiet pendenti bejn terzi persuni rigward esproprjazjoni ta’ parti mit-triq.

Pieta — Marina Street - Siġar

Question

Jista' il-Ministru jinnota li s-siġar li hemm f'Marina Street, Pieta, ossia minn quddiem il-knisja tad-Duluri sa ħdejn il-ġnien ta' Sa Maison, qed jikkaġunaw inkonvenjent sostanzjali lir-residenti li joqogħdu f'dawk l-akwati, u dan peress li gguffaw ħafna u apparti milli qed joħonqu l-vista ta' dawn in-nies il-weraq qed iħammġu l-gallariji, il-bjut, il-btieħi tad-djar u anke qed isoddu l-katusi tagħhom? Jista' il-Ministru jara li dawn is-siġar jinżabru kif imiss u jitnaqqas ftit mill-volum tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li x-xogħol taż-żabra fuq is-siġar li hemm f’Marina Street, Pietà, quddiem il-knisja tad-Duluri sa ħdejn il-ġnien ta’ Sa Maison huwa ppjanat li jsir skond il-programm taż-żabra ta’ l-Environmental Landscaping Consortium Ltd mill-aktar fis-possibbli.

Baħrija — Triq il-Qastan

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' tarmak li qed isir fi Triq il-Qastan, Baħrija ma tkompliex, allavolja t-tender tax-xogħol kien ingħata f'April tas-sena 2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra